Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
  • Email
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

Malta

  • Home
  • Min aħna
  • Chiara Lubich
  • Kelma tal-Ħajja
  • Attivita’
    • Mariapoli: “Il-Belt ta’ Marija”
    • Families
    • Tfal
    • Żgħażagħ
    • Teens
  • Djalogi
  • Media
  • Kuntatti
  • Malti Malti
    • English English
  • Toggle search form

Nagħtu l-ewwel post lil Alla u ngħixu l-bqija bħala rieda tiegħu

Posted on August 10, 2026September 15, 2026 By Website Editor No Comments on Nagħtu l-ewwel post lil Alla u ngħixu l-bqija bħala rieda tiegħu

Il-festa liturġika ta’ Santa Chiara ta’ Assisi li ssir fil-11 ta’ Awwissu tfakkarna f’dik li kienet l-ewwel segwaċi ta’ San Franġisk u wkoll fi Chiara Lubich. It-tnejn  kellhom imħabba kbira għal Alla; u għalkemm dawn iż-żewġ nisa kbar għexu fi żmenijiet differenti, huma kellhom ħafna affarijiet komuni f’dak li għandu x’jaqsam mal-messaġġ Nisrani u  mal-kapaċità li jegħlbu l-konvenzjonijiet ta’ żmienhom.

Fl-1987, waqt li saħqet li għandna nagħżlu lil Alla u nagħtuh l-ewwel post ta’ ħajjitna, Chiara Lubich xeħtet dawl fuq il-karatteristika ewlenija ta’ dawk li l-ħajja tagħhom hi  ispirata mill-kariżma tal-unità.

“Meta konna  żgħar, tant konna milquta  minn dak li  Santa Chiara qalet lil San Franġisk,  li tista’ tgħid kważi  kaxkarha għal warajh fit-triq li kien miexi fiha hu. Staqsieha: ‘Binti, x’tixtieq?’  Wieħed seta’ jistenna diversi tweġibiet; jistenna li ​​ tgħidlu: ‘Irrid nimxi warajk fit-triq tal-faqar,’ jew ‘Irrid insir soru,’ jew ‘Irrid ningħalaq f’kunvent,’ … Iżda minflok hi laqtet il-musmar fuq rasu. ‘Binti, x’tixtieq?’ staqsieha, u hi wieġbet: ‘Alla’.

Xtaqet lil Alla għax għażlet  lil Alla, proprju kif Alla kien għażel lilha.

Din hi l-istess għażla li aħna  għamilna fil-bidu tal-Moviment; għamilna għażla waħda biss: Alla!  Alla feġġ fost ħafna  bumbardamenti u  affarijiet oħra; u aħna emminna f’Alla, u għamilnieh l-ideal ta’ ħajjitna. U naraw kif dan jibqa’ dejjem ġdid, għax din l-għażla ta’ Alla twassalna biex inwarrbu dawk id-diversi forom ta’ ġid li  nistgħu nakkumulaw  mingħajr lanqas biss nindunaw. Aħna nistgħu nkunu sinjuri bil-ħajja li ngħixu fil-Fokolare, bl-affarijiet, b’dak li naħsbu u bl-istudju; nistgħu nkunu sinjuri bir-rabtiet fil-familja, forsi sinjuri bis-saċerdozju jew b’xi ħaġa akbar minn hekk. Iżda, l-ideal tagħna — Ġesù Abbandunat, li hu xejn, li xejjen lilu nnifsu  — iwassalna biex inwarrbu dan kollu ħalli nagħtu l-ewwel post lil Alla u ngħixu l-bqija bħala rieda tiegħu.

Santa Chiara tfakkarna f’dan anki llum. Hija għamlet dan billi għażlet it-triq tal-faqar; aħna nagħmluh billi nagħżlu t-triq tal-unità, billi nżommu dejjem lil Ġesù Rxoxt f’nofsna, u b’ Ġesù fina permezz tal-imħabba tagħna lejn Ġesù Abbandunat.”

Mollens, 11 ta’ Awwissu, 1987

Ritratt: CSC Audiovisivi

Spiritwalita' Tags:Santa Chiara t'Assisi

Post navigation

Previous Post: Kelma tal-Ħajja ta' Awwissu 2026
Next Post: Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

More Related Articles

Qdusija ta’ poplu Spiritwalita'
11 ta’ Awwissu: tifkira ta’ Santa Chiara ta’ Assisi Spiritwalita'
Festa ta’ Santa Chiara t’Assisi: "Nagħtu lil Alla l-ewwel post." Aħbarijiet

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Laqgħat tal-Fokolari

Moviment Familji Ġodda – Picnic

Segwina fuq Instagram

Focolare News updates

Safeguarding

Providing a safe environment
Listening Points / safe space discussions
Guidelines and reports: Protection of minors and vulnerable persons

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

  • Providing a safe environment
  • Listening points/safe space discussions
  • Guidelines and reports

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Social Media links

  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
  • Email

Siti ta’ interess

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • United World Project
  • New Families

Copyright © 2026 Focolare Movement Malta | VO/1624 Fondazzjoni Dinja Magħquda – Moviment tal-Fokolari (Malta)