Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

  • Home
  • Min aħna
  • Chiara Lubich
  • Kelma tal-Ħajja
  • Djalogi
  • Media
  • Kuntatti
  • Malti Malti
    • English English
  • Toggle search form

Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2025

Posted on August 31, 2025June 29, 2026 By Website Editor No Comments on Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2025

[:mt]Niżżel il-fuljett tal-Kelma tal-Ħajja bil-Malti


“Ifirħu miegħi, għax sibt in-nagħġa li kienet intilfitli” (Lq 15, 6).

Dari, fil-pajjiżi tal-Lvant, malli r-ragħajja kienu jidħlu lura minn ġurnata barra, kienu jgħoddu n-nagħaġ tagħhom biex jekk ikun hemm xi waħda minnhom nieqsa, kienu joħorġu jfittxuha. Sa kienu lesti jmorru fid-deżert billejl biex isibu l-mitlufin.

Din il-parabbola titkellem fuq li titlef u ssib, biex turi biċ-ċar l-imħabba tar-ragħaj. Hu jinduna li naqsitlu nagħġa, għalhekk imur ifittixha, isibha u jqegħidha fuq spallejh, għax tkun għajjiena u mbeżża’. Jista’ jkun ukoll li tkun feruta u ma jkollhiex saħħa timxi wara r-ragħaj. Ikun hu li jreġġagħha lura f’post kenni, u fl-aħħar, kollu ferħan, jistieden lill-qraba biex jifirħu miegħu.

“Ifirħu miegħi, għax sibt in-nagħġa li kienet intilfitli”.

F’dan ir-rakkont insibu tliet azzjonijiet: titlef, issib u tagħmel festa.

Titlef. Il-Mulej jagħtina l-aħbar it-tajba, li jmur ifittex lil min intilef. Sikwit jiġri li nintilfu fil-ħafna deżerti li ngħixu fihom, jew li nkunu noqogħdu fihom, jew f’dawk li nistkennu fihom: deżerti li fihom inħossuna abbandunati, imwarrba, foqra, ma jifhmuniex u mifrudin. Ir-Ragħaj ifittixna hemm ukoll, u anki jekk aħna ma nibqgħux narawh, hu dejjem isibna.

Issib. Nimmaġinaw ftit ix-xena ta’ meta r-ragħaj joħroġ fid-deżert u jagħmel ħiltu kollha biex isibna. Din id-dehra tolqotna għax fiha ħafna x’tifhem. Nistgħu nifhmu l-ferħ li jħoss kemm ir-ragħaj, kif ukoll in-nagħġa li mbagħad tħossha sejra lura għall-kenn. Mela li “terġa’ ssib” hu att ta’ ħniena.

Tagħmel festa. Hu jlaqqa’ lil ħbiebu biex jagħmel festa, għax irid jaqsam magħhom il-ferħ tiegħu. L-istess jiġri fiż-żewġ parabboli li nsibu wara din: dik tal-munita l-mitlufa u tal-missier mimli kollu kemm hu ħniena (1). Ġesù jridna nifhmu l-importanza li naqsmu l-ferħ tagħna ma’ kulħadd u qatt ma jridna niġġudikaw lill-oħrajn. Aħna lkoll nies “misjuba mill-ġdid”.

“Ifirħu miegħi, għax sibt in-nagħġa li kienet intilfitli”.

Din il-Kelma tal-Ħajja tistedinna nirringrazzjaw lil Alla għall-ħniena tiegħu lejna. Il-fatt li rridu nifirħu lkoll flimkien iġibilna dehra tal-għaqda, fejn ma teżistix aktar firda bejn min hu “ġust” u min hu “midneb”, imma lkoll naqsmu l-ferħ tagħna mal-oħrajn.

Chiara Lubich kitbet hekk: “Din hi stedina biex nifhmu l-qalb ta’ Alla, biex nemmnu f’imħabbtu. Billi aħna mdorrijin inkejlu kollox, xi drabi nemmnu li Alla wkoll kultant jgħejja jħobbna. […] Alla ma jaħsibhiex bħalna. Alla jistennina dejjem: anzi, tgħidx kemm jifraħ kull darba li nerġgħu lura għandu”(2).

“Ifirħu miegħi, għax sibt in-nagħġa li kienet intilfitli”.

Xi drabi nistgħu nkunu aħna dawk ir-ragħajja, dawk li jieħdu ħsieb xulxin b’imħabba, li jmorru jfittxu lil min tbiegħed minna, mill-ħbiberija tagħna, mill-komunità tagħna, biex infittxu lil imwarrbin u lil mitlufin, lil dawk li minħabba t-tiġrib tal-ħajja sabu ruħhom imwarrba mis-soċjetà.

Waħda għalliema qaltilna hekk: “Uħud mill-istudenti rari kont tarahom l-iskola. Meta kont inkun libera mit-tagħlim, sikwit kont immur is-suq li hemm ħdejn l-iskola: kont nittama li nsibhom hemm, għax sirt naf li kienu jmorru jaħdmu biex jaqalgħu xi ħaġa. Fl-aħħar, jum fost l-oħrajn, rajthom u huma baqgħu skantati għax fehmu li huma wkoll kienu importanti għall-istudenti l-oħra. Għalhekk reġgħu bdew jiġu l-iskola u tassew li dan ġab ferħ fost kulħadd”.

Patrizia Mazzola
u l-grupp tal-Kelma tal-Ħajja

REFERNZI

1: Ara Lq 15, 8 u 15, 11.
2: C. Lubich, Parola di Vita ta’ Settembru 1986, mill-ktieb Parole di Vita, ta’ Fabio Ciardi (Opere di Chiara Lubich 5, Città Nuova, Ruma 2017) pġ. 369

Kelma tal-Ħajja Tags:Kelma tal-ħajja

Post navigation

Previous Post: Kelma tal-Ħajja ta’ Awwissu 2025
Next Post: Udjenza ma’ Papa Ljun XIV

More Related Articles

Kelma tal-Ħajja ta’ Jannar 2024 Kelma tal-Ħajja
[:mt]Kelma tal-Ħajja ta’ Lulju[:en]July Word of Life[:] Kelma tal-Ħajja
[:mt]Kelma tal-Ħajja ta’ Diċembru[:en]December Word of Life[:] Aħbarijiet
Kelma tal-Ħajja ta' April 2022 Kelma tal-Ħajja
Kelma tal-ħajja ta' Ottubru 2018 Kelma tal-Ħajja
Kelma tal-Ħajja ta' Ġunju 2023 Kelma tal-Ħajja

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Kelma tal-Ħajja

  • Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    “L-imħabba ma tagħmilx deni lill-proxxmu; mela l-imħabba hi l-milja tal-Liġi” (Rm 13, 10).

Segwina fuq Instagram

Kotba

  • Here and Now

    Here and Now

    July 30, 2026
  • Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    July 3, 2026
  • Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    November 24, 2023
  • Conference Calls

    Conference Calls

    February 1, 2023

Focolare News updates

Safeguarding

Safeguarding measures worldwide
Listening Points / safe space discussions
Guidelines and reports: Protection of minors and vulnerable persons

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

Safeguarding - Prevention of abuse - Listening points/safe space discussions

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Siti ta’ interess

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • United World Project
  • New Families

Recent Posts

  • Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    September 7, 2026
  • Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    August 31, 2026
  • Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    August 15, 2026
  • Nagħtu l-ewwel post lil Alla u ngħixu l-bqija bħala rieda tiegħu

    Nagħtu l-ewwel post lil Alla u ngħixu l-bqija bħala rieda tiegħu

    August 10, 2026

Copyright © 2026 Moviment tal-Fokolari.

Powered by PressBook Blog WordPress theme