Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
  • Email
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

Malta

  • Home
  • Min aħna
  • Chiara Lubich
  • Kelma tal-Ħajja
  • Attivita’
    • Mariapoli: “Il-Belt ta’ Marija”
    • Families
    • Tfal
    • Żgħażagħ
    • Teens
  • Djalogi
  • Media
  • Kuntatti
  • Malti Malti
    • English English
  • Toggle search form

Kelma tal-Ħajja ta' Ottubru 2020

Posted on October 1, 2020October 16, 2026 By Website Editor

Download pdf


“Kull min jitkabbar, jiċċekken; u min jiċċekken, jitkabbar” (Lq 14, 11).

Fil-Vanġeli sikwit insibu lil Ġesù jaċċetta bil-qalb stediniet għall-ikel, fejn kien jiltaqa’, jagħmel ħbiberiji ġodda u jsaħħaħ ir-rabtiet tiegħu man-nies.

F’din is-silta mill-Vanġelu ta’ San Luqa, Ġesù josserva l-imġiba tal-mistednin: kulħadd jiġri biex jieħu post minn ta’ quddiem, li jkun riżervat għal xi ħadd popolari. Tħoss li n-nies kienu jagħmlu hekk biex jidhru aqwa mill-oħrajn.

Imma Ġesù f’moħħu għandu ikla oħra: dik li l-Missier joffri lil uliedU kollha, fejn m’hemm ebda post riżervat għal min iħossu superjuri fuq l-oħrajn.

Anzi, il-postijiet ta’ quddiem se jitħallew għal min jagħżel l-aħħar post, bħala qaddej tal-oħrajn. Għalhekk hu jistqarr:

“Kull min jitkabbar, jiċċekken; u min jiċċekken, jitkabbar”.

Meta rridu nkunu fiċ-ċentru ta’ kollox, għax aħna nies rgħiba, kburin, il-ħin kollu neqirdu u nippretendu mill-oħrajn, naqgħu fit-tentazzjoni tal-idolatrija, jiġifieri naduraw allat foloz, li ma jistħoqqilhomx unuri u fiduċja.

Mela l-ewwel stedina ta’ Ġesù hi li ninżlu mill-“pedistall” tal-jien tagħna, biex ma nibqgħux inpoġġu lilna nfusna tagħna fiċ-ċentru ta’ kollox, imma npoġġu lil Alla. Żgur li Hu jixraqlu l-post ta’ unur f’ħajjitna!

Kemm hu importanti nagħrfu nagħmlu l-wisa’ għal Alla fil-ħajja tagħna, ninżlu fil-fond tar-rabta tagħna Miegħu, nitgħallmu mingħandU l-istil tal-Vanġelu, jiġifieri li nitbaxxew. Infatti, meta minn jeddna nfittxu l-postijiet tal-aħħar, inkunu qed nagħżlu l-post li Alla stess għażel għaliH, kif għamel Ġesù. Hu, għalkemm hu l-Mulej, għażel li jsir bniedem bħalna, biex iħabbrilna l-imħabba tal-Missier.

“Kull min jitkabbar, jiċċekken; u min jiċċekken, jitkabbar”.

Minn din l-iskola tal-ħajja nitgħallmu nkunu lkoll aħwa ta’ xulxin, jiġifieri nsiru komunità magħmula minn irġiel u nisa, kbar u żgħar, b’saħħithom u morda, li jersqu qrib xulxin biex jaqdu lil kulħadd.

Bħal Ġesù, aħna wkoll nistgħu nersqu qrib ħutna bla ebda biża’, noqogħdu ħdejhom biex nimxu flimkien magħhom fil-ferħ u fit-tbatija, biex ngħożżu l-kwalitajiet tajba tagħhom, naqsmu flimkien il-ġid materjali u spiritwali, nagħmlu l-qalb, noffru t-tama, naħfru. B’hekk insibu ruħna fuq quddiem fl-imħabba u l-libertà ta’ wlied Alla.

F’dinja marida bl-attiviżmu, li jikkorrompi s-soċjetà, irridu naqdfu kontra l-kurrent, biex isseħħ ir-rivoluzzjoni evanġelika. Din hi l-liġi tal-komunità nisranija, kif jikteb San Pawl: “Kunu umli u kull wieħed minnkom iqis lill-ieħor aħjar minnu”[1].

“Kull min jitkabbar, jiċċekken; u min jiċċekken, jitkabbar”.

Chiara Lubich kitbet hekk: “Qed tara? Fid-dinja l-affarijiet qegħdin eżattament bil-maqlub. Fid-dinja nsibu l-liġi ta’ jien l-ewwel […]. U nafuhom il-konsegwenzi ta’ niket: […] l-inġustizzji u l-abbużi ta’ kull tip. Madankollu, il-ħsieb ta’ Ġesù ma jeħodhiex  direttament kontra dawn l-abbużi kollha, imma jmur fl-għeruq li minnu jinbet dan kollu: il-qalb tal-bniedem. […] Hu jgħidilna li rridu nibdlu qalbna u b’hekk inġibu ruħna b’mod ġdid biex nibnu rabtiet veri u ġusti. Li nkunu umli ma jfissirx biss li ma nkunux ambizzjużi, imma li nagħrfu nkunu ċkejkna quddiem Alla u li nintelqu f’idejH, bħat-tfal iż-żgħar. […].

Issa kif se ngħixu dan kollu? Billi nwettquh f’ħajjitna, b’imħabba lejn ħutna l-bnedmin. Alla jqisu magħmul miegħu dak kollu li aħna nagħmlu magħhom. Mela rridu nitbaxxew, u naqdu lill-oħrajn. […] U fil-ħajja l-oħra għad nsibu ’l min ikabbarna. Imma għal dawk li jgħixu fi ħdan il-Knisja, din is-sitwazzjoni ta’ bidla diġà qed isseħħ. Infatti, min jikkmanda jrid ikun bħal min jaqdi. Hekk il-Knisja li tgħix il-kliem li qed nirreflettu fuqu, hi sinjal għall-bnedmin tad-dinja li għad tiġi”.

Letizia Magri

[1] Ara Fil 2, 3.

Kelma tal-Ħajja

Post navigation

Previous Post: Tbissima qatt m’hi mitlufa
Next Post: Żagħżugħa, martri għall-paċi

Kelma tal-Ħajja

  • Kelma tal-Ħajja ta’ Ottubru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta’ Ottubru 2026

    “La taħqarx il-barrani, u la tgħakksux, għax intom ukoll, kontu barranin fl-art tal-Eġittu” (Eż 22, 20).

Stedina lir-Rappreżentanti tal-Għaqdiet u l-Movimenti

Laqgħa tal-Komunità

Segwina fuq Instagram

Kotba

  • Here and Now

    Here and Now

    July 30, 2026
  • Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    July 3, 2026
  • Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    November 24, 2023
  • Conference Calls

    Conference Calls

    February 1, 2023

Focolare News updates

Safeguarding

Safeguarding measures worldwide
Listening Points / safe space discussions
Guidelines and reports: Protection of minors and vulnerable persons

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

Safeguarding - Prevention of abuse - Listening points/safe space discussions

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Social Media links

  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
  • Email

Siti ta’ interess

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • United World Project
  • New Families

Żidiet reċenti

  • Palermo hosts Mediterranean conference to build bridges of fraternity

    Palermo hosts Mediterranean conference to build bridges of fraternity

    October 13, 2026
  • Margaret Karram's message to the "Mediterranean Without Borders" gathering

    Margaret Karram's message to the "Mediterranean Without Borders" gathering

    October 11, 2026
  • Kelma tal-Ħajja ta’ Ottubru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta’ Ottubru 2026

    October 1, 2026
  • Papa Ljun: "Kunu xhieda ta’ għaqda kapaċi tibni paċi dejjiema"

    Papa Ljun: "Kunu xhieda ta’ għaqda kapaċi tibni paċi dejjiema"

    September 15, 2026

Copyright © 2026 Focolare Movement Malta | VO/1624 Fondazzjoni Dinja Magħquda – Moviment tal-Fokolari (Malta)