Experiences

{:mt}Ngħixu il-Vanġelu: Il-liġi waħdanija hi dik tal-imħabba{:}{:gb}Living the Gospel: The art of giving freely is learned in the family{:}

{:mt}

Tama

Qatt ma ħsibt li l-ġenituri tiegħi setgħu jaslu biex jinfirdu. Iżda hekk ġara u  bdew jiġu f’moħħi ħafna ħsibijiet ta’ dwejjaq u kont inħossni mħawwad; kont nibża’  minn dak li kien ser iġib miegħu l-ġejjieni u minn ħajja li ma kenitx ser tibqa’ l-istess. Jien u ż-żewġ ħuti bqajna ngħixu mal-mama, “supermama”, kif konna nsejħulha. Imma l-ħajja  inbidlet għal kollox. Qabel, qatt ma kellna problemi l-iskola, iżda issa kienu bdew il-problemi. Malli ndunajna, bdejna nfittxu li nagħmlu xi ħaġa għax ridna naraw il-mama kuntenta. Mhux faċli ngħixu mingħajr il-papa, iżda sa minn meta konna żgħar il-ġenituri u n-nanniet għallmuna ma niġġudikawx. Wieħed mill-isbaħ mumenti hu l-ħin tat-talb meta nitolbu flimkien li sseħħ ir-rieda t’Alla għal kull wieħed minna. P. L. – Colombia 

Student diffiċli

Xi snin ilu, wieħed mill-istudenti fil-klassi  tiegħi kien tassew diffiċli; kien jgħix sitwazzjoni iebsa fil-familja tiegħu. Xi drabi kien ikun vjolenti u għalhekk xi ġenituri marru jipprotestaw mas-surmast. Ġie mhedded li jitkeċċa mill-iskola; u ħassejt li għandi nitlob -permess biex nibda nieħu ħsiebu jien personalment. Tkellimt mal-kollegi tiegħi u sibt kollaborazzjoni anki mill-istudenti. Familja ħbieb tiegħi għamlu kuntatt mal-ġenituri tiegħu biex jgħinuhom fis-sitwazzjoni li kienu fiha. Għaddew bosta snin u erġajt mort f’dik il-belt. Kont ili nieqes ħafna minn hemm meta erġajt iItqajt ma’ dan l-istudent.Sibt li issa kien sar raġel, missier li qed jieħu ħsieb sew il-familja tiegħu. . – Italia

Il-kejk
Wieħed mill-ġirien beda’ jsib ħafna oġġezzjonijiet meta bdejna nagħmlu xi xogħolijiet fid-dar tagħna. Żewġi xaba’ jirċievi ittri mingħandu biex jipprotesta meta dan ma kellux raġuni għalfejn u mar ikellem avukat biex jara jiftaħlux kawża. Iżda mbagħad meta bdejna nitkellmu bejnietna dwar din is-sitwazzjoni, il-qalb issuġġeriet li nagħżlu triq oħra: ħsibna li jkun aħjar jekk nippruvaw nagħmlu xi ħaġa biex nibnu pont bejnietna. Lestejt kejk u morna għandu. Kif wasalna, qalilna: “Kif kontu tafu li llum hu l-birthday ta’ binti?” Il-laqgħa li konna qed nibżgħu minnha nbidlet f’waħda li ġabitna flimkien. Xi ġranet wara ġew iżuruna huma u llum għandna ħbieb ġodda. – Spagna

Il-ħajt
Seba’ snin ta’ żwieġ ma wassluniex biex inkunu qalb waħda kif xtaqna. Imdejjaq u sfiduċjat wasalt biex ngħid li dan kien kawża ta’ immaturità u ta’ karattri li ma kienu jaqblu f’xejn. Bdejna niġġudikaw lil xulxin u l-ħajt li kien qed jifridna kompla dejjem jikber.  Bdejna wkoll inħossu ċertu sens ta’ ħtija għax lil uliedna ma konniex qed nagħtuhom xhieda tal-imħabba tagħna bħala koppja. Meta konna qtajna qalbna kważi għal kollox, xi ħbieb tagħna li jgħixu l-Vanġelu bdew jgħenuna nwaqqgħu l-ħajt li nbena bejnietna. F’marti bdejt nilmaħ sinjali li tawni t-tama. Bdejna nitgħallmu nilqgħu lil xulxin, nitolbu skuża, naraw lil xulxin bħala rigal u nqisu l-fallimenti tagħna bħala okkażjoni biex nerġgħu nibdew inħobbu lil xulxin. Bil-għajnuna tal-ħbiberija u t-talb tal-oħrajn intbaħna  li Alla jħobbna u li hu jieħu ħsieb il-familja tagħna. – Italia{:}{:gb}Hope
I never would have thought that our parents would separate. But when it happened, and we were faced with an uncertain future that was completely unknown and the fact that life would never be the same again, I began having many sad and confused thoughts. We three brothers stayed with our Mum, “Our super-Mum,” as we called her. But everything was different. Even though we never had problems at school before, now we were beginning to have them. As soon as we noticed it, we began trying to give her some joy. Living with Papa wasn’t easy, but ever since we were small, our parents and grandparents had taught us not to judge. One of our nicest times together is when we gather to pray, asking God to accomplish his plan for each one of us.
J. P. L. – Colombia

Difficult Student
Many years ago a particularly difficult student arrived in my class, because of some family problem. Since he had violent outbursts, some of the other parents protested with the director. Faced with the possibility that he might be expelled, I obtained permiission to take him into my personal care, advising my colleagues of the situation and receiving help from the students.Simultaneously, a family of friends made contact with his parents to help them until their situation was worked out. A long time later I returned to that city, which I hadn’t been to in many years. I saw my student again, now all grown and turned into the proud father of a family.
T. M. – Italy

Cake
One of our neighbors was opposed to the restructuring work we were doing on our little house, expressing objections that were obviously unjustified. Tired of receiving his letters and protestations, my husband consulted a lawyer with the thought of bringing a case against him. But then, as we talked abou it, we decided on another path which seemed to be suggested by our heart. We would try to create a bridge between us and him. I baked a cake and we went to see him. He asked: “How did you ever know that today was our daughter’s birthday?” The expected clash had been transformed into an encounter. A few days later they visited us and now we have some new friends.
M. – Spain

The Wall
Seven years of marriage had not led to the desired union of our hearts. Sand and discouraged, we thought that the reason was immaturity and incomptability of character. In this atmosphere we were led to judge and the wall of non-communication between us had grown higher and higher. Moreover, we were also burdened with feelings of guilt for not having been able to convey to our children the love that a husband and wife should give witness to. When we had already given up, some friends sho live the Gospel helped us to break down that wall. Also, there were signals coming from my wife that made me very hopeful. We learned to accept one another, to say sorry when we failed, to see look upon each other as a gift and to consider our failures as an opportunity to begin again. Helped by the friendship and prayers of others, we could feel that God loved us and had kept our family going.
L. – Italy{:}

Add Comment

Click here to post a comment

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.