Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
  • Email
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

Malta

  • Home
  • Min aħna
  • Chiara Lubich
  • Kelma tal-Ħajja
  • Attivita’
    • Families
    • Tfal
    • Żgħażagħ
    • Teens
  • Djalogi
  • Media
  • Kuntatti
  • Malti Malti
    • English English
  • Toggle search form

Nitolbu b’fiduċja

Posted on May 29, 2020September 23, 2026 By Website Editor No Comments on Nitolbu b’fiduċja

Ħsieb ta’ Chiara Lubich

Il-pandemija qanqlet individwi u assoċjazzjonijiet, nies li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa u tax-xjenza, gvernijijiet u organizzazzjonijiet internazzjonali biex jagħtu sehemhom b’ħafna modi differenti. L-impenn u l-ġenerożità, spiss  b’mod erojku mhumiex nieqsa. Ma’ dawn l-isforzi kollha tajjeb li nżidu sehem deċiżiv li jiġi mit-talb li kapaċi jċaqlaq il-muntanji.

” […] It-tfal ta’ din l-art għandhom fiduċja f’missierhom, jemmnu fih, jintelqu f’idejh u jħallu dak li jinkwethom f’idejh ukoll, dejjem iħossuhom fiż-żgur ma’ missierhom, anki fiċ-ċirkustanzi l-aktar diffiċli, iebsa u ta’ tbatija.

L-istess irid jagħmel “it-tifel” tal-Vanġelu ma’ Missieru tas-Sema.

Hu importanti li nġibu ruħna b’dan il-mod, u hekk irridu nagħmlu dejjem, għax spiss  iċ-ċirkustanzi, il-ġrajjiet u l-provi jaħkmuna u ma nkunux nistgħu negħlbuhom  bil-forzi tagħna biss; inkunu neħtieġu  għajnuna aktar qawwija.

Ikollna bżonn ta’ għajnuna partikulari, ta’ fidi kbira fl-imħabba tal-Missier, fil-Providenza tiegħu, kif qed nindunaw li għandna bżonn f’dawn il-ġranet.  […] Aħna nitħassbu u  nippruvaw naraw […] x’nistgħu nagħmlu. U l-ewwel ħaġa  li tiġi fi qlubna hi: nitolbu, ningħaqdu lkoll  biex nitolbu ħalli neħilsu minn dan il-flaġell. U min ftit, u min ħafna, żgur  li bdejna nagħmlu hekk: Nitolbu. Imma kif jeħtieġ  nitolbu biex  naqilgħu?

[…] Fl-ewwel ittra ta’  San Ġwann insibu  kliem sabiħ u li jimliek bil-kuraġġ; jgħid: “Jekk inħobbu lil xulxin Alla jgħammar fina u mħabbtu ssib il-milja tagħha fina” (1 Ġw 4, 12).

“Imħabbtu ssib il-milja tagħha fina.” Jekk imħabbtu ssib il-milja tagħha fina, fina jkun hemm il-milja tal-imħabba. U biex fina jkun hemm il-milja tal-imħabba, aħna rridu nħobbu lil xulxin.

F’dawn il-ġranet ( fir-Regolament tal-Fokolarini) introduċejna regola li hi bażika u essenzjali: id-dmir (…) li jagħmlu patt mal-fokolarini l-oħra  […], jagħmlu patt li jkunu lesti li jmutu għal xulxin kif jitlob il-kmandament ta’ Ġesù.

Iżda  din id-deċiżjoni, dan il-patt mhuwiex xi monopolju tal-fokolarini li jgħixu f’komunità. Hi liġi għall-membri kollha tal-Opra tagħna.  Meta ngħixu dan il-patt, l-imħabba fina tilħaq il-milja tagħha;  inkunu perfetti  fl-imħabba u hekk nogħġbu lil Alla. U allura nkunu f’kundizzjoni li naqilgħu l-grazzji li nixtiequ, anki  dawk li għalihom ikun hemm bżonn li jiċċaqalqu l-muntanji.

Jekk irridu naħdmu għal dinja magħquda b’mod siewi, naħseb  li f’dawn il-ġranet  hemm bżonn li nġeddu din id-dispozzjoni tar-ruħ tagħna, bejnietna u ma’ dawk li niltaqgħu magħhom, li jafu l-Moviment.  Naturalment l-ewwel irridu  noħolqu l-premessi neċessarji,  inqanqlu l-atmosfera meħtieġa biex inkunu nistgħu ngħidu b’kuraġġ lill-persuna l-oħra: “Bil-grazzja t’Alla, jien irrid inkun lesta li mmut għalik” u  tkun tista’ tisma’ lill-persuna l-oħra tgħidlek: “U jien għalik”.

Imbagħad jeħtieġ li nġibu ruħna skont dak li nkunu għidna, filwaqt li  nkebbsu n-nar tal-imħabba għal kull proxxmu.  […] Din hi l-bażi biex  nitolbu b’fiduċja li ser naqilgħu.

Chiara Lubich

(minn konferenza telefonika, Mollens, 13 ta’ Settembru 1990)

Spiritwalita'

Post navigation

Previous Post: Ngħixu l-Vanġelu: is-sehem tagħna għall-paċi
Next Post: Kelma tal-Ħajja ta' Ġunju 2020

More Related Articles

Living the charism of unity today Spiritwalita'
Bdejna nħarsu lejn il-bnedmin kollha bħala familja waħda Esperjenzi
[:mt]Nixħtu kull inkwiet tagħna fi ħdan il-Missier[:en]Casting all our worries onto the Father[:] Spiritwalita'

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Worldwide linkup

Kelma tal-Ħajja

  • Kelma tal-Ħajja ta’ Ottubru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta’ Ottubru 2026

    “La taħqarx il-barrani, u la tgħakksux, għax intom ukoll, kontu barranin fl-art tal-Eġittu” (Eż 22, 20).

Laqgħa tal-Komunità

Stedina lir-Rappreżentanti tal-Għaqdiet u l-Movimenti

Segwina fuq Instagram

Kotba

  • Here and Now

    Here and Now

    July 30, 2026
  • Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    July 3, 2026
  • Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    November 24, 2023
  • Conference Calls

    Conference Calls

    February 1, 2023

Focolare News updates

Safeguarding

Safeguarding measures worldwide
Listening Points / safe space discussions
Guidelines and reports: Protection of minors and vulnerable persons

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

Safeguarding - Prevention of abuse - Listening points/safe space discussions

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Social Media links

  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
  • Email

Siti ta’ interess

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • United World Project
  • New Families

Żidiet reċenti

  • Papa Ljun: "Kunu xhieda ta’ għaqda kapaċi tibni paċi dejjiema"

    Papa Ljun: "Kunu xhieda ta’ għaqda kapaċi tibni paċi dejjiema"

    September 15, 2026
  • Video update on forum in Jerusalem

    Video update on forum in Jerusalem

    September 8, 2026
  • Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    September 7, 2026
  • Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    August 15, 2026

Copyright © 2026 Focolare Movement Malta | VO/1624 Fondazzjoni Dinja Magħquda – Moviment tal-Fokolari (Malta)