Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
  • Email
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

Malta

  • Home
  • Min aħna
  • Chiara Lubich
  • Kelma tal-Ħajja
  • Attivita’
    • Families
    • Tfal
    • Żgħażagħ
    • Teens
  • Djalogi
  • Media
  • Kuntatti
  • Malti Malti
    • English English
  • Toggle search form

Kelma tal-Ħajja ta' Frar 2026

Posted on January 31, 2026September 17, 2026 By Website Editor No Comments on Kelma tal-Ħajja ta' Frar 2026

Niżżel il-fuljett tal-Kelma tal-Ħajja bil-Malti


“Ara, ser inġedded kollox” (Ap. 21,5).

Din il-Kelma tal-Ħajja hi meħuda miIl-Ktieb tal-Apokalissi, l-aħħar ktieb tat-Testment il-Ġdid. It-titlu tiegħu jfisser rivelazzjoni, u min kitbu ried li jfiehem dak li għandu jiġri meta fl-aħħar taż-żmenijiet Kristu jerġa’ jiġi fuq din l-art, isseħħ ir-rebħa aħħarija fuq il-ħażen, u d-dinja tkun tista’ tara smewwiet ġodda u art ġdida.

Mhux faċli tifhem din il-kitba. Jeħtieġ li mmorru lura lejn is-snin 81-96 wara Kristu, meta l-persekuzzjoni kontra l-Insara kienet fl-aqwa tagħha. Il-komunitajiet Insara kienu jgħixu fil-biża’: x’ser isir minna u mill-messaġġ li ġie fdat lilna? Għaliex Alla ma jidħolx għalina?

Din kienet is-sitwazzjoni. Ir-Rumani kienu eżiljaw lill-awtur tal-ktieb u bagħtuh jgħix fil-gżira ta’ Patmos, fejn kellu sensiela ta’ dehriet li kien ordnat jikteb dwarhom.

“Ara, ser inġedded kollox.”

Il-Ktieb tal-Apokalissi ried li jagħti tama lill-komunitajiet ippersegwitati; ried jurihom li għalkemm il-preżent kien diffiċli u mimli vjolenza u li l-ġejjieni ma kienx ċert, iżda fl-aħħar it-tajjeb jirbaħ u Alla jġedded kollox.

Illum ukoll meta nisimgħu “l-aħbarijiet jew naqraw il-gazzetti nsibu ħafna traġedji; jirrapurtaw ħafna aħbarijiet ta’ gwaj u hemm ir-riskju li nidraw nisimgħuhom. […] Iżda hemm Missier li qed jibki magħna, li jxerred dmugħ ta’ ħniena bla qies għal uliedu. Hemm Missier li qed jistenniena biex ifarraġna għax hu jagħraf it-tbatija tagħna u ħejja għalina ġejjieni differenti. Din hi d-dehra tat-tama nisranija, li qiegħda hemm għalina lkoll fil-ġranet kollha ta’ ħajjitna u trid tfarraġni”1.

“Ara, ser inġedded kollox.”

Ma nafux meta u kif dan għad iseħħ, u għalxejn infittxu biex inkunu nafu. Ħaġa waħda hi żgur: dan għad iseħħ.

“L-aħħar paġni tal-Bibbja juru x-xefaq aħħari tal-mixja għal dawk li jemmnu: Ġerusalemm tas-Sema. Qabelxejn, din nistħajluha għarix kbir fejn Alla jilqa’ lill-bnedmin kollha biex jgħammar għal dejjem magħhom (Ap. 21,3). Din hi t-tama tagħna. U x’ser jagħmel Alla meta fl-aħħar inkunu lkoll miegħu? Jimxi magħna bi ħlewwa liema bħalha, jilqa’ lil uliedu kollha li jkunu tħabtu u batew għal żmien twil. ‘Din hi l-għamara ta’ Alla għall-bnedmin! […] Hu jixxuttalhom kull demgħa minn għajnejhom; ma jkunx hemm iżjed mewt, anqas biki jew għajjat jew tbatija, ma jkun hemm xejn iżjed għax il-ħwejjeġ ta’ qabel għabu. […] Ara, ser inġedded kollox’ (Ap. 21,3-5). Alla tal-ġdid!”2

“Ara, ser inġedded kollox.”

Kif ser ngħixu l-Kelma tal-Ħajja għal dan ix-xahar? “Din il-Kelma tiżgurana li aħna mexjin lejn dinja ġdida li qed inħejjuha u nibnuha sa minn issa stess. Żgur li mhijiex stedina biex naħarbu mid-dinja u ma ngħixux l-impenn tagħna. Alla jrid li jġedded kollox: il-ħajja personali tagħna, il-ħbiberija, l-imħabba fiż-żwieġ, il-familja, l-iskola, il-kultura, il-mistrieħ, is-saħħa, l-ekonomija, il-politika, eċċ, f’kelma waħda hu jrid li jġedded l-aspetti kollha tal-ħajja tal-bniedem. Iżda biex jagħmel dan hu għandu bżonn lilna. Għandu bżonn ta’ nies li jħallu l-Kelma tgħix fihom, li jkunu l-Kelma ħajja, li jkunu Ġesù ieħor fl-ambjent fejn jgħixu”3.

Alice, żagħżugħa nisranija fehmet li biex tgħix il-vokazzjoni tagħha kien hemm bżonn ta’ bidla profonda ħalli Alla jkun jista’ jaħdem f’ħajjitha u jġeddidha. Kellha l-opportunità li tagħmel esperjenza fl-Indja. Hemmhekk hi daqet il-veru ferħ u ħassitha mgħaddsa tassew fil-grazzja t’Alla, anki meta għexet mumenti diffiċli. Iddedikat il-ġranet tagħha għat-talb, għall-ħajja komunitarja u għall-qadi fil-volontarjat. Kienet milquta ħafna mit-tfal fl-orfanatrofju: għalkemm ma kellhom xejn, dawn kienu mimlija entużjażmu li bilkemm jitwemmen, u għallmuha ħafna dwar il-ħajja. Ma għamlitx biss vjaġġ, għamlet pellegrinaġġ, mixja ta’ tlugħ u nżul li wasslitha biex teħles minn dak kollu li kien qed itaqqalha u ssib dak li jagħmilha tassew sinjura u ħielsa.

 Augusto Parody Reyes
u il-grupp tal-Kelma tal-Ħajja

REFERENZI

1: Cf., Papa Franġisku, Udjenza Ġenerali tat-23 ta’ Awwissu 2017. Katekeżi fuq it-Tama Nisranija
2: Ibid
3: Cfr. C.Lubich, Kelma tal-Ħajja, ta’ Fabio Ciardi, (Opere di Chiara Lubich 5), Citta Nuova, Ruma, 2017, pġ. 429

Photo credit: Pixabay

Kelma tal-Ħajja Tags:Kelma tal-ħajja

Post navigation

Previous Post: Chiara Lubich: l-umanità bħala familja waħda
Next Post: The Pre-Assembly Process

More Related Articles

[:mt]Kelma tal-Ħajja ta’ Diċembru[:en]December Word of Life[:] Aħbarijiet
Kelma tal-Ħajja ta' Awwissu 2026 Kelma tal-Ħajja
Kelma tal-Ħajja - Novembru 2018 Kelma tal-Ħajja

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Stedina lir-Rappreżentanti tal-Għaqdiet u l-Movimenti

Laqgħa tal-Komunità

Kelma tal-Ħajja

  • Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    “L-imħabba ma tagħmilx deni lill-proxxmu; mela l-imħabba hi l-milja tal-Liġi” (Rm 13, 10).

Segwina fuq Instagram

Kotba

  • Here and Now

    Here and Now

    July 30, 2026
  • Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    July 3, 2026
  • Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    November 24, 2023
  • Conference Calls

    Conference Calls

    February 1, 2023

Focolare News updates

Safeguarding

Safeguarding measures worldwide
Listening Points / safe space discussions
Guidelines and reports: Protection of minors and vulnerable persons

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

Safeguarding - Prevention of abuse - Listening points/safe space discussions

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Social Media links

  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
  • Email

Siti ta’ interess

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • United World Project
  • New Families

Żidiet reċenti

  • Papa Ljun: "Kunu xhieda ta’ għaqda kapaċi tibni paċi dejjiema"

    Papa Ljun: "Kunu xhieda ta’ għaqda kapaċi tibni paċi dejjiema"

    September 15, 2026
  • Video update on forum in Jerusalem

    Video update on forum in Jerusalem

    September 8, 2026
  • Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    September 7, 2026
  • Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    August 15, 2026

Copyright © 2026 Focolare Movement Malta | VO/1624 Fondazzjoni Dinja Magħquda – Moviment tal-Fokolari (Malta)