Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
  • Email
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

Malta

  • Home
  • Min aħna
  • Chiara Lubich
  • Kelma tal-Ħajja
  • Attivita’
    • Mariapoli: “Il-Belt ta’ Marija”
    • Families
    • Tfal
    • Żgħażagħ
    • Teens
  • Djalogi
  • Media
  • Kuntatti
  • Malti Malti
    • English English
  • Toggle search form

Inkunu dejjem familja

Posted on June 19, 2021September 23, 2026 By Website Editor No Comments on Inkunu dejjem familja

Ħsieb ta’ Chiara Lubich, Ottubru 2005

“Ir-realtà li fuqha tinbena l-familja tagħna hi  l-għajxien ta’ Ġesù f’nofsna, għajxien  li nibnuh u nerġgħu nibnuh, li nkabbruh billi naqsmu l-ħajja li hemm fiż-żoni differenti u li nsaħħuh bl-interess reċiproku bejn iċ-Ċentri u l-periferija.

Jekk darba kont għidt li l-imħabba ta’ omm ( li m’għandhiex limitu, li ma taħsibx fiha nnifisha, li taħfer dejjem, li kollox tittama….) hi dik li l-aktar tixbah l-imħabba divina, li l-imħabba ta’ missier hi dik li tista’ sserraħ fuqha  u tagħtik sigurta’, li l-imħabba tal-aħwa tagħtik il-kuraġġ u l-ideali komuni biex taffronta l-ħajja, “l-imħabba lreċiproka” tagħna għandu jkollha t-togħma ta’ dan kollu!

Meta mmorru fid-dinja, qatt m’għandna  nitilfu r-realtà li aħna parti minn familja meraviljuża b’rabta tal-Ispirtu s-Santu!

Nieħdu ħsiebha l-intimita’ ta’ din il-familja fil-waqt li nieħdu sehem  fil-ferħ u t-tbatija ta’ dawk li jagħmlu parti minnha. Inżommu ħaj l-iskop li għalih Alla welled il-Familja tagħna, l-Opra: li nagħtu xhieda tal-unità.

Unità bħal dik li hemm fit-Trinità Qaddisa, li Ġesù talab għaliha (ara Ġw 17,21). Xi skop sabiħ u divin! Li  fuq l-art  tgħammar l-unita’, bħal dik li kien hemm fil-familja ta’ Nażaret!

Niftakar li snin ilu nkont tlabt lil Marija biex fuq din l-art tifforma “Familja b’ulied li kollha jkunu Hi, Marija”.

Illum, b’kommozzjoni u rikonoxxenza lejn Alla, naraw l-Opra ta’ Maria, li l-Knisja tirrikonoxxiha  bħala “preżenza ta’ Marija  u kontinwazzjoni tagħha fuq l-art” (ara Statuti Ġenerali art. 2). Dik il-familja saret realtà: hi l-Familja ta’ Marija.”

Chiara Lubich

Share:
FacebookWhatsAppEmailCopy
Spiritwalita' Tags:Chiara Lubich

Post navigation

Previous Post: Kelma tal-Ħajja ta' Ġunju 2021
Next Post: Kelma tal-Ħajja ta’ Lulju 2021

More Related Articles

Fabio Ciardi: "L-isbaħ ritratt ta’ Chiara" Spiritwalita'
Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49" Aħbarijiet
7 December 1943: the beginning of a divine adventure Aħbarijiet

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Beatification ceremony – Fr Silvano Cola

Laqgħat tal-Fokolari

Moviment Familji Ġodda – Picnic

Recent Posts

  • Beatification Cause for Fr Silvano Cola officially opened

    Beatification Cause for Fr Silvano Cola officially opened

    November 7, 2026
  • Kelma tal-Ħajja ta’ Novembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta’ Novembru 2026

    November 1, 2026
  • Inġibu ruħna ta’ familja

    Inġibu ruħna ta’ familja

    October 26, 2026
  • Palermo hosts Mediterranean conference to build bridges of fraternity

    Palermo hosts Mediterranean conference to build bridges of fraternity

    October 13, 2026
  • Margaret Karram's message to the "Mediterranean Without Borders" gathering

    Margaret Karram's message to the "Mediterranean Without Borders" gathering

    October 11, 2026

Segwina fuq Instagram

Focolare News updates

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

  • Providing a safe environment
  • Listening points/safe space discussions
  • Guidelines and reports

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Siti ta’ interess

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • New Families

Copyright © 2026 Focolare Movement Malta | VO/1624 Fondazzjoni Dinja Magħquda – Moviment tal-Fokolari (Malta)

Privacy Settings

This site uses cookies and similar technologies. You can accept, deny, or customise non-essential categories. This tool helps manage consent choices; it is not legal advice.

Essential
Statistics
Functional
Marketing
Powered by ConsentBase | PAPEPO