Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
  • Email
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

Malta

  • Home
  • Min aħna
  • Chiara Lubich
  • Kelma tal-Ħajja
  • Attivita’
    • Mariapoli: “Il-Belt ta’ Marija”
    • Families
    • Tfal
    • Żgħażagħ
    • Teens
  • Djalogi
  • Media
  • Kuntatti
  • Malti Malti
    • English English
  • Toggle search form

Inżommu lil Ġesù f’nofsna

Posted on November 14, 2020October 16, 2026 By Website Editor No Comments on Inżommu lil Ġesù f’nofsna

Silta minn meditazzjoni ta’ Chiara Lubich

“Ġesù f’nofsna, l-unita’ hi l-mod ta’ ħajja li rridu ngħixu. Meta fl-ewwel żminijiet kienu jistaqsuna jekk hemmx xi ħaġa li nistgħu ningħarfu minnha, aħna konna ngħidu li d-distintiv tagħna hi l-imħabba ta’ bejnietna. (…) Iva, dan hu d-distintiv evanġeliku li  permezz tiegħu jeħtieġ li niddistingwu ruħna. (…)

U allura ma tkunx idea  ħażina li naħsbu ftit sew fuq dan id-dmir tagħna.  Issa, illum, aħna ninsabu  f’għaqda  perfetta mal-oħrajn?

Jekk it-tweġiba tagħna hi iva, nirringrazzjaw lil Alla u nibqgħu ċerti  li dak kollu li nagħmlu, anki l-iċken ħaġa, bħal meta naħslu l-platti, nikinsu xi kamra, nieħdu ħsieb it-tfal, immorru nixtru, naqraw xi ktieb jew nagħmlu xi passiġġata, jew anki tbissima, mossa jew sentiment, kollox ikollu valur. (…)

Jekk  it-tweġiba tagħna hi le, l-ewwel dmir tagħna hu li nagħmlu minn kollox biex l-unita’ tagħna ma tibqax aktar imtappna, jew forsi agħar, għax tkun imxellfa jew miksura. Fl-Istatut tal-Opra tagħna, hemm xi ħaġa li trid tiġi qabel kull ħaġa oħra: irridu npoġġu l-preżenza ta’ Ġesu’ f’nofsna billi nħobbu lil xulxin.

Għeżież, qed ngħidilkom affarijiet sempliċi imma dawn jitolbu impenn kbir. (…) Irridu nħallu kull attivita’ oħra biex qabel kollox inpoġġu l-preżenza ta’ Ġesu’ f’nofsna. Jekk nagħmlu dan inkunu għamilna kollox.  U hu urġenti li nagħmluh; hu dmir tagħna.

Fittxu li twelldu lil Ġesu’ f’nofskom  u hu jaqbadkom minn idejkom u jgħidilkom kif timxu, jagħtikom  mill-ġdid il-ħerqa għal din l-avventura divina li intom bdejtu tagħmlu f’ismu. (…)

Riesaq il-Milied! Ma tkunx ħaġa tajba li sa minn issa stess inhejju rigal kbir, biex nagħtuh lil dik it-Tarbija li ġiet fid-dinja propju biex ikoll ikunu ħaġa waħda?

Nibdew sa minn issa stess, nagħtu dawl ġdid lill-ħajja tagħna billi nġeddu l-preżenza tiegħu fostna. Ngħixu b’mod li meta nsellmu lil xulxin, jiġina li b’mod spontanju  ngħidu lil xulxin: inżommu lil Ġesu’ f’nofsna.”

Chiara Lubich

Rocca di Papa, 6  Novembru 1985

Spiritwalita' Tags:Chiara Lubich

Post navigation

Previous Post: Kelma tal-Ħajja ta’ Novembru 2020
Next Post: Ngħixu il-Vanġelu: "Ejjew inkunu strumenti ta’ konsolazzjoni"

More Related Articles

Fabio Ciardi: "L-isbaħ ritratt ta’ Chiara" Spiritwalita'
Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49" Aħbarijiet
7 December 1943: the beginning of a divine adventure Aħbarijiet

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Laqgħa tal-Komunità

Kelma tal-Ħajja

  • Kelma tal-Ħajja ta’ Ottubru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta’ Ottubru 2026

    “La taħqarx il-barrani, u la tgħakksux, għax intom ukoll, kontu barranin fl-art tal-Eġittu” (Eż 22, 20).

Segwina fuq Instagram

Kotba

  • Here and Now

    Here and Now

    July 30, 2026
  • Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    July 3, 2026
  • Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    November 24, 2023
  • Conference Calls

    Conference Calls

    February 1, 2023

Focolare News updates

Safeguarding

Providing a safe environment
Listening Points / safe space discussions
Guidelines and reports: Protection of minors and vulnerable persons

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

  • Providing a safe environment
  • Listening points/safe space discussions
  • Guidelines and reports

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Social Media links

  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
  • Email

Siti ta’ interess

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • United World Project
  • New Families

Żidiet reċenti

  • Palermo hosts Mediterranean conference to build bridges of fraternity

    Palermo hosts Mediterranean conference to build bridges of fraternity

    October 13, 2026
  • Margaret Karram's message to the "Mediterranean Without Borders" gathering

    Margaret Karram's message to the "Mediterranean Without Borders" gathering

    October 11, 2026
  • Kelma tal-Ħajja ta’ Ottubru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta’ Ottubru 2026

    October 1, 2026
  • Papa Ljun: "Kunu xhieda ta’ għaqda kapaċi tibni paċi dejjiema"

    Papa Ljun: "Kunu xhieda ta’ għaqda kapaċi tibni paċi dejjiema"

    September 15, 2026

Copyright © 2026 Focolare Movement Malta | VO/1624 Fondazzjoni Dinja Magħquda – Moviment tal-Fokolari (Malta)