Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
  • Email
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

Malta

  • Home
  • Min aħna
  • Chiara Lubich
  • Kelma tal-Ħajja
  • Attivita’
    • Families
    • Tfal
    • Żgħażagħ
    • Teens
  • Djalogi
  • Media
  • Kuntatti
  • Malti Malti
    • English English
  • Toggle search form

Kelma tal-Ħajja ta' Marzu 2021

Posted on February 28, 2021September 23, 2026 By Website Editor No Comments on Kelma tal-Ħajja ta' Marzu 2021

Download leaflet


“Triqatek, Mulej, għarrafni, il-mogħdijiet tiegħek għallimni” (Sal 25 [24],4).

Dan is-salm jurina bniedem li qed iħossu mdawwar minn perikli u theddid. Issa jinsab fil-bżonn li jsib it-triq it-tajba, li fl-aħħar tkun tista’ twasslu fiż-żgur. Lejn min se jdur? Hu jaf tajjeb kemm hu bniedem fraġli, imma fl-aħħarnett jgħolli għajnejh u jgħajjat lill-Mulej, Alla ta’ Iżrael, li qatt ma abbanduna l-poplu tiegħu, imma mexxieh minn vjaġġ twil fid-deżert sa ma wasslu fl-Art imwiegħda.
L-esperjenza tal-mixja tqanqal it-tama f’min jinsab iterraq. Hi okkażjoni privileġġata biex idur lejn Alla, biex jintelaq kollu fiduċja fl-imħabba fidila Tiegħu, minkejja li hu bniedem li m’għandux il-ħila jżomm kelmtu.

Meta l-Bibbja titkellem fuq xi ħadd li jinsab miexi m’Alla, dan il-mixi jfisser lezzjoni ta’ ħajja, li biha nitgħallmu nagħrfu l-pjan tiegħu ta’ salvazzjoni.

“Triqatek, Mulej, għarrafni, il-mogħdijiet tiegħek għallimni.”

Sikwit, wara li nkunu mxejna waħedna għax naħsbu li ma neħtieġu lil ħadd, inħossuna mitlufin, imħawdin, u nsiru konxji tan-nuqqasijiet tagħna. Ix-xewqa tagħna tkun li nsibu d-direzzjoni t-tajba għal ħajjitna, li biha ngħaddu mit-triq li twassalna fejn għandna naslu.

Dan hu Salm li jgħinna ħafna; iħeġġiġna nġeddu l-esperjenza tagħna m’ Alla jew nagħmlu waħda ġdida għal kollox li biha naslu biex niltaqgħu personalment miegħu, għax qalbna qawwija bil-ħbiberija tiegħu.
Hu jqawwilna qalbna biex nisimgħu t-tagħlim tiegħu, li l-ħin kollu jistedinna noħorġu minna nfusna biex nimxu warajh mit-triq tal-imħabba, li Hu stess jimxi minnha biex jiltaqa’ magħna.
Tista’ tkun xi talba li timxi magħna matul il-jum u li biha kull mument, ta’ ferħ jew ta’ tbatija, isir parti mill-mixja tagħna.

“Triqatek, Mulej, għarrafni, il-mogħdijiet tiegħek għallimni.”

Hedy, omm ta’ erbat itfal mill-Isvizzera, ilha żmien tagħmel kull ma tista’ biex tgħix il-Kelma. Issa hi tinsab marida serjament u taf li qed joqrob il-mument li fih tasal fid-destinazzjoni wara din il-mixja tagħha fuq l-art.
Kati, il-ħabiba għażiża tagħha, tirrakkonta: “Kull darba li jmur iżurha xi ħadd, anki dawk li jieħdu ħsiebha, Hedy dejjem iddur lejhom, tinteressa ruħha fihom, avolja issa sar diffiċli ħafna titkellem. Hi tirringrazzja ʼl kull min ikun ħdejha u tirrakkonta l-esperjenza tagħha. Fiha tara biss mara kollha Mħabba, li qalet iva għar-rieda t’Alla! Hi tiġbed lejha ħafna nies: ħbieb, qraba, saċerdoti. Kollha jibqgħu milqutin bl-attenzjoni li tagħti ʼl kull min imur iżurha u għall-qawwa li għandha, li hi frott tal-fidi tagħha fl-imħabba t’Alla”.

Chiara Lubich tgħid li l-ħajja tagħna hi bħal ‘vjaġġ qaddis’ : “[…] Il-‘vjaġġ qaddis’ hu simbolu tal-vjaġġ tagħna li jwassalna għand Alla. […] Għaliex, mill-unika ħajja tagħna, ma nagħmlux vjaġġ, vjaġġ qaddis, għax Qaddis hu Dak li qed jistenniena? […] Anki min m’għandux twemmin reliġjuż jista’ jagħmel kapulavur minn ħajtu, billi jimxi b’ impenn morali ġust. […] La l-ħajja hi “vjaġġ qaddis” li jeħodna fit-triq tar-rieda t’Alla, il-mixja tagħna ʼl quddiem trid titjieb kuljum. […]

U meta se nieqfu? […] Irridu nċedu u ma nibqgħux mexjin għax qtajna qalbna minħabba l-iżbalji tagħna? Le, f’mumenti bħal dawn irridu “nerġgħu nibdew” il-mixja […] u nintelqu għal kollox fil-grazzja t’Alla, aktar milli fil-ħila tagħna. […] U fuq kollox, irridu nimxu flimkien, magħqudin bl-imħabba, u ngħinu lil xulxin. B’hekk il-Qaddis ikun f’nofsna u Hu jsir it-“Triq” tagħna. Imbagħad b’mod aktar ċar ifehimna xinhi r-rieda t’Alla u jpoġġi f’qalbna x-xewqa u l-ħila li nwettquha. Jekk inkunu magħqudin, kollox ikun aktar faċli u niksbu l-beatitudni mwiegħda ʼl min jibda dan il-‘Vjaġġ Qaddis’” .

Letizia Magri

Kelma tal-Ħajja

Post navigation

Previous Post: "Fhimt b’mod ġdid l-imħabba kbira t’Alla għalina."
Next Post: It-tmexxija l-ġdida tal-Moviment tal-Fokolari

More Related Articles

Kelma tal-Ħajja ta’ Awwissu 2019 Kelma tal-Ħajja
Kelma tal-Ħajja ta' Frar 2019 Kelma tal-Ħajja
[:mt]Kelma tal-Ħajja ta’ Diċembru[:en]December Word of Life[:] Kelma tal-Ħajja

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Worldwide linkup

https://youtu.be/0XWlQn5U1Zw

Kelma tal-Ħajja

  • Kelma tal-Ħajja ta’ Ottubru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta’ Ottubru 2026

    “La taħqarx il-barrani, u la tgħakksux, għax intom ukoll, kontu barranin fl-art tal-Eġittu” (Eż 22, 20).

Laqgħa tal-Komunità

Stedina lir-Rappreżentanti tal-Għaqdiet u l-Movimenti

Segwina fuq Instagram

Kotba

  • Here and Now

    Here and Now

    July 30, 2026
  • Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    July 3, 2026
  • Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    November 24, 2023
  • Conference Calls

    Conference Calls

    February 1, 2023

Focolare News updates

Safeguarding

Safeguarding measures worldwide
Listening Points / safe space discussions
Guidelines and reports: Protection of minors and vulnerable persons

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

Safeguarding - Prevention of abuse - Listening points/safe space discussions

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Social Media links

  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
  • Email

Siti ta’ interess

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • United World Project
  • New Families

Żidiet reċenti

  • Papa Ljun: "Kunu xhieda ta’ għaqda kapaċi tibni paċi dejjiema"

    Papa Ljun: "Kunu xhieda ta’ għaqda kapaċi tibni paċi dejjiema"

    September 15, 2026
  • Video update on forum in Jerusalem

    Video update on forum in Jerusalem

    September 8, 2026
  • Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    September 7, 2026
  • Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    August 15, 2026

Copyright © 2026 Focolare Movement Malta | VO/1624 Fondazzjoni Dinja Magħquda – Moviment tal-Fokolari (Malta)