Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
  • Email
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

Malta

  • Home
  • Min aħna
  • Chiara Lubich
  • Kelma tal-Ħajja
  • Attivita’
    • Families
    • Tfal
    • Żgħażagħ
    • Teens
  • Djalogi
  • Media
  • Kuntatti
  • Malti Malti
    • English English
  • Toggle search form

Festa tad-Duluri: "Marija f’riġlejn is-Salib"

Posted on April 2, 2020September 23, 2026 By Website Editor No Comments on Festa tad-Duluri: "Marija f’riġlejn is-Salib"

Silta meħuda minn kitba  ta’ Chiara Lubich  dwar Marija Deżolata

“Marija f’riġlejn is-salib hi l-espressjoni l-aktar għolja tal-virtujiet kollha; hi l-kreatura umana li għexet il-virtujiet kollha b’mod erojku. Hi l-mansweta per eċċellenza, hi dik ta’ qalb ħelwa, hi l-fqira li għarfet titlef lil Binha li hu Alla, hi l-ġusta li ma tilmintax meta ġiet miċħuda minn dak li hu tagħha, hi dik ta’ qalb safja  li għexet id-distakk minn Binha Alla (…). F’Marija Deżolata hemm it-trijonf tal-fidi u tat-tama għax għexet imkebbsa bl-imħabba tul ħajjitha kollha.

Marija Deżolata, miksija b’kull virtu’,  tgħallimna  li aħna għandna ninksew bl-umilta’ u l-paċenzja, bil-prudenza u l-perseverenza, bis-sempliċita’ u s-silenzju, biex fuq id-dlam li hemm fina, id-dlam tal-uman tagħna,  jiddi fid-dinja d-dawl ta’ Alla li jgħammar fina.

Marija tad-Duluri hi l-Qaddisa per eċċellenza, monument ta’ qdusija li jistgħu jħarsu lejh il-bnedmin kollha ta’ kull żmien, biex jitgħallmu jilbsu mill-ġdid il-libsa tal-mortifikazzjoni.

Naħsbu ftit wisq  fuq “il-passjoni” li għexet  Marija, fuq is-sjuf li nifdulha  qalbha, fuq l-abbandun terribli li  għexet fuq il-Golgota. Jista’ jkun li nagħmlu dan għax Marija għarfet  tgħix b’ċertu ħlewwa, b’dawl u skiet l-agunija  iebsa li  kellha tbati.

Jekk jasal il-waqt meta jkollna nġarrbu t-tbatija fl-aqwa tagħha u nħossu fina ribelljoni kbira, għax “il-frott tal-passjoni” tagħna  jidher li qed ikun meħud minn idejna,  jekk mhux ukoll minn qalbna, ejjew niftakru fiha. Id-Deżolata  hija l-Qaddisa per eċċellenza!

Nixtieq li ngħix lilha fil-mortfikazzjoni tagħha.  Nixtieq li bħalha nkun kapaċi noqgħod waħdi ma’ Alla; jiġifieri li għalkemm ngħix mal-oħrajn, imma li nkun magħquda miegħu b’mod li ruħi  tkun fi djalogu intimu miegħu matul ħajti  kollha.

Jeħtieġ li nimmortifika ruħi fil- kliem, fil-ħsibijiet u fl-għemil  meta dawn  ma jkunux fil-mument t’Alla,  biex ngħixhom meta jkun tassew waqthom.

Id-Deżolata hi ċ-ċertezza tal-qdusija, l-għajn dejjiema tar-rabta ma’ Alla, minnha jfawwar il-veru ferħ!

Chiara Lubich

(Traduzzjoni ta’ silta meħuda minn La Dottrina Spirituale P183-184)

Spiritwalita' Tags:L-Għid, Marija Deżolata

Post navigation

Previous Post: Kelma tal-Ħajja ta' April 2020
Next Post: Ħadd il-Palm: "Jien min jien quddiem Ġesu’ li jbati?"

More Related Articles

[:mt]Inżommu lil Ġesù f’nofsna[:] Spiritwalita'
Chiara Lubich: Building oneself up in prayer Spiritwalita'
Ngħixu l-Kelma: żerriegħa li tagħti l-frott Spiritwalita'

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Worldwide linkup

Kelma tal-Ħajja

  • Kelma tal-Ħajja ta’ Ottubru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta’ Ottubru 2026

    “La taħqarx il-barrani, u la tgħakksux, għax intom ukoll, kontu barranin fl-art tal-Eġittu” (Eż 22, 20).

Laqgħa tal-Komunità

Stedina lir-Rappreżentanti tal-Għaqdiet u l-Movimenti

Segwina fuq Instagram

Kotba

  • Here and Now

    Here and Now

    July 30, 2026
  • Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    July 3, 2026
  • Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    November 24, 2023
  • Conference Calls

    Conference Calls

    February 1, 2023

Focolare News updates

Safeguarding

Safeguarding measures worldwide
Listening Points / safe space discussions
Guidelines and reports: Protection of minors and vulnerable persons

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

Safeguarding - Prevention of abuse - Listening points/safe space discussions

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Social Media links

  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
  • Email

Siti ta’ interess

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • United World Project
  • New Families

Żidiet reċenti

  • Papa Ljun: "Kunu xhieda ta’ għaqda kapaċi tibni paċi dejjiema"

    Papa Ljun: "Kunu xhieda ta’ għaqda kapaċi tibni paċi dejjiema"

    September 15, 2026
  • Video update on forum in Jerusalem

    Video update on forum in Jerusalem

    September 8, 2026
  • Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    September 7, 2026
  • Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    August 15, 2026

Copyright © 2026 Focolare Movement Malta | VO/1624 Fondazzjoni Dinja Magħquda – Moviment tal-Fokolari (Malta)