Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

  • Home
  • About us
  • Chiara Lubich
  • The Word of Life
  • Dialogues
  • Media
  • Contact us
  • English English
    • Malti Malti
  • Toggle search form

[:mt]Tgħix ifisser titkellem[:]

Posted on June 8, 2019June 8, 2019 By Website Editor No Comments on [:mt]Tgħix ifisser titkellem[:]

[:mt]“(…) Aħna ngħidu ‘tgħix u titkellem’, bħallikieku dawn huma żewġ affarijiet differenti. Fir-realta’, fl-ispiritwalita’ tagħna, dawn huma ħaġa waħda, għaliex li titkellem huwa parti mill-mod kif ngħixu (…). L-ispiritwalita’ tagħna mhijiex spiritwalita’ individwali, imma spiritwalita’ kollettiva, komunitarja. Dan ifisser li aħna rridu nitqaddsu flimkien (…). Għalhekk, bl-istess mod li nixxennaq għall-qdusija tiegħi, hekk ukoll irrid naħdem għall-qdusija tal-oħrajn (…).

Fl-ispiritwalita’ komunitarja tagħna, minflok ma nfittxu lil Alla fis-solitudni, infittxuh fil-proxxmu, infittxuh fil-kuntatt tagħna ma’ ħutna li jgħixu madwarna. Dan ifisser li jekk hemm xi ħaġa li rridu naħarbu minnha hija s-solitudni (…). Il-proxxmu jista’ jkun il-Ġenna tagħna, iżda jista’ jkun ukoll il-purgatorju tagħna jew saħansitra l-infern tagħna, minħabba dak li jġegħlna nbatu. U għalhekk, aħna minflok is-solitudni nagħżlu l-proxxmu.

Minflok is-silenzju aħna rridu “nitkellmu”, għax għalina dan huwa parti essenzjali mill-għixien tagħna. Jekk ma nitkellmux, ma nkunux qed ngħixu b’mod sħiħ. Jekk tħalli fil-ġenb dawk il-mumenti li fihom is-silenzju huwa Rieda t’Alla, bħalma hu l-ħin tal-meditazzjoni, nistgħu ngħidu li l-ispiritwalita’ tagħna ma tistax tgħixha jekk ma tkunx qed tikkomunika.

Għalhekk: mhux waħidna imma flimkien; mhux is-silenzju imma li nitkellmu.

Mhux ningħalqu fiċ-ċella tar-ruħ tagħna, imma nibnu ċ-ċelloli tal-Ġisem Mistiku ta’ Kristu flimkien mal-aħwa li niltaqgħu magħhom. U nindunaw li meta nkunu ppruvajna ngħixu ‘l barra minna nfusna fl-imħabba lejn l-oħrajn, meta niġu biex ninġabru fit-talb malajr insibu l-għaqda tagħna ma’ Alla u nsibu l-paċi tiegħu.

(…) Li nitkellmu huwa parti mill-mod kif ngħixu u ma nistgħux ngħaddu mingħajru. Jekk ninsew dan nispiċċaw biex inkunu qed ngħixu(…) ix-xejn, il-frugħa, u nindunaw li lilna jkunu qegħdin jimblukkawna ħafna affarijiet bħal ambizzjoni, attakkamenti (…).

Għalhekk it-tweġiba għall-mistoqsija tagħkom: “kif se noħolqu bilanċ bejn li tgħix u li titkellem” jiena nwieġeb li din mhix kwistjoni ta’ bilanċ għaliex li titkellem ifisser li qed tgħix, u li tgħix ifisser ukoll titkellem, għax inkella ma tkunx qed tgħix.”

Chiara Lubich

(Silta minn tweġiba li Chiara tat lill-Fokolarini ta’ Montet, 21 ta’ settembru 1991.)

 [:]

News

Post navigation

Previous Post: [:mt]“Għinu lil kulħadd jesprimu ruħu bl-aktar mod liberu.”[:en]Wide consultation process gets underway for next year’s General Assembly[:]
Next Post: Chiara Lubich: “Generating Peace”

More Related Articles

[:mt]Kelma tal-Ħajja ta’ Frar[:en]February Word of Life[:] News
“It-Twelid ta Gesu’ f’nofsna” Copyright Anthony Patrick Vell [:mt]Il-Milied u s-Sena t-Tajba![:en]Happy Christmas to all! [:] News
[:mt]Kelma tal-Ħajja ta’ Lulju[:en]July Word of Life[:] News
Melita Theologica Journal: “Two Magnetic Personalities Bridging the Twentieth and the Twenty First Centuries” News
“Together – Gathering of the People of God” News
European Mariapolis – Madrid 2022 News

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Word of Life

  • Word of Life September 2026

    Word of Life September 2026

    "Love does no harm to a neighbour; therefore love is the fulfilment of the Law" (Rom 13:10).

Follow us on Instagram[

Publications

  • Here and Now

    Here and Now

    July 30, 2026
  • Paradise ’49: the mystical dimension in Chiara Lubich

    Paradise ’49: the mystical dimension in Chiara Lubich

    July 3, 2026
  • New publication in Maltese: "Ngħixu l-Kelma" (Living the  Word)

    New publication in Maltese: "Ngħixu l-Kelma" (Living the Word)

    November 24, 2023
  • Conference Calls

    Conference Calls

    February 1, 2023

Focolare News Updates

Safeguarding

Safeguarding measures worldwide
Listening Points / safe space discussions
Guidelines and reports: Protection of minors and vulnerable persons

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

Safeguarding - Prevention of abuse - Listening points/safe space discussions

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Sites of interest

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • United World Project
  • New Families

Recent Posts

  • Margaret Karram participates in the forum "Within Your Gates" in Jerusalem

    Margaret Karram participates in the forum "Within Your Gates" in Jerusalem

    September 7, 2026
  • Word of Life September 2026

    Word of Life September 2026

    August 31, 2026
  • Kala, an institution

    Kala, an institution

    August 15, 2026
  • Put God first and do all the rest as His will

    Put God first and do all the rest as His will

    August 10, 2026

Copyright © 2026 Moviment tal-Fokolari.

Powered by PressBook Blog WordPress theme