Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

  • Home
  • Min aħna
  • Chiara Lubich
  • Kelma tal-Ħajja
  • Djalogi
  • Media
  • Kuntatti
  • Malti Malti
    • English English
  • Toggle search form

X’titlob minna l-imħabba vera

Posted on July 13, 2026July 29, 2026 By Website Editor No Comments on X’titlob minna l-imħabba vera

L-imħabba hi virtù mill-aktar importanti, hi kollox. Għalhekk, ikun jaqbel li nintefgħu minnufih biex ngħixuha xi ftit aħjar. Issa, biex nagħmlu dan irridu nkunu nafu liema huma l-affarijiet li jagħmluha speċjali.

Wieħed ħassieb jgħid: “Li tħobb hi ħaġa tajba; li tkun taf tħobb huwa kollox”1. Iva, li tkun taf tħobb, għax l-imħabba nisranija hija arti u jeħtieġ li din l-arti nitgħallmuha.

Psikologu kbir ta’ żmienna qal: “Iċ-ċiviltà tagħna rari ħafna tfittex li titgħallem l-arti tal-imħabba u, minkejja t-tfittxija ddisprata għall-imħabba, kollox hu meqjus iktar importanti: suċċess, fama, flus u setgħa. Kważi kull enerġija li għandna nużawha biex nilħqu dawn l-għanijiet u kważi l-ebda waħda ma nużawha biex nagħrfu l-arti tal-imħabba”2.

Il-vera arti tal-imħabba toħroġ kollha mill-Vanġelu ta’ Kristu. L-ewwel pass li żgur irridu nagħmlu hu li nwettquha fil-prattika biex inqanqlu rivoluzzjoni paċifika. Imma rivoluzzjoni li tant tinħass li tbiddel kollox. Rivoluzzjoni li ma tolqotx biss dak li hu spiritwali, imma wkoll dak kollu uman, u li ġġedded kull espressjoni: il-kultura, il-politika, l-ekonomija, it-tagħlim, ix-xjenza, eċċ. Hija s-sigriet ta’ dik ir-rivoluzzjoni li biha l-ewwel insara setgħu jinfirxu mad-dinja magħrufa ta’ dawk iż-żminijiet.

Hija arti impenjattiva, li titlob ħafna minna. Hi arti li tridna mmorru lil hinn mill-orizzont dejjaq tal-imħabba naturali li nindirizzawha ħafna drabi sempliċiment lejn tal-familja tagħna, u l-ħbieb biss. Hawnhekk l-imħabba rridu nagħtuha ’l kulħadd: lil min hu simpatku u ’l min mhux, lil min hu sabiħ u ’l min hu ikrah, lil min ġej minn art twelidi u ’l min hu barrani, lil min hu tat-twemmin tiegħi jew ta’ xi twemmin ieħor, lil min għandu l-kultura tiegħi jew xi kultura oħra, ħabib jew avversarju jew għadu: hu xinhu. Jeħtieġ inħobbu ’l kulħadd kif jagħmel il-Missier tas-Smewwiet, li jibgħat ix-xemx u x-xita fuq it-tajbin u fuq il-ħżiena.

Hija din l-imħabba li timbuttana biex inħobbu aħna l-ewwel u dejjem, mingħajr ma nistennew li jħobbuna. Kif għamel Ġesù Kristu li, meta konna għadna “ħżiena”, u għalhekk mhux ta’ min iħobbna, ta ħajtu għalina.

Hija mħabba fejn jien inqis lill-ieħor daqsi, nara lili nnifsi fl-ieħor. Gandhi kien jgħid: “Inti u jien, aħna ħaġa waħda. Ma nistax nagħmillek id-deni bla ma nweġġa’ lili nnifsi”3.

Din l-imħabba mhijiex magħmula biss minn kliem jew sentimenti, hi konkreta. Titlobna nsiru “ħaġa waħda” mal-oħrajn, li b’xi mod “ngħixu” lill-oħrajn fit-tbatijiet tagħhom, fil-ferħ tagħhom, fil-bżonnijiet tagħhom, biex nifhmuhom u ngħinuhom bl-aħjar mod.

Din l-arti tridna nħobbu ’l Ġesù fil-persuna li nħobbu. Infatti, anki jekk din l-imħabba hi diretta lejn dak ir-raġel, jew lejn dik il-mara partikolari, Kristu jqisu magħmul miegħu t-tajjeb jew il-ħażin kollu li nagħmlu magħhom. Dan qalu u tennieh meta kien qed jitkellem fuq ix-xena kbira tal-aħħar ġudizzju: “Għamiltuh miegħi… Għamiltuh miegħi” (ara Mt 25, 40).

Din l-arti tal-imħabba, mgħixa minn ħafna, twassal għall-imħabba reċiproka: fil-familja, fil-post tax-xogħol, fi gruppi, fis-soċjetà; imħabba bejn il-bnedmin, ġawhra tal-Vanġelu, kmandament ġdid ta’ Kristu, li jibni l-unità.

Dawn huma l-karatteristiċi tal-imħabba vera, l-esiġenzi li jagħmluha speċjali u li nsibu fil-Vanġelu.

1     F.R Chateaubriand, f’Aforismi e citazioni cristiane, Casale Monferrato 1994, p. 17.
2     E. Fromm, L’arte di amare, Milan 1971, p. 18.
3     Rif. F’Parole del cuore, ta’ W. Mühs, Milano 1996, p. 82.

Ritratt: Pixabay


Meħud mill-ktieb l’Arti tal-Imħabba, Chiara Lubich, p. 14-16
Maqlub għall-Malti minn pubblikazzjoni oriġinali bit-Taljan: L’arte di amare, © Città Nuova Editrice, Ruma, 2005

Spiritwalita' Tags:imħabba

Post navigation

Previous Post: Il-Kelma tibni l-komunità
Next Post: Ngħixu l-Kelma: żerriegħa li tagħti l-frott

More Related Articles

Chiara Lubich: “Generating Peace” Aħbarijiet
[:mt]Anki Ġesù staqsa “għaliex”[:] Spiritwalita'
Anthony Patrick Vella – jikkomunika permezz tal-pittura Spiritwalita'
[:mt]Marija Deżolata[:] Spiritwalita'
Bdejna nħarsu lejn il-bnedmin kollha bħala familja waħda Esperjenzi
Chiara Lubich: Fejn hemm il-karità u l-imħabba, Alla hemm jinsab Spiritwalita'

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Kelma tal-Ħajja

  • Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    “L-imħabba ma tagħmilx deni lill-proxxmu; mela l-imħabba hi l-milja tal-Liġi” (Rm 13, 10).

Segwina fuq Instagram

Kotba

  • Here and Now

    Here and Now

    July 30, 2026
  • Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    July 3, 2026
  • Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    November 24, 2023
  • Conference Calls

    Conference Calls

    February 1, 2023

Focolare News updates

Safeguarding

Safeguarding measures worldwide
Listening Points / safe space discussions
Guidelines and reports: Protection of minors and vulnerable persons

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

Safeguarding - Prevention of abuse - Listening points/safe space discussions

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Siti ta’ interess

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • United World Project
  • New Families

Recent Posts

  • Video update on forum in Jerusalem

    Video update on forum in Jerusalem

    September 8, 2026
  • Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    September 7, 2026
  • Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    August 31, 2026
  • Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    August 15, 2026

Copyright © 2026 Moviment tal-Fokolari.

Powered by PressBook Blog WordPress theme