Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

  • Home
  • Min aħna
  • Chiara Lubich
  • Kelma tal-Ħajja
  • Djalogi
  • Media
  • Kuntatti
  • Malti Malti
    • English English
  • Toggle search form

“Un eroe disarmato” - Bijografija oħra dwar Igino Giordani (Foco)

Posted on April 23, 2021August 29, 2026 By Website Editor No Comments on “Un eroe disarmato” - Bijografija oħra dwar Igino Giordani (Foco)

“Un eroe disarmato”: dan hu t-titlu tal-bijografija ġdida dwar Igino Giordani. Saret il-presentazzjoni tagħha l-Ħadd 18 ta’ April meta l-Moviment tal-Fokolari fakkar il-41 anniversarju tat-tluq tiegħu lejn is-sema. F’din l-okkażjoni saret intervista lil Prof. Alberto Lo Presti u Dr. Elena Merli, l-edituri ta’ din il-bijografija u membri taċ-Ċentru Igino Giordani.

F’din l-intervista ħarġu ħafna affarijiet interessanti. L-ewwel mistoqsija kienet: għalfejn inkitbet bijografija oħra dwar Giordani meta ġa nkitbu diversi oħrajn? Dr. Merli wieġbet li l-bijografiji li nkitbu qabel kollha huma ta’ valur kbir, iżda dawn jitkellmu biss fuq partijiet mill-ħajja ta’ Giordani jew inkella janalizzaw xi aspett mill-ħajja tiegħu: l-aspett storiku, l-aspett spiritwali, l-aspett politiku…. Din kienet bijografija aktar kompluta u titkellem dwar aspetti li ftit li xejn kienu jissemmew qabel, bħal: il-ħajja tiegħu fil-familja, ir-relazzjoni profonda tiegħu ma’ Chiara, iż-żmien ta’ dawl partikulari magħruf bħala “il-Ġenna tal-‘49”. Dr.Merli qalet li hemm patrimonju enormi ta’ dokumenti, ittri, recordings, li permezz tagħhom setgħu jiskopru ħafna dettalji dwar il-ħajja ta’ Giordani.

Minn din l-intervista sirna nafu li l-ewwel bijografija dwar Giordani inkitbet fl-1936. L-awtur tagħha kien Bernardo Mattarella, missier Sergio Mattarella, il-President tar-Republika Taljana li kien mitlub jikteb l-introduzzjoni għal din il-bijografija ġdida. Fl-intervista, Prof. Alberto Lo Presti qal li l-President Mattarella kien jaf lil Giordani personalment, xi ħaġa li hu stess semma’ anki fl-introduzzjoni tal-ktieb. Qal ukoll li parti minn din il-bijografija hi ddedikata għall-impenn politiku ta’ Giordani, li għamel esperjenza tal-gwerra, ta’ żmien il-faxxiżmu, ta’ qerda u tbatija soċjali. U saħaq li x-xhieda tiegħu titfa’ dawl anki fuq il-ħajja tal-lum.

Interessanti dak li wieġeb Lo Presti meta kien mistoqsi: dan il-ktieb għal min hu intenzjonat? Wieġeb: “Dan il-ktieb hu għal dawk kollha li jixtiequ (…) jkunu jafu kif wieħed jista’ jagħti lilu nnifsu b’mod sħiħ lil Alla u jibqa’ jgħix l-affarijiet ordinarji fil-ħajja tad-dinja. Dan hu li rnexxilu jagħmel Giordani”. U kompla jispjega li għalkemm Giordani studja l-kitba ta’ Missirijiet il-Knisja, ta’ diversi teoloġi u ta’ nies spiritwali magħrufa, hu sab it-tweġibiet għall-mistoqsijiet li dejjem kellu meta ltaqa’ ma’ Chiara u mal-ispiritwalita’ ta’ komunjoni.

Lejn it-tmiem ta’ din l-intervista, Lo Presti rrakkonta episodju li hu sinifikattiv ħafna. Qal li Giordani kellu xewqa kbira li jagħti lilu nnifsu lil Alla b’mod sħiħ u għalhekk lejn l-aħħar tas-snin 1920 ingħaqad mat-Terz Ordni Dumnikan. Iżda ma tantx kien sodisfatt bir-regola tagħhom; xtaq li jinvolvi ruħu aktar f’ħajja reliġjuża. Offra idea li kellu lill-patrijiet: “Nikru appartament fejn nistgħu niltaqgħu lkoll flimkien: intom il-patrijiet biċ-ċoqqa u aħna l-lajċi bil-qalziet. U hekk inkunu nistgħu ngħixu ftit ħajja komunitarja flimkien”. Dan ma seħħx għax in-normi tal-Ordni Dumnikan kienu jgħidu mod ieħor.

Temm jgħid il-Prof. Lo Presti: “Dak li l-qalb ta’ Giordani kienet tixxennaq għalih fl-aħħar tas-snin 1920, sar realta’ permezz ta’ Chiara: kien il-fokolare”.


Source: https://www.focolare.org/en/news/2021/04/19/why-another-biography-of-giordani/

Aħbarijiet, Pubblikazzjonijiet

Post navigation

Previous Post: Awguri tal-Għid mingħand Margaret Karram, il-president tal-Fokolari
Next Post: United World Week – “Dare to Care”

More Related Articles

[:mt]Għeluq tal-fażi djoċesana fil-proċess tal-Kawża tal-Beatifikazzjoni ta’ Chiara Lubich[:] Aħbarijiet
Ġurnata Dinjija taż-Żgħażagħ 2023 / 2 Aħbarijiet
Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda tal-Insara: "Imsejħin għat-tama" Aħbarijiet
Thank you Pope Francis! Aħbarijiet
[:mt]Jesús Morán: “Qegħdin ngħixu fi żmien ta’ grazzja”[:en]Jesús Morán: “We are living in a time of grace”[:] Aħbarijiet
Anthony Patrick Vella: Art as a Collective Expression Aħbarijiet

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Kelma tal-Ħajja

  • Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    “L-imħabba ma tagħmilx deni lill-proxxmu; mela l-imħabba hi l-milja tal-Liġi” (Rm 13, 10).

Segwina fuq Instagram

Kotba

  • Here and Now

    Here and Now

    July 30, 2026
  • Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    July 3, 2026
  • Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    November 24, 2023
  • Conference Calls

    Conference Calls

    February 1, 2023

Focolare News updates

Safeguarding

Safeguarding measures worldwide
Listening Points / safe space discussions
Guidelines and reports: Protection of minors and vulnerable persons

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

Safeguarding - Prevention of abuse - Listening points/safe space discussions

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Siti ta’ interess

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • United World Project
  • New Families

Recent Posts

  • Video update on forum in Jerusalem

    Video update on forum in Jerusalem

    September 8, 2026
  • Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    September 7, 2026
  • Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    August 31, 2026
  • Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    August 15, 2026

Copyright © 2026 Moviment tal-Fokolari.

Powered by PressBook Blog WordPress theme