Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
  • Email
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

Malta

  • Home
  • Min aħna
  • Chiara Lubich
  • Kelma tal-Ħajja
  • Attivita’
    • Mariapoli: “Il-Belt ta’ Marija”
    • Families
    • Tfal
    • Żgħażagħ
    • Teens
  • Djalogi
  • Media
  • Kuntatti
  • Malti Malti
    • English English
  • Toggle search form

"Dawl u l-għotja tagħna nfusna lil Alla"

Posted on December 6, 2020October 16, 2026 By Website Editor No Comments on "Dawl u l-għotja tagħna nfusna lil Alla"

Chiara Lubich titkellem dwar is-7 ta’ Diċembru 1943

“(..) Ilum meta nħarsu lura nifhmu x’tista’ tgħidilna l-ġurnata tas-7 ta’ Diċembru 1943,  sena li fiha twieled il-Moviment. Tgħidilna li niżel fuq l-art dawl ġdid, kariżma tal-Ispirtu s-Santu, dawl li fil-ħsieb t’Alla kellu jaqta’ l-għatx ta’ din id-dinja bl-ilma tal-Għerf, li kellu jsaħħan lid-dinja bl-imħabba divina, u hekk jagħti ħajja lil poplu ġdid li jmantni lilu nnifsu bil-Vanġelu (…). 

U la Alla hu konkret fl-imġiba tiegħu,  Hu malajr ipprovda l-ewwel ġebla biex ikun hemm din il-binja: din l-Opra, li kellha tkun ta’ siwi għal dak li kien hemm fil-ħsieb tiegħu. Ħaseb biex isejjaħ lili daqsxejn ta’ tfajla, u jien ikkonsagrajt  ruħi Lilu;  għidt l-“iva” tiegħi lil Alla, u warajha malajr kien hemm l-“iva”  ta’ bosta nisa u rġiel żgħażagħ oħra.

Għalhekk dik il-ġurnata titkellem dwar dawl u għotja ta’ kreaturi lil Alla, għodda f’idejH  sabiex iseħħ il-pjan tiegħu. Dawl u għotja: dawn iż-żewġ kelmiet  kienu jiswew ħafna  f’dak iż-żmien  ta’ taħwid, ta’ mibegħda u gwerra. Kien żmien ta’ dlam meta  Alla bħal qisu  ma kienx fid-dinja bl-imħabba, il-paċi, il-ferħ u l-gwida tiegħu; bħal qisu ħadd ma kien jimpurtah minnu.

Dawl u għotja tagħna nfusna lil Alla, huma żewġ kelmiet li s-Sema tixtieq ittennihom anki llum meta fid-dinja tagħna hawn tant gwerer, u l-aktar li jbeżżagħna hu t-terroriżmu.

Dawl ifisser l-Verb, il-Kelma, il-Vanġelu, li ħafna għadhom ma jafuhx, u li fuq kollox ftit jgħixuh.

L-għotja tagħna lil Alla llum hi aktar minn qatt qabel meħtieġa u importanti. Jekk  hemm tant rġiel u nisa lesti li jagħtu ħajjithom għat-terroriżmu, mela x’għandna nagħmlu aħna l-insara, li nimxu wara Alla li kien imsallab u abbandunat biex titwieled dinja ġdida, għall-fidwa tagħna u għal dik il-Ħajja fejn ix-xemx ma tinżel qatt?” 

Chiara Lubich

(Castel Gandolfo, 11 ta’ Diċembru 2003, ippubblikat fil-ktieb Chiara Lubich, In unità verso il Padre, Ruma 2004, p. 130-132)

Spiritwalita' Tags:Chiara Lubich

Post navigation

Previous Post: Kelma tal-Ħajja ta' Diċembru 2020
Next Post: Milied mimli tjubija

More Related Articles

Fabio Ciardi: "L-isbaħ ritratt ta’ Chiara" Spiritwalita'
Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49" Aħbarijiet
7 December 1943: the beginning of a divine adventure Aħbarijiet

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Kelma tal-Ħajja

  • Kelma tal-Ħajja ta’ Ottubru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta’ Ottubru 2026

    “La taħqarx il-barrani, u la tgħakksux, għax intom ukoll, kontu barranin fl-art tal-Eġittu” (Eż 22, 20).

Stedina lir-Rappreżentanti tal-Għaqdiet u l-Movimenti

Laqgħa tal-Komunità

Segwina fuq Instagram

Kotba

  • Here and Now

    Here and Now

    July 30, 2026
  • Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    July 3, 2026
  • Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    November 24, 2023
  • Conference Calls

    Conference Calls

    February 1, 2023

Focolare News updates

Safeguarding

Safeguarding measures worldwide
Listening Points / safe space discussions
Guidelines and reports: Protection of minors and vulnerable persons

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

Safeguarding - Prevention of abuse - Listening points/safe space discussions

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Social Media links

  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
  • Email

Siti ta’ interess

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • United World Project
  • New Families

Żidiet reċenti

  • Palermo hosts Mediterranean conference to build bridges of fraternity

    Palermo hosts Mediterranean conference to build bridges of fraternity

    October 13, 2026
  • Margaret Karram's message to the "Mediterranean Without Borders" gathering

    Margaret Karram's message to the "Mediterranean Without Borders" gathering

    October 11, 2026
  • Kelma tal-Ħajja ta’ Ottubru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta’ Ottubru 2026

    October 1, 2026
  • Papa Ljun: "Kunu xhieda ta’ għaqda kapaċi tibni paċi dejjiema"

    Papa Ljun: "Kunu xhieda ta’ għaqda kapaċi tibni paċi dejjiema"

    September 15, 2026

Copyright © 2026 Focolare Movement Malta | VO/1624 Fondazzjoni Dinja Magħquda – Moviment tal-Fokolari (Malta)