Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

  • Home
  • About us
  • Chiara Lubich
  • The Word of Life
  • Dialogues
  • Media
  • Contact us
  • English English
    • Malti Malti
  • Toggle search form

[:mt]Jesús Morán elett għal darb’oħra Ko-president tal-Moviment tal-Fokolari[:]

Posted on February 2, 2021 By Website Editor 1 Comment on [:mt]Jesús Morán elett għal darb’oħra Ko-president tal-Moviment tal-Fokolari[:]

[:mt][:mt]Dan hu t-tieni mandat għal Morán, li l-ħidma ewlenija tiegħu hi li jgħin u jikkollabora b’mod sħiħ ma’ Margaret Karam, li għadha kif ġiet eletta President.

L-Assemblea tal-Moviment tal-Fokolari laqgħet anki din l-elezzjoni b’applaws mondjali. U llum id-Dikasteru għal-Lajċi, il-Familja u l-Ħajja kkonferma din in-nomina. Jesús Morán reġa’ ġie elett Ko-president tal-Moviment tal-Fokolari; dan hu t-tieni mandat tiegħu, wara li għadu kif temm l-ewwel wieħed qrib Maria Voce.

Jesús Morán għandu 64 sena; twieled f’Navalperales de Pinares, Avila, Spanja. Iltaqa’ mal-messaġġ evanġeliku li jipproponi l-Moviment tal-Fokolari meta kien student universitarju permezz tax-xhieda ta’ xi wħud minn sħabu. Illawrja fil-Filosofija fl-Università Awtonoma ta’ Madrid, u mbagħad fit-Teoloġija Dommatika fl-Università Pontifiċja Kattolika f’Santiago, il-Ċile. Għandu dottorat fit-Teoloġija mill-Università Pontifiċja tal-Lateran, f’Ruma.

Mill-1996 sal-2004 hu kien id-delegat tal-Moviment tal-Fokolari għaċ-Ċile u l-Bolivja, fejn kien ordnat saċerdot fil-21 ta’ Diċembru 2002. Mill-2004 sal-2008 kien ko-responsabbli tal-Moviment fil-Messiku u Kuba.

Fl-Assemblea Ġenerali tal-Fokolari li saret fl-2008, hu kien elett kunsillier ġenerali, u ġie inkarigat mill-aspett tal-formazzjoni kulturali ta’ dawk li jagħmlu parti mill-Moviment. Fl-2009 beda jagħmel parti mill-Iskola Abba, ċentru interdixxiplinari ta’ studju tal-Moviment, bis-sehem tiegħu fl-antropoloġija  teoloġika u t-teoloġija morali. Mill-2014 sal-lum hu kien ko-president tal-Moviment.

Il-ħidma tal-ko-president

L-ewwel dmir tiegħu hu li jgħin u jikkollabora mal-president. L-Istatut tal-Moviment tal-Fokolari jitkellem dwar “unità profonda mal-president” biex tkun tista’ tiżen ideat u deċiżjonijiet, fi smigħ u tiftix komuni tar-rieda t’Alla.

Hu responsabbli tas-saċerdoti li jaderixxu għall-Moviment, u jara l-ħajja interna u l-attivitajiet tal-Moviment ikunu konformi mat-twemmin u l-morali tal-Knisja.

 Stefania Tanesini

Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Moviment tal-Fokolari

 [:][:]

News, General Assembly Tags:General Assembly

Post navigation

Previous Post: [:en]Face to Face with Margaret Karram[:]
Next Post: [:mt]Assemblea Ġenerali tal-Moviment tal-Fokolari – Djarju 9 – 2 ta’ Frar 2021[:]

More Related Articles

[:mt]Il-Wirt: “Kunu Familja”[:en]Chiara’s legacy: “Be a Family”[:] News
Audience with Pope Leo XIV News
Nirriflettu fuq il-ħajja fiċ-ċrieki ta’ madwarna News
[:mt]Indja – Solidarjetà fi żmien ta’ prova [:en]India: Solidarity in times of trial[:] News
[:en]Towards new times: all people as one family[:] News
Mariapolis 2025 News

Comment (1) on “[:mt]Jesús Morán elett għal darb’oħra Ko-president tal-Moviment tal-Fokolari[:]”

  1. P. Silvestro Bonavia OfmCap says:
    February 2, 2021 at 6:09 pm

    I have been united with you all in this unique circumstance; I confirm my total and unconditional UNITY with one and all ANDcontinue to pray for the new President and Co-President so that all the Work of Mary, the world over, will continue to give witness to greater UNITY.
    TANTISSIME PREGHIERE ALLA nUOVA pRESIDENTE E CO-PRESIDENTE con tutta la mia uniota sempre. E con un grazie molto sentito a Emmaus che per 12 anni si e’ impegnata con tuto il Centro e l’Opera aportare avanti il Dopo Chiara.
    Grazie Emmaus e tutti.

    Reply

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Word of Life

  • Word of Life September 2026

    Word of Life September 2026

    "Love does no harm to a neighbour; therefore love is the fulfilment of the Law" (Rom 13:10).

Follow us on Instagram[

Publications

  • Here and Now

    Here and Now

    July 30, 2026
  • Paradise ’49: the mystical dimension in Chiara Lubich

    Paradise ’49: the mystical dimension in Chiara Lubich

    July 3, 2026
  • New publication in Maltese: "Ngħixu l-Kelma" (Living the  Word)

    New publication in Maltese: "Ngħixu l-Kelma" (Living the Word)

    November 24, 2023
  • Conference Calls

    Conference Calls

    February 1, 2023

Focolare News Updates

Safeguarding

Safeguarding measures worldwide
Listening Points / safe space discussions
Guidelines and reports: Protection of minors and vulnerable persons

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

Safeguarding - Prevention of abuse - Listening points/safe space discussions

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Sites of interest

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • United World Project
  • New Families

Recent Posts

  • Video update on Forum in Jerusalem

    Video update on Forum in Jerusalem

    September 8, 2026
  • Margaret Karram participates in the forum "Within Your Gates" in Jerusalem

    Margaret Karram participates in the forum "Within Your Gates" in Jerusalem

    September 7, 2026
  • Word of Life September 2026

    Word of Life September 2026

    August 31, 2026
  • Kala, an institution

    Kala, an institution

    August 15, 2026

Copyright © 2026 Moviment tal-Fokolari.

Powered by PressBook Blog WordPress theme