[:mt]Margaret Karram, il-President tal-Moviment tal-Fokolari bagħtet messaġġ lill-Papa Franġisku biex tiżgurah li hi qrib tiegħu u li qed titlob għaliħ b’ ħerqa kbira.
Kitbitlu hekk: “Jalla l-Madonna tħaddnek bl-imħabba tagħha ta’ omm u bit-tenerezza kollha li int dejjem irrakkomandajt għall-ġid ta’ kull persuna qrib tagħna u ta’ kull nazzjon.”
U żiedet tgħidlu: “ Nixtieq inwassallek it-tgħanniqa tal-Moviment tal-Fokolari kollu li kulfejn jinsab fid-dinja qiegħed jitlob u joffri kollox għalik. Aħna nħossu gratitudni kbira lejk, għal ħajtek mogħtija b’mod sħiħ lil Alla u għall-ġid tal-umanità”.
Photo: © Raffaelle Orefice–CSC Audiovisivi[:en]
The President of the Focolare Movement, Margaret Karram, sent a message to Pope Francis assuring him of her affectionate closeness and fervent prayer.
She wrote, “May Our Lady envelop you with her maternal love and all the tenderness that you have always recommended that we should have for the good of every person next to us and every nation.”
She added, “I send you the embrace of everyone in the worldwide Focolare Movement who is praying and constantly offering up everything for you. We are infinitely grateful for your life completely given to God and given for the good of humanity.”
Photo: © Raffaelle Orefice–CSC Audiovisivi
[:]

English
Malti
Add Comment