Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

  • Home
  • Min aħna
  • Chiara Lubich
  • Kelma tal-Ħajja
  • Djalogi
  • Media
  • Kuntatti
  • Malti Malti
    • English English
  • Toggle search form

Kelma tal-Ħajja ta' April 2023

Posted on March 31, 2023August 2, 2026 By Website Editor No Comments on Kelma tal-Ħajja ta' April 2023

Niżżel il-fuljett tal-Kelma tal-Ħajja bil-Malti


Aħsbu fil-ħwejjeġ tas-sema, mhux f’dawk tal-art” (Kol 3, 2)

Kienu għadhom kif nibtu l-ewwel komunitajiet Insara u malajr bdew jinqalgħu xi kwistjonijiet marbuta ma’ interpretazzjonijiet foloz tal-messaġġ tal-Vanġelu. Pawlu, li kien qiegħed il-ħabs, sar jaf b’dawn il-problemi li kien hemm f’Kolossi u kiteb ittra lil din il-komunità.

Nifhmu aħjar din il-Kelma tal-Ħajja ta’ dan ix-xahar jekk naqraw is-silta kollha mnejn hi meħuda: “Jekk intom irxuxtajtu ma’ Kristu, fittxu l-ħwejjeġ tas-sema, fejn Kristu qiegħed fuq il-lemin t’Alla. Aħsbu fil-ħwejjeġ tas-sema, mhux f’dawk tal-art. Għax intom mittu, imma ħajjitkom hi moħbija flimkien ma’ Kristu f’Alla! (1)

Biex jegħleb dan in-nuqqas ta’ qbil, Pawlu qed jistedinna ndawru ħajjitna kollha lejn Kristu Rxoxt. Infatti, fil-magħmudija aħna wkoll mitna u rxuxtajna fi Kristu. Din il-ħajja ġdida nistgħu ngħixuha f’dak li “ġa seħħ u f’dak li għad iseħħ fil-ħajja ta’ dejjem.

“Aħsbu fil-ħwejjeġ tas-sema, mhux f’dawk tal-art”

Hi ħaġa loġika li dan mhux se niksbuh darba għal dejjem, imma rridu nfittxuh il-ħin kollu f’mixja impenjattiva tul ħajjitna kollha. Infatti Kristu ġab fid-dinja l-ħajja tas-sema u l-Għid tiegħu hu l-bidu ta’ ħolqien ġdid u ta’ bnedmin ġodda. Din tkun il-konsegwenza loġika ta’ min jagħżel li jgħix il-Vanġelu:  nagħmlu għażla li tibdel għal kollox il-mentalità tagħna, u taqleb ta’ taħt fuq dak li tipproponi d-dinja, hekk li ma nibqgħux ikkundizzjonati minnha. Dan iġib fina bidla mill-qigħ. Wara kollox Pawlu ma jkasbarx “il-ħwejjeġ ta’ din id-dinja” għax, minn meta l-Iben t’Alla sar bniedem, il-ħolqien kollu ġġedded. (2)

 “Aħsbu fil-ħwejjeġ tas-sema, mhux f’dawk tal-art”

 “X’inhuma l-“affarijiet ta’ hemm fuq?”. Chiara Lubich tikteb hekk: “Huma dawk il-valuri li Ġesù ġab fuq din l-art u li bihom jingħarfu dawk li jimxu warajh. Dawn huma l-imħabba, il-ftehim, is-sliem, il-maħfra, is-sewwa, is-safa, il-ġustizzja, eċċ. Huma dawk il-virtujiet u l-ġid li joffrilna l-Vanġelu. Bihom u permezz tagħhom l-Insara jibqgħu fir-realtà ta’ dawk li rxuxtaw ma’ Kristu. (…)

Issa x’nistgħu nagħmlu biex qalbna tibqa’ dejjem marbuta mas-sema, aħna li qed ngħixu f’din id-dinja? Irridu nħallu l-ħsibijiet u s-sentimenti ta’ Ġesù jmexxuna, għax Hu kien dejjem b’ħarstu lejn il-Missier u f’ħajtu dejjem kienet tidher il-liġi tas-sema, il-liġi tal-imħabba” (3) 

“Aħsbu fil-ħwejjeġ tas-sema, mhux f’dawk tal-art” 

Il-preżenza tal-Insara tinfirex b’kuraġġ għall-ħajja ġdida tal-Irxoxt fid-dinja kollha. Dawn huma nisa u rġiel ġodda li mhumiex ta’ din id-dinja4 imma li jgħixu fid-dinja bid-diffikultajiet kollha tal-ħajja. L-istess kienu jgħidu fuq l-ewwel Insara: “Huma jgħixu f’din l-art, imma huma ċittadini tas-sema. […] Bħalma r-ruħ tkun fil-ġisem, hekk huma l-Insara fid-dinja” (5)

Darba kien hemm wieħed ħaddiem li għamel għażla kuraġġuża, ispirata kollha kemm hi mill-Vanġelu. Din waslet għal sensiela ta’ atti ta’ fraternità mqanqla mix-xhieda tiegħu.

“Fil-fabbrika fejn naħdem bdew jitqassmu ittri li kienu jinfurmaw lill-ħaddiema li kien se jintemmilhom l-impjieg. Waħda minn dawn l-ittri tawha lil Ġorġ. Jien kont naf bil-qagħda ekonomika ħażina li kien jinsab fiha u għalhekk stedintu jiġi miegħi fl-uffiċċju tar-riżorsi umani. Għidtilhom: “Jien ninsab f’sitwazzjoni aħjar minnu għax marti taħdem. Keċċu lili”. Il-kap wegħidni li kien se jerġa’ jeżamina l-każ.

Kif ħriġna, Ġorġ ġie fuqi u għannaqni għax ħassu mqanqal ħafna b’dak li għamilt. Naturalment din il-ġrajja saru jafu biha l-ħaddiema l-oħra u tnejn minna, li bejn wieħed u ieħor kienu fl-istess kundizzjonijiet tiegħi, offrew ruħhom minflok tnejn oħra li kienu se jitkeċċew. Id-diretturi reġgħu bdew jaħsbuha fuq l-għażla li kienu għamlu biex ikeċċu l-ħaddiema. Il-kappillan sar jaf bil-każ u fil-priedka tal-quddiesa tal-Ħadd irrakkonta dak li kien seħħ fil-fabbrika, bla ma semma’ ismijiet. L-għada għarrafni li żewġ studenti tfajliet kienu tawh il-flus li kienu ġemmgħu biex jagħtihom lil dawk il-ħaddiema li kienu se jitkeċċew, u qalulu: “Aħna wkoll irridu nagħmlu bħal dak il-ħaddiem.” (B. S. – Brasile) (6)

Patrizia Mazzola
u il-grupp tal-Kelma tal-Ħajja

1. Kol 3, 1-3.

2. Ara 2 Kor 5, 17: “Meta wieħed jingħaqad ma’ Kristu, isir ħolqien ġdid; il-qadim għadda u daħal il-ġdid”.

3. C. Lubich, Parola di Vita April 2001, fil-ktieb Parole di Vita, ta’

Fabio Ciardi (Opere di Chiara Lubich 5); Città Nuova, Ruma 2017) pġ. 640-641.

4. Ara Ġw 15, 18-21.

5. Lil Diogneto 5,5-6,1, mill-ktieb: I Padri Apostolici, ta’ A. Quacquarelli, Città Nuova, Ruma 20012, pġ. 356-357.

6. Esperjenza meħudha minn: www.focolare.org

[i] Col. 3:13
[ii] Cf. 2Cor 5:14
[iii] C. Lubich Word of Life April 2001
[iv] Cf. Jn. 15:18-21
[v] Diognetus 5, 5-6 in Writings of the Apostolic Fathers
[vi] From www.focolare.org[:]

Kelma tal-Ħajja Tags:Kelma tal-ħajja

Post navigation

Previous Post: Mariapoli 2023: "Għext esperjenza qawwija tal-imħabba t’Alla"
Next Post: "Illum Ħamis ix-Xirka, il-festa tagħna."

More Related Articles

Kelma tal-Ħajja ta’ Ottubru 2024 Kelma tal-Ħajja
[:mt]Kelma tal-Ħajja ta’ Frar[:en]February Word of Life[:] Aħbarijiet
Kelma tal-Ħajja ta' Frar 2025 Kelma tal-Ħajja
[:mt]Kelma tal-Ħajja ta’ Mejju[:en]Word of Life – May 2019[:] Aħbarijiet
Kelma tal-Ħajja ta’ Lulju 2024 Kelma tal-Ħajja
Kelma tal-Ħajja ta’ Novembru 2022 Kelma tal-Ħajja

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Kelma tal-Ħajja

  • Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    “L-imħabba ma tagħmilx deni lill-proxxmu; mela l-imħabba hi l-milja tal-Liġi” (Rm 13, 10).

Segwina fuq Instagram

Kotba

  • Here and Now

    Here and Now

    July 30, 2026
  • Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    July 3, 2026
  • Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    November 24, 2023
  • Conference Calls

    Conference Calls

    February 1, 2023

Focolare News updates

Safeguarding

Safeguarding measures worldwide
Listening Points / safe space discussions
Guidelines and reports: Protection of minors and vulnerable persons

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

Safeguarding - Prevention of abuse - Listening points/safe space discussions

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Siti ta’ interess

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • United World Project
  • New Families

Recent Posts

  • Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    September 7, 2026
  • Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    August 31, 2026
  • Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    August 15, 2026
  • Nagħtu l-ewwel post lil Alla u ngħixu l-bqija bħala rieda tiegħu

    Nagħtu l-ewwel post lil Alla u ngħixu l-bqija bħala rieda tiegħu

    August 10, 2026

Copyright © 2026 Moviment tal-Fokolari.

Powered by PressBook Blog WordPress theme