Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

  • Home
  • Min aħna
  • Chiara Lubich
  • Kelma tal-Ħajja
  • Djalogi
  • Media
  • Kuntatti
  • Malti Malti
    • English English
  • Toggle search form

Kelma tal-Ħajja ta’ Novembru 2022

Posted on November 1, 2022August 4, 2026 By Website Editor No Comments on Kelma tal-Ħajja ta’ Novembru 2022

Niżżel il-fuljett tal-Kelma tal-Ħajja bil-Malti


“Henjin dawk li jħennu, għax huma jsibu ħniena” (Mt 5, 7).

Fil-Vanġelu ta’ San Mattew, id-diskors tal-muntanja nsibuh wara li Ġesù ta bidu għall-ħajja pubblika tiegħu. Il-muntanja narawha bħala simbolu tal-għolja tas-Sinaj ġdida fejn Kristu, il-Mosè ġdid, joffri l-“liġi” tiegħu. Fil-kapitlu ta’ qabel dan, insibu folol kbar jimxu wara Ġesù biex jisimgħu t-tagħlim Tiegħu. Iżda Ġesù għamel dan id-diskors lid-dixxipli u lill-komunità tal-bidu, lil dawk li mbagħad bdew jissejħu Nsara. Hu jintroduċi s-“saltna tas-smewwiet” li hi l-qalba tad-diskors ta’ Ġesù[1]. Dan il-kliem ifisser il-programm tiegħu, u hu messaġġ ta’ salvazzjoni li “jiġbor fil-qosor l-Aħbar Tajba li turi l-imħabba ta’ Alla li ssalva”[2].

“Henjin dawk li jħennu, għax huma jsibu ħniena.”

Xinhi l-ħniena? Min huma dawk li jħennu? Fil-bidu ta’ din is-sentenza nsibu l-kelma “imbierek/ imberkin”[3], li tfisser ferħan, xortih tajba u tfisser ukoll imbierek minn Alla. Fost id-disa’ beatitudnijiet, din qiegħda f’nofshom. Il-beatitudnijiet m’humiex xi mġiba li tiġi ppremjata, imma huma tassew ċans tad-deheb biex insiru nixbhu ʹl Alla. B’mod partikolari, dawk li jħennu huma dawk li għandhom qalb mimlija mħabba għaliH u għal ħuthom il-bnedmin; imħabba konkreta li tressaqhom lejn dawk li jinsabu fl-aħħar post, il-minsijin, il-foqra, lejn dawk  li jeħtieġu min iħobbhom bla ma jistennew xejn; fil-fatt il-Ħniena hi waħda mill-kwalitajiet li nsibu f’Alla[4]; Ġesù stess hu ħanin.

“Henjin dawk li jħennu, għax huma jsibu ħniena.”

Il-beatitudnijiet jibdlu għal kollox il-mod kif ġeneralment naħsbuha. Mhumiex biss kliem ta’ faraġ, imma għandhom is-setgħa li jibdlulna qalbna, għandhom il-qawwa li joħolqu bnedmin ġodda: l-aħbar tal-Kelma tkun waħda li tagħti l-frott. Jeħtieġ ngħixu l-beatitudni tal-ħniena anki magħna nfusna, irridu nagħrfu li aħna neħtieġu dik l-imħabba straordinarja, mill-aktar wiesa’ u mmensa li għandu Alla għal kull wieħed u waħda minna.

Ħniena[5] ġejja mill-kelma Lhudija rehem, “ġuf” u tfakkarna fil-ħniena t’Alla li hi bla limiti, bħall-ħniena li turi omm ma’ wliedha. Hi “mħabba bla qies, abbundanti, universali, konkreta. Hi mħabba li tqanqal sabiex inħobbu ʹl xulxin, li hi l-iskop aħħari tal-ħniena. […] Għalhekk, jekk xi ħadd naqasna, jew mexa b’mod inġust magħna, irridu naħfrulu u mbagħad aħna nirċievu l-maħfra. Irridu nkunu aħna l-ewwel li nagħdru, li nħennu! Quddiem kull proxxmu tagħna, irridu nistaqsu lilna nfusna: ommu kif kienet iġġib ruħha miegħu? Ukoll jekk tkun tidher ħaġa diffiċli u li titlob minna qalb kbira. Dan il-ħsieb jgħinna naħsbu u ngħixu skont il-qalb ta’ Alla”[6].

“Henjin dawk li jħennu, għax huma jsibu ħniena”.

“Wara sentejn żwieġ, it-tifla tagħna u r-raġel tagħha ddeċidew li jinfirdu u aħna rġajna lqajnieha lura d-dar. F’mumenti ta’ tensjoni fittixna li nħobbuha, naħfrulha u nifhmuha sew bis-sabar kollu. Ippruvajna nibnu rabta miftuħa magħha u ma’ żewġha, mingħajr ma niġġudikaw kemm lilha kif ukoll lil żewġha. Wara li domna tliet xhur nisimgħuhom, ngħinuhom b’mod diskret u wara ħafna talb, huma reġgħu lura flimkien b’għarfien, fiduċja u tama ġdida”[7].

Infatti l-ħniena hi akbar mill-maħfra. Il-ħniena hi li jkollok qalb kbira, li jkollok seba’ mitt sena sa ma tħassar kollox, sa ma taħraq darba għal dejjem dak kollu li jista’ jfixkel ir-rabta tagħna ma’ xulxin. L-istedina ta’ Ġesù għall-ħniena tfisser li għandna nersqu lejn xulxin biex inkunu dak li għalih konna  maħluqa: li nkunu nixbhu lil Alla.

Letizia Magri

[1] Ara Mt 4: 23; Mt 5: 19, 20.

[2] C. Lubich, Parola di Vita novembre 2000, mill-ktieb, Parole di Vita, ta’ Fabio Ciardi (Opere di Chiara Lubich 5; Città Nuova, Ruma 2017), pġ. 633.

[3] Bil-Grieg makarios/i li tintuża biex turi kundizzjoni ta’ xorti tajba, ta’ ferħ tal-bnedmin u li turi l-kundizzjoni ta’ privileġġ tal-allat meta mqabbla mal-bnedmin.

[4] Mil-Lhudi hesed, jiġifieri mħabba bla interessi u li tilqa’, imħabba lesta li taħfer.

[5] Mil-Lhudi Rahamim.

[6] Cit., C. Lubich, Parola di Vita Novembru 2000, pġ. 633-634.

[7] Esperjenza meħuda minn fuq: www.focolare.org

Kelma tal-Ħajja Tags:Kelma tal-ħajja

Post navigation

Previous Post: "Ħassejt il-preżenza tal-Madonna, fija u madwari"
Next Post: Pope Francis to the Focolare: “May Christ always enlighten your steps.”

More Related Articles

Kelma tal-Ħajja ta’ Awwissu 2022 Kelma tal-Ħajja
[:mt]Kelma tal-Ħajja ta’ Jannar[:en]January Word of Life[:] Kelma tal-Ħajja
Kelma tal-Ħajja ta' Jannar 2022 Kelma tal-Ħajja
Kelma tal-Ħajja ta' April 2026 Kelma tal-Ħajja
Kelma tal-Ħajja ta’ Lulju 2022 Kelma tal-Ħajja
[:mt]Kelma tal-Ħajja ta’ Marzu[:en]March Word of Life[:] Aħbarijiet

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Kelma tal-Ħajja

  • Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    “L-imħabba ma tagħmilx deni lill-proxxmu; mela l-imħabba hi l-milja tal-Liġi” (Rm 13, 10).

Segwina fuq Instagram

Kotba

  • Here and Now

    Here and Now

    July 30, 2026
  • Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    July 3, 2026
  • Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    November 24, 2023
  • Conference Calls

    Conference Calls

    February 1, 2023

Focolare News updates

Safeguarding

Safeguarding measures worldwide
Listening Points / safe space discussions
Guidelines and reports: Protection of minors and vulnerable persons

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

Safeguarding - Prevention of abuse - Listening points/safe space discussions

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Siti ta’ interess

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • United World Project
  • New Families

Recent Posts

  • Video update on forum in Jerusalem

    Video update on forum in Jerusalem

    September 8, 2026
  • Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    September 7, 2026
  • Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    August 31, 2026
  • Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    August 15, 2026

Copyright © 2026 Moviment tal-Fokolari.

Powered by PressBook Blog WordPress theme