Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

  • Home
  • Min aħna
  • Chiara Lubich
  • Kelma tal-Ħajja
  • Djalogi
  • Media
  • Kuntatti
  • Malti Malti
    • English English
  • Toggle search form

Dan Huwa Żmien Il-Milied

Posted on December 22, 2021September 7, 2026 By Website Editor No Comments on Dan Huwa Żmien Il-Milied

Ħsieb ta’ Chiara Lubich, Milied 2005

Il-vetrini tal-ħwienet huma kollha mżejna għall-festa, bi blalen kulur id-deheb, b’siġar tal-Milied żgħar u b’offerti ta’ rigali prezzjużi. Mal-lejl, it-toroq jiddu bi dwal iteptpu ta’ kwiekeb ċkejkna jew ta’ stilel kometi; is-siġar ta’ fuq il-bankini li huma mżejna bi dwal ta’ bozoz żgħar ħomor jew blu jew bojod joħolqu atmosfera mill-isbaħ.

Hawn arja ta’ stennija, li tqanqal lil kulħadd…

Il-Milied mhuwiex biss tifkira tradizzjonali: hu t-twieled ta’ Ġesu’ t-tarbija (…). Il-Milied hu ħaj! U mhux biss fil-Knejjes bil-presepji, imma wkoll fost in-nies b’arja ta’ ferħ, ta’ ħbiberija, ta’ tjubija li kull sena l-Milied iġib miegħu.

B’danakollu, anki llum id-dinja hi maħkuma minn problemi kbar: faqar li jwassal għall-ġuħ, (…), gwerer, terroriżmu, mibegħda fost etniji, fost gruppi u individwi.

Għandna bżonn tal-imħabba. Għandna bżonn li Ġesù jerġa’ jiġi bil-qawwa tiegħu. Ġesù Bambin hu dejjem rigal kbir li l-Missier jagħti lilna l-bnedmin, ukoll jekk mhux kulħadd jagħraf dan. (…).

Jeħtieġ nagħmlu l-festa tal-Milied u nġeddu l-fidi tagħna fit-Tarbija-Alla li ġie biex isalvana, biex joħloq familja ġdida ta’ aħwa magħqudin fl-imħabba li tinsab fuq l-Art kollha.

Ejjew inħarsu madwarna. U naraw li din l-imħabba tasal għand kulħadd, imma l-aktar għand min qed ibati, min hu fil-bżonn, min hu waħdu, għand il-foqra, iċ-ċkejknin u l-morda. Ejjew naraw li fl-għożża u l-ġid li naqsmu magħhom tiddi tassew ir-realta’ ta’ familja, ta’ aħwa li jiċċelebraw il-Milied flimkien. (…)

Min jista’ jirreżisti l-qawwa tal-imħabba?

Ejjew inħallu l-Milied idawwalna biex nagħmlu ġesti u nqanqlu azzjonijiet konkreti. Dawn ir- rimedji kontra l-ħażen jistgħu jidhru ċkejknin, imma jekk isiru fuq skala kbira jistgħu jkunu dawl u soluzzjoni għall-problemi gravi li hawn fid-dinja.

Il-Milied it-tajjeb lil kulħadd!

Chiara Lubich

 

Spiritwalita' Tags:Chiara Lubich

Post navigation

Previous Post: [:mt]Il-ġurnata ma’ Maria[:en]Spending the Day with Mary[:]
Next Post: Kelma tal-Ħajja ta' Jannar 2022

More Related Articles

[:mt]Kelma tal-Ħajja ta’ Marzu[:en]March Word of Life [:] Kelma tal-Ħajja
"Illum Ħamis ix-Xirka, il-festa tagħna." Spiritwalita'
[:mt]Covid-19: “Ma nħallux il-biża’ jwaqqafna”[:en]Covid-19: Overcome fear and increase solidarity [:] Spiritwalita'
[:mt]Pasquale Foresi: “It-Talb” [:en]Pasquale Foresi: “Prayer”[:] Spiritwalita'
Ngħixu l-Kelma: żerriegħa li tagħti l-frott Spiritwalita'
[:mt]Festa tad-Duluri: “Marija f’riġlejn is-Salib”[:en]Feast of Our Lady of Sorrows: “Mary at the foot of the Cross”[:] Spiritwalita'

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Kelma tal-Ħajja

  • Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    “L-imħabba ma tagħmilx deni lill-proxxmu; mela l-imħabba hi l-milja tal-Liġi” (Rm 13, 10).

Segwina fuq Instagram

Kotba

  • Here and Now

    Here and Now

    July 30, 2026
  • Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    July 3, 2026
  • Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    November 24, 2023
  • Conference Calls

    Conference Calls

    February 1, 2023

Focolare News updates

Safeguarding

Safeguarding measures worldwide
Listening Points / safe space discussions
Guidelines and reports: Protection of minors and vulnerable persons

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

Safeguarding - Prevention of abuse - Listening points/safe space discussions

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Siti ta’ interess

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • United World Project
  • New Families

Recent Posts

  • Video update on forum in Jerusalem

    Video update on forum in Jerusalem

    September 8, 2026
  • Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    September 7, 2026
  • Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    August 31, 2026
  • Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    August 15, 2026

Copyright © 2026 Moviment tal-Fokolari.

Powered by PressBook Blog WordPress theme