Spiritwalita' storja

16 Lulju 1949 – 16 Lulju 2026: “Taf fejn ninsabu?”

Rocca di Papa, 16 ta’ Lulju 2026

Lil dawk kollha fid-dinja li jagħmlu parti mill-Moviment tal-Fokolari

 

Għeżież,

Nixtieq li nfakkar il-festa tas-16 ta’ Lulju ta’ din is-sena billi noffri lil kulħadd rigal prezzjuż: ir-rakkont ta’ Chiara stess dwar il-Patt li hi għamlet ma’ Foco (Igino Giordani) u d-daħla fil-Ġenna.

Kien fl-1999 meta hi qasmet din l-esperjenza ma’ mijiet ta’ Ġen miġbura flimkien għal kungress. F’dawn il-ġranet erġajt smajt dak li qaltilhom diversi drabi; u l-mistoqsija li Chiara għamlet lil Foco: “Taf fejn ninsabu?”, kompliet tidwi ġewwa fija, u stagħġibt b’kemm għadha attwali.

F’dan ir-rakkont, Chiara qalet lill-Ġen: “Dħalt f’Dak li mhux maħluq”. Minn dak il-mument hi tatna ħarsa ġdida fuq kull ħaġa: il-ħarsa mill-għoli, mill-mod kif Alla jara l-affarijiet.

Illum, il-mistoqsija – “Taf fejn ninsabu?” – qed issir lil kull waħda u wieħed minna. U tistedinna nagħrfu li Alla, f’Ġesù u bid-don tal-Ispirtu s-Santu, jgħammar fostna, isostni kull ħaġa u jdawwal l-istorja. U allura, jeħtieġ li flimkien inġeddu l-għażla t’Alla u l-impenn li ngħixu l-imħabba lejn xulxin b’fidi u b’kuraġġ, konxji min-novità tal-kariżma tagħna li “ (…) hi għad-dinja kollha: aħna ħaġa waħda biex ilkoll ikunu ħaġa waħda”.1

Din kienet id-direzzjoni li ħadna anki fl-aħħar tal-Assemblea Ġenerali f’Marzu li għadda: ħadna l-impenn li nfittxu toroq ġodda biex ngħixu l-unità u nagħmlu konverżjoni vera li toħodna lejn dak li l-umanità tassew għandha bżonn, jiiġfieri lejn relazzjonijiet ta’ mħabba vera fuq il-mudell tat-Trinità.

Din hi mħabba – kif darba kitbet Emmaus propju  – li “hi kapaċi toħloq, taħfer, tilqa’, taqsam, tara s-sabiħ fejn hemm l-ikrah u tibdel in-negattiv fl-okkażjoni tas-16 ta’ Luljufil-pożittiv”.2

Dan hu l-mod kif għandna nħarsu lejn kull persuna u lejn kull ġrajja! Chiara qalet lill-Ġen – u llum qed terġa’ tgħid lilna lkoll: li aħna “ġewwa”; dan ifisser li jekk nagħżlu li nħobbu, aħna nkunu fi ħdan il-Missier permezz ta’ Ġesù. U jekk aħna nkunu “Ġenna inkarnata li timxi fid-dinja”, aħna nkunu tama għall-umanità.

F’dan il-kuntest, nixtieq ngħidilkom ukoll li ftit tal-ġimgħat ilu ġie ppublikat il-ktieb li jiġbor fih il-kitbiet kollha tal-Ġenna ’49. S’issa wieħed isibu biss bit-Taljan (Citta’ Nuova Ed), iżda ġa bdiet titħejja t-traduzzjoni b’ilsna oħra ħalli dan id-don ikun jista’ jasal għand l-akbar għadd ta’ nies possibbli.

Mela, nibqgħu mexjin ’l quddiem, FLIMKIEN aktar minn qatt qabel!
Il-Festa t-tajba lil kulħadd!

Margaret Karram
President

Link għall-video: Chiara Lubich lill-Kungress Ġen 2: “L-ewwel lezzjoni fuq ’49”, 20 ta’ Diċembru 1999 (siltiet).
Inglis: https://youtu.be/YviAdRSIgE8
Taljan: https://youtu.be/pou0uNQip1M

Add Comment

Click here to post a comment

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.