Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
  • Email
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

Malta

  • Home
  • Min aħna
  • Chiara Lubich
  • Kelma tal-Ħajja
  • Attivita’
    • Families
    • Tfal
    • Żgħażagħ
    • Teens
  • Djalogi
  • Media
  • Kuntatti
  • Malti Malti
    • English English
  • Toggle search form

Kelma tal-Ħajja ta' Ġunju 2020

Posted on May 30, 2020September 23, 2026 By Website Editor No Comments on Kelma tal-Ħajja ta' Ġunju 2020

Download pdf


“Min jilqa’ lilkom ikun jilqa’ lili, u min jilqa’ lili jkun jilqa’ lil dak li bagħtni” (Mt 10, 40).

Fil-kapitlu għaxra tal-Vanġelu ta’ San Mattew, insibu r-rakkont tal-għażla tat-Tnax-il appostlu u kif Ġesù bagħathom iwasslu l-messaġġ tiegħu. Hawnhekk l-appostli huma msemmijin wieħed wieħed, u dan hu sinjal tar-rabta personali li għandhom mal-Imgħallem li huma kienu mxew warajh sa mill-bidu tal-missjoni tiegħu. Huma saru jafu bl-istil tiegħu, li bih hu kien jersaq qrib il-morda, il-midinbin u dawk li kienu meqjusa indemonjati: persuni mwarrba, iġġudikati ħażin u ta’ min wieħed iżomm ‘il bogħod minnhom. Ġesù l-ewwel wera dawn is-sinjali konkreti ta’ mħabbtu, imbagħad wara beda biex iħabbar li s-Saltna t’Alla kienet fil-qrib.

Għalhekk, l-appostli ntbagħtu f’isem Ġesù bħala “ambaxxaturi” tiegħu u permezz tagħhom aħna rridu nilqgħu Lilu.

Ħafna drabi, il-persunaġġi l-kbar tal-Kotba Mqaddsa, kull meta kienu jilqgħu ‘l xi ħadd li jasal għandhom għall-għarrieda, indunaw li kienu qed jilqgħu ‘l Alla stess li kien qed iżurhom.

Anki llum il-ġurnata, l-aktar f’dawk il-kulturi li fihom hemm sens komunitarju qawwi, il-mistednin huma persuni sagri anki meta ma jkunux jafu bil-wasla tagħhom u għalihom jitħejja l-aħjar post.

“Min jilqa’ lilkom ikun jilqa’ lili, u min jilqa’ lili jkun jilqa’ lil dak li bagħtni”.

Ġ esù qed ifiehem lit-Tnax x’għandhom jagħmlu: iridu jitilqulha għal għonq it-triq, ħafjin u bi ftit affarijiet magħhom: borża ħafifa u libsa waħda… Iridhom jiġu ttrattati bħala mistednin, lesti  biex jaċċettaw b’umiltà l-għajnuna tal-oħrajn. Huma kellhom jersqu qrib il-foqra u jieħdu ħsiebhom biex iwasslu l-paċi ‘l kulħadd. L-istess bħalma kien jagħmel Ġesù, huma jridu jieħdu paċenzja kull meta kien ikun hemm nuqqas ta’ ftehim u persekuzzjonijiet, ċerti mill-imħabba u l-għajnuna f’waqtha tal-Missier.

B’hekk, kull min ikollu x-xorti jiltaqa’ ma’ xi wieħed minnhom, f’ħ ajtu jkun jista’ jġarrab tassew l-għożża ta’ Alla.

“Min jilqa’ lilkom ikun jilqa’ lili, u min jilqa’ lili jkun jilqa’ lil dak li bagħtni”.

L-ewwelnett b’ħ ajjithom u mbagħad anki bil-fomm, bi ħewwa jagħtu xhieda tal-imħabba t’Alla li huma kienu ltaqgħu magħha, biex din issir għajn ta’ ferħ għal kulħadd. U la Alla jilqa’ lilhom bid-dgħufija kollha tagħhom, l-ewwel xhieda tagħhom għandha tkun li  jilqgħu ‘l ħuthom il-bnedmin b’imħabba kbira.

F’soċjetà egoista mehdija bit-tfittxija għas-suċċess, l-insara huma msejħin juru kemm hi ħaġa sabiħa li ngħixu lkoll flimkien bħal aħwa, ħajja li tagħraf il-bżonn ta’ kull bniedem u li tirsisti biex nieħdu ħsieb xulxin.

“Min jilqa’ lilkom ikun jilqa’ lili, u min jilqa’ lili jkun jilqa’ lil dak li bagħtni”.

Dwar li nilqgħu ‘l kulħadd skond kif jgħidilna l-Vanġelu, Chiara Lubich tikteb hekk: “[…] Ġesù wera l-imħabba kbira li biha Missierna tas-Sema jilqa’ lil kulħadd, għalhekk uriena wkoll l-imħabba li aħna għandu jkollna lejn xulxin.[…] Mela ejjew infittxu li ngħixu din il-Kelma tal-ħajja l-ewwelnett fil-familji tagħna, fl-għaqdiet, il-komunitajiet u l-postijiet tax-xogħol, u nwarrbu għal kollox il-preġudizzji, il-mibegħda u l-intolleranza lejn dan jew dak il-proxxmu tagħna. Dawn huma kollha affarijiet li niltaqgħu magħhom kuljum u li jdgħajfu  u jikkompromettu r-rabtiet ta’ bejnietna u ma jħallux l-imħabba ssaltan bejnietna. […] Meta nilqgħu lill-oħrajn, lil min hu differenti minna, inkunu qed nibnu l-pedament tal-imħabba nisranija. Minn hawn irridu nitilqu, dan hu l-ewwel pass biex nibnu ċ-ċiviltà tal-imħabba, il-kultura ta’ ħajja mgħixa flimkien, u li għaliha llum Ġesù qiegħed isejħilna” 1.

Letizia Magri

1.  Cf. C. Lubich, Kelma tal-Ħajja Diċembru 1992, fil-ktieb, Parole di Vita, ta’ Fabio Ciardi (Opere di Chiara Lubich 5; Città Nuova, Ruma 2017) pġ. 513-514.

Kelma tal-Ħajja

Post navigation

Previous Post: Nitolbu b’fiduċja
Next Post: Pasquale Foresi: "It-Talb"

More Related Articles

Kelma tal-ħajja ta' Ottubru 2018 Kelma tal-Ħajja
Kelma tal-Ħajja ta' Mejju 2025 Kelma tal-Ħajja
Kelma tal-Ħajja - Novembru 2018 Kelma tal-Ħajja

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Kelma tal-Ħajja

  • Kelma tal-Ħajja ta’ Ottubru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta’ Ottubru 2026

    “La taħqarx il-barrani, u la tgħakksux, għax intom ukoll, kontu barranin fl-art tal-Eġittu” (Eż 22, 20).

Laqgħa tal-Komunità

Stedina lir-Rappreżentanti tal-Għaqdiet u l-Movimenti

Segwina fuq Instagram

Kotba

  • Here and Now

    Here and Now

    July 30, 2026
  • Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    July 3, 2026
  • Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    November 24, 2023
  • Conference Calls

    Conference Calls

    February 1, 2023

Focolare News updates

Safeguarding

Safeguarding measures worldwide
Listening Points / safe space discussions
Guidelines and reports: Protection of minors and vulnerable persons

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

Safeguarding - Prevention of abuse - Listening points/safe space discussions

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Social Media links

  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
  • Email

Siti ta’ interess

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • United World Project
  • New Families

Żidiet reċenti

  • Papa Ljun: "Kunu xhieda ta’ għaqda kapaċi tibni paċi dejjiema"

    Papa Ljun: "Kunu xhieda ta’ għaqda kapaċi tibni paċi dejjiema"

    September 15, 2026
  • Video update on forum in Jerusalem

    Video update on forum in Jerusalem

    September 8, 2026
  • Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    September 7, 2026
  • Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    August 15, 2026

Copyright © 2026 Focolare Movement Malta | VO/1624 Fondazzjoni Dinja Magħquda – Moviment tal-Fokolari (Malta)