Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
  • Email
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

Malta

  • Home
  • Min aħna
  • Chiara Lubich
  • Kelma tal-Ħajja
  • Attivita’
    • Mariapoli: “Il-Belt ta’ Marija”
    • Families
    • Tfal
    • Żgħażagħ
    • Teens
  • Djalogi
  • Media
  • Kuntatti
  • Malti Malti
    • English English
  • Toggle search form

Il-Kelma tibni l-komunità

Posted on July 10, 2026August 3, 2026 By Website Editor No Comments on Il-Kelma tibni l-komunità

Il-Kelma t’Alla hi sisien li fuqha tinbena l-komunità. Waqt li ġġib bidla fil-ħajja tal-individwu, il-Kelma twasslu biex jagħraf li hu jagħmel parti mill-familja kbira t’Alla u li jista’ jagħti s-sehem tiegħu biex issaltan dik l-imħabba li Ġesù ġab fuq din l-art.

Ħafna jiġu f’kuntatt mal-ispiritwalità tal-unità permezz tal-laqgħat tal-Kelma tal-Ħajja li l-Moviment tal-Fokolari jagħmel f’diversi lokalitajiet, u dawk li jiltaqgħu mal-Kelma u jgħixuha, jsibu ruħhom flimkien ma’ oħrajn fl-iskola ta’ Ġesù.

Xhieda ta’ dan huma l-esperjenzi li ġejjin.

“Sibt ruħi ma’ grupp ta’ nies, li ma kont naf lil ħadd minnhom, ħlief lil min stedinni biex immur għal-laqgħa tal-Kelma tal-Ħajja. Mill-ewwel ħassejtni milquta mill-atmosfera sabiħa li kien hemm, u bqajt aktar milquta meta xi wħud bdew jaqsmu l-esperjenzi tagħhom dwar l-għajxien tal-Kelma. Din il-laqgħa kienet għalija bidu ta’ avventura ġdida.

Komplejt nattendi għal dawn il-laqgħat u bdejt niskopri dejjem aktar dik iċ-ċavetta prezzjuża li tiftaħ il-bieb għal relazzjoni radikali u profonda m’Alla u mal-proxxmu. Bdejt nagħraf kemm l-għajxien tal-Kelma jiġġenera relazzjonijiet veri u awtentiċi, imsejsa fuq l-imħabba li jgħallem Ġesù. Illum inħossni xxurtjata li qed nagħmel il-vjaġġ qaddis ta’ ħajti flimkien ma’ oħrajn li fil-Kelma t’Alla sabu “musbieħ għal riġlejhom” (ara Salm 119:105 ).


“Alla huwa Mħabba (1 Ġw 4, 16); Alla jħobbna, Alla jħobbok: din l-aħbar ġabet bidla kbira f’ħajti! Wasslitni biex niskopri l-veru wiċċ t’Alla, u ma nħarisx aktar lejh bħala dak l-imħallef lest biex jikkundanna l-iċken żball li stajt nagħmel. Ħelsitni mill-idea t’Alla li trawmet fija minħabba t-trobbija li kelli, u qanqlitni biex insir naf aktar dwaru. Bdejt niltaqa’ ma’ oħrajn li jemmnu tassew f’din l-imħabba kbira t’Alla, u wasalt biex jien ukoll niltaqa’ miegħu u nduq il-ferħ ta’ min jagħraf li Alla hu tassew Missier ħanin u li aħna lkoll uliedu. Ngħix il-Kelma tal-Ħajja flimkien ma’ oħrajn, u dan jgħinni nissaħħaħ fil-fidi, nikber fl-imħabba lejH u lejn ħuti l-bnedmin, u nħares ‘l quddiem b’tama”.


Ngħixu l-Kelma, p. 12-13
Siltiet mill-pubblikazzjoni oriġinali bit-Taljan Parole di Vita, mis-sensiela Opere di Chiara Lubich, maqluba għall-Malti mill-Moviment tal-Fokolari f’Malta. © Città Nuova Editrice, Ruma, 2017

Share:
FacebookWhatsAppEmailCopy
Spiritwalita'

Post navigation

Previous Post: Il-Moviment Gen: 60 sena ta’ ħajja
Next Post: X’titlob minna l-imħabba vera

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Laqgħat tal-Fokolari

Moviment Familji Ġodda – Picnic

Recent Posts

  • Beatification Cause for Fr Silvano Cola officially opened

    Beatification Cause for Fr Silvano Cola officially opened

    November 7, 2026
  • Kelma tal-Ħajja ta’ Novembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta’ Novembru 2026

    November 1, 2026
  • Inġibu ruħna ta’ familja

    Inġibu ruħna ta’ familja

    October 26, 2026
  • Palermo hosts Mediterranean conference to build bridges of fraternity

    Palermo hosts Mediterranean conference to build bridges of fraternity

    October 13, 2026
  • Margaret Karram's message to the "Mediterranean Without Borders" gathering

    Margaret Karram's message to the "Mediterranean Without Borders" gathering

    October 11, 2026

Segwina fuq Instagram

Focolare News updates

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

  • Providing a safe environment
  • Listening points/safe space discussions
  • Guidelines and reports

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Siti ta’ interess

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • New Families

Copyright © 2026 Focolare Movement Malta | VO/1624 Fondazzjoni Dinja Magħquda – Moviment tal-Fokolari (Malta)

Privacy Settings

This site uses cookies and similar technologies. You can accept, deny, or customise non-essential categories. This tool helps manage consent choices; it is not legal advice.

Essential
Statistics
Functional
Marketing
Powered by ConsentBase | PAPEPO