Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
  • Email
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

Malta

  • Home
  • Min aħna
  • Chiara Lubich
  • Kelma tal-Ħajja
  • Attivita’
    • Mariapoli: “Il-Belt ta’ Marija”
    • Families
    • Tfal
    • Żgħażagħ
    • Teens
  • Djalogi
  • Media
  • Kuntatti
  • Malti Malti
    • English English
  • Toggle search form

Nieħdu aħna l-inizjattiva

Posted on January 6, 2021October 10, 2026 By Website Editor No Comments on Nieħdu aħna l-inizjattiva

“(…) Xi darba s-soċjetà kienet mibnija fuq sisien tassew insara  u kienet tagħraf sew it-tajjeb mill-ħażin. Illum l-affarijiet huma xort’oħra: f’isem il-libertà, li mhi libertà vera xejn, it-tajjeb u l-ħażin,  tħares il-liġi t’Alla jew ma tħarishiex qed jitpoġġew fuq l-istess pjan. Ninsabu f’deżert ġdid,  fejn dak li qed jinqered mhumiex id-djar, il-knejjes, il-palazzi, imma l-liġijiet morali u bħala konsegwenza l-kuxjenzi.

U allura x’ser nagħmlu? M’għandniex armi  biex nagħmlu l-ġlieda tagħna ħalli nwasslu l-maħfra u l-imħabba ta’ Kristu lill-bnedmin meta dawn ftit li xejn jagħtu kas tad-dnub?

Le, m’aħniex mingħajr armi.

Għalina, din id-dinja ddekonsagrata għandha wiċċ: dak ta’ Ġesù abbandunat, li fih is-sagru u d-divin  inħeba kollu. Fih,  Alla li ħassu abbandunat minn Alla, naraw  kull sitwazzjoni negattiva. Huwa f’ismu u għal imħabbtu li nsibu l-forza biex inħobbu dak li llum ma tantx hu ta’ min iħobbu.

Bil-fjamma mkebbsa f’qalbna,  nagħmlu bħal Alla tagħna  li dejjem jieħu Hu l-inizjattiva, u nersqu qrib dawk li niltaqgħu magħhom. U Alla fina jqajjem u jdawwal il-kuxjenzi, iqanqal l-indiema, jagħti mill-ġdid it-tama, ikebbes l-entużjażmu,  iva, jpoġġi fil-qlub ta’ ħafna x-xewqa li jibdew jgħixu mill-ġdid ma’ Kristu, li jgħixu lil Kristu.

Mela, dawn huma t-tliet proponimenti: inżommu n-nar jaqbad fi qlubna, inkunu aħna l-ewwel li nħobbu, u nħobbu b’mod sħiħ bla ebda limitu; dan ifisser li nħobbu b’mod li nwasslu lil kulħadd biex jgħix l-Ideal tagħna, li hu li jgħix lil Kristu. (…)

Nagħlaq billi b’ħerqa nawgura lil kulħadd sena ġdida qaddisa,  mimlija grazzji . Din hi r-raba’ sena tal-Vjaġġ Qaddis tagħna”.

Chiara Lubich
(Kollegament CH, 3 ta’ Jannar 1985)

Share:
FacebookWhatsAppEmailCopy
Spiritwalita' Tags:Chiara Lubich

Post navigation

Previous Post: Opportunitajiet biex inħobb
Next Post: Ċentinarju li għalaq, iżda ma ntemmx

More Related Articles

Fabio Ciardi: "L-isbaħ ritratt ta’ Chiara" Spiritwalita'
Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49" Aħbarijiet
7 December 1943: the beginning of a divine adventure Aħbarijiet

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Beatification ceremony – Fr Silvano Cola

Laqgħat tal-Fokolari

Moviment Familji Ġodda – Picnic

Recent Posts

  • Beatification Cause for Fr Silvano Cola officially opened

    Beatification Cause for Fr Silvano Cola officially opened

    November 7, 2026
  • Kelma tal-Ħajja ta’ Novembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta’ Novembru 2026

    November 1, 2026
  • Inġibu ruħna ta’ familja

    Inġibu ruħna ta’ familja

    October 26, 2026
  • Palermo hosts Mediterranean conference to build bridges of fraternity

    Palermo hosts Mediterranean conference to build bridges of fraternity

    October 13, 2026
  • Margaret Karram's message to the "Mediterranean Without Borders" gathering

    Margaret Karram's message to the "Mediterranean Without Borders" gathering

    October 11, 2026

Segwina fuq Instagram

Focolare News updates

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

  • Providing a safe environment
  • Listening points/safe space discussions
  • Guidelines and reports

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Siti ta’ interess

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • New Families

Copyright © 2026 Focolare Movement Malta | VO/1624 Fondazzjoni Dinja Magħquda – Moviment tal-Fokolari (Malta)

Privacy Settings

This site uses cookies and similar technologies. You can accept, deny, or customise non-essential categories. This tool helps manage consent choices; it is not legal advice.

Essential
Statistics
Functional
Marketing
Powered by ConsentBase | PAPEPO