Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

  • Home
  • Min aħna
  • Chiara Lubich
  • Kelma tal-Ħajja
  • Djalogi
  • Media
  • Kuntatti
  • Malti Malti
    • English English
  • Toggle search form

Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2018

Posted on September 13, 2018August 10, 2026 By Website Editor No Comments on Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2018

“ILQGĦU BIL-ĦLEWWA L-KELMA MĦAWLA FIKOM, LI TISTA’ SSALVALKOM RUĦKOM” (Gc 1:21) .

Il-Kelma ta’ dan ix-xahar hi meħuda minn kitba ta’ San Ġakbu, li kien bniedem importanti ħafna fil-Knisja ta’ Ġerusalemm. Hu kien iħeġġeġ lill-insara biex l-imġiba tagħhom tkun taqbel ma’ twemminhom.

Fil-bidu ta’ din l-ittra jisħaq fuq kundizzjoni essenzjali: li ninħelsu minn kull ħażen biex nilqgħu l-Kelma t’Alla u nħalluha tmexxina fit-triq lejn il-milja tas-sejħa tagħna ta’ nsara.

Il-Kelma t’Alla hi qawwija fiha nfisha: hi kelma li toħloq, tagħmel il-ġid f’kull persuna u fil-komunità, u tibni rabtiet ta’ mħabba bejnietna lkoll, m’Alla u malbnedmin.

San Ġakbu jgħid li din il-Kelma diġà “tħawlet” fina.

Kif? Żgur li sa mill-ħolqien, Alla lissen Kelma ċara ħafna: il-“ILQGĦU BIL-ĦLEWWA L-KELMA MĦAWLA FIKOM, LI TISTA’ SSALVALKOM RUĦKOM”.bniedem hu “xbieha” tiegħu. Fil-fatt kull bniedem jista’ jidħol f’rabta m’Alla u hu msejjaħ biex jieħu sehem mill-ħajja ta’ mħabba u komunjoni li hemm f’Alla.

Imma, hu s-sagrament tal-magħmudija li jpoġġi lilna l-insara fi Kristu: il-Kelma t’Alla li daħlet fil-ġrajja tagħna l-bnedmin.

Alla poġġa f’kull bniedem iż-żerriegħa tal-Kelma tiegħu, li ssejjaħlu għat-tajjeb, għall-ġustizzja, għall-għotja tiegħu nnifsu u għall-komunjoni. Il-bniedem milqugħ u mrobbi b’imħabba fl-għalqa fejn jitrabba, ikollu l-ħila jipproduċi ħajja u frott.

“ILQGĦU BIL-ĦLEWWA L-KELMA MĦAWLA FIKOM, LI TISTA’ SSALVALKOM RUĦKOM”.

Alla jkellimna b’mod ċar ħafna fil-Bibbja, l-aktar fl-erba’ kotba tal-Vanġelu. Jeħtieġ nilqgħu l-Kelma tiegħu aħna u naqrawha b’imħabba fil-Kotba Mqaddsa, u meta ngħixuha nkunu nistgħu naraw kemm tħalli frott.

Inkunu nistgħu nisimgħu `l Alla jkellimna fil-fond ta’ qalbna, fejn sikwit nindunaw li hemm ħafna “ilħna” u ħafna “kliem” ieħor li jpoġġi quddiemna proposti u għażliet, mudelli ta’ ħajja, kif ukoll inkwiet u biżgħat… Imma kif nistgħu nagħrfu l-Kelma t’Alla u nħalluha tgħix fina?

Jeħtiġilna nbattlu qalbna u nkunu lesti nilqgħu l-istedina t’Alla, biex hekk nisimgħu leħnu b’mod ħieles u mimli kuraġġ. Ħafna drabi leħnu hu sottili u prudenti u ma jagħmilx ħafna ħoss.

Kelmtu titlobna noħorġu barra minna nfusna biex inkunu nistgħu niddjalogaw u niltaqgħu Miegħu u mal-oħrajn, u tistedinna nagħtu sehemna biex l-umanità tkun isbaħ, u biex nagħrfu li aħna lkoll aħwa ta’ xulxin.

“ILQGĦU BIL-ĦLEWWA L-KELMA MĦAWLA FIKOM, LI TISTA’ SSALVALKOM RUĦKOM”.

Il-Kelma t’Alla tista’ tibdel il-ħajja tagħna ta’ kuljum u tagħmilha storja ta’ ħelsien mid-dlamijiet tal-ħażen fina u fis-soċjetà, iżda tistenna li aħna wkoll nagħtu s-sehem personali tagħna jekk dan hu dgħajjef u mimli nuqqasijiet.

Imbagħad, is-sentimenti u l-ħsibijiet tagħna jkunu dejjem aktar jixbhu `l dawk ta’ Ġesù,  il-fidi u t-tama tagħna fl-Imħabba t’Alla jissaħħu, filwaqt li għajnejna u jdejna jinfetħu dejjem aktar għall-ħtiġiet ta’ ħutna l-bnedmin.

Hekk qaltilna nagħmlu Chiara Lubich fl-1992: “F’Ġesù naraw għaqda sħiħa bejn l-imħabba li Hu kellu għall-Missier u l-imħabba għal ħutu l-bnedmin. Dak li kien jgħid kien jaqbel perfettament ma’ dak li kien jagħmel, u din il-ħaġa kienet issaħħar u tiġbed `il kulħadd lejH. Hekk ukoll irridu nagħmlu aħna. Irridu nilqgħu l-kelma ta’ Ġesù bis-sempliċità tat-tfal iż-żgħar u ngħixuha bis-safa, bid-dawl u l-qawwa kollha li toħroġ minnha. B’hekk inkunu dixxipli kif iridna nkunu Hu, dixxipli li jixbhu `l-imgħallem tagħhom: bħal Ġesù ieħor imxerrdin mad-dinja kollha. U tista’ teżisti għalina xi avventura isbaħ u akbar minn din?”

Letizia Magri

Kelma tal-Ħajja Tags:Kelma tal-ħajja

Post navigation

Previous Post: [:mt]Lkoll ħaġa waħda[:gb]Lkoll ħaġa waħda[:]
Next Post: Ftit jiem ‘l bogħod mir-rutina tas-soltu

More Related Articles

[:mt]Kelma tal-Ħajja ta’ April[:en]April Word of Life[:] Kelma tal-Ħajja
[:mt]Kelma tal-Ħajja ta’ Lulju 2019[:en]July Word of Life[:] Kelma tal-Ħajja
[:mt]Kelma tal-Ħajja – Diċembru 2018[:en]Word of Life – December 2018[:gb]Word of Life – December 2018[:] Kelma tal-Ħajja
Kelma tal-Ħajja ta' Marzu 2025 Kelma tal-Ħajja
Il-Kelma tal-Ħajja ta’ Diċembru 2025 Kelma tal-Ħajja
Kelma tal-Ħajja - Novembru 2018 Kelma tal-Ħajja

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Kelma tal-Ħajja

  • Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    “L-imħabba ma tagħmilx deni lill-proxxmu; mela l-imħabba hi l-milja tal-Liġi” (Rm 13, 10).

Segwina fuq Instagram

Kotba

  • Here and Now

    Here and Now

    July 30, 2026
  • Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    July 3, 2026
  • Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    November 24, 2023
  • Conference Calls

    Conference Calls

    February 1, 2023

Focolare News updates

Safeguarding

Safeguarding measures worldwide
Listening Points / safe space discussions
Guidelines and reports: Protection of minors and vulnerable persons

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

Safeguarding - Prevention of abuse - Listening points/safe space discussions

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Siti ta’ interess

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • United World Project
  • New Families

Recent Posts

  • Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    September 7, 2026
  • Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    August 31, 2026
  • Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    August 15, 2026
  • Nagħtu l-ewwel post lil Alla u ngħixu l-bqija bħala rieda tiegħu

    Nagħtu l-ewwel post lil Alla u ngħixu l-bqija bħala rieda tiegħu

    August 10, 2026

Copyright © 2026 Moviment tal-Fokolari.

Powered by PressBook Blog WordPress theme