Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
  • Email
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

Malta

  • Home
  • Min aħna
  • Chiara Lubich
  • Kelma tal-Ħajja
  • Attivita’
    • Mariapoli: “Il-Belt ta’ Marija”
    • Families
    • Tfal
    • Żgħażagħ
    • Teens
  • Djalogi
  • Media
  • Kuntatti
  • Malti Malti
    • English English
  • Toggle search form

Ċentinarju li għalaq, iżda ma ntemmx

Posted on January 24, 2021October 10, 2026 By Website Editor No Comments on Ċentinarju li għalaq, iżda ma ntemmx

22 ta’ Jannar 2020 – 22 ta’ Jannar  2021: Għeluq is-sena ċentinarja tat-twelid ta’ Chiara Lubich.

‘Niċċelebraw biex niltaqgħu …’: dan kien il-motto magħżul għas-sena ċentinarja  tat-twelid  ta’  Chiara Lubich (1920-2020), il-fundatriċi tal-Moviment tal-Fokolari. Tħejjew  ħafna inizjattivi  għal din is-sena, iżda min qatt basar li kellha tfaqqa’ pandemija u tħalli l-marka tagħha anki fuq dan iċ-ċentinarju. Ħalliet marka, iżda ċ-ċelebrazzjoni biex wieħed jiltaqa’ ma’ Chiara  u l-kariżma tagħha ma waqfitx, anzi  kien hemm  okkażjonijiet li  komplew  jagħmlu din iċ-ċelebrazzjoni aktar sinifikattiva.

Ejja mmorru ftit lura u nħarsu lejn din is-sena. Iċ-ċelebrazzjonijiet ċentinarji bdew fis-7 ta’ Diċembru  2019 meta ġiet inawgurata l-esibizzjoni “Chiara Lubich Dinja-Belt” fil-Gallerija ta’ Trento, il-belt fejn twieldet Chiara. Il-ftuħ ta’ din l-esibizzjoni sar mill-President tal-Italja. L-għada kien hemm  il-ftuħ  ta’ esibizzjoni oħra f’Tonadico; din hi dwar is-snin 1949-1959. Fil-ġimgħat ta’ wara kien hemm l-inawgurazzjoni ta’ diversi esibizzjonijiet simili f’pajjiżi oħra, fejn wieħed seta’ jammira wkoll id-dettal lokali: per eżempju dik  ta’ Nairobi turi l-iżvilupp tal-Moviment fl-Afrika, waqt li dik ta’ Ġerusalemm  turi r-rabta ta’ Chiara ma’ din il-belt u l-ħolma tagħha li llum saret realta’: ċentru ta’ spiritwalita’, studju, formazzjoni u djalogu  għall-unita’.

Chiara Lubich twieldet fit-22 ta’ Jannar. F’din id-data, fis-sena 2020, Ruma ċċelebrat iċ-ċentinarju tat-twelid tagħha b’serata ddedikata lilha. F’din il-ġrajja, Francesco Rutelli, ex-sindku ta’ Ruma, fakkar dak li Chiara kienet qalet  fit-22 ta’ Jannar tas-sena 2000, meta ġiet  mogħtija ċ-ċittadinanza onorarja ta’ din il-belt. Qal li f’dik il-ġurnata Chiara kienet stqarret li ser tagħmel dak kollu li tista’  biex fil-belt ta’ Ruma joktor l-għajxien tal-imħabba b’mod konkret. “Hemm xi ħaġa isbaħ milli nagħmlu ħilitna biex  ngħixu dan il-kliem tagħha llum?” temm jgħid.

Xi jiem wara, Sergio Mattarella, il-President tar-Republika indirizza laqgħa li saret fiċ-Ċentru Mariapoli f’Cadine. Fid-diskors tiegħu, Mattarella  saħaq fuq il-fraternita’ fil-qasam ċivili u politiku bħala xi ħaġa li tispikka fl-ispiritwalita’ ta’ Chiara. Kien hemm aktar minn 900 ruħ  preżenti u madwar 20,000 li segwew permezz tal-live streaming.

Trento kienet ukoll il-belt fejn saret l-ewwel parti tal-konferenza internazzjonali li fiha ħadu sehem  7 kardinali u 137 isqof, ħbieb tal-Moviment tal-Fokolari; imbagħad it-tieni parti ta’ din il-konferenza li t-titlu tagħha kien: “Kariżma għas-servizz tal-Knisja u tal-umanita” saret f’Loppiano. Fil-messaġġ li bagħat Papa Franġisku hu esprima l-gratitudni tiegħu lejn Alla “għad-don tal-kariżma tal-unita’ permezz tax-xhieda u t-tagħlim (…) ta’ Chiara Lubich”.

Fl-istess ġranet kienet qed issir ġrajja oħra marbuta maċ-Ċentinarju: 400 reliġjużi rġiel u nisa minn 100 familji reliġjuża fi 33 pajjiż kienu qed jiltaqgħu fiċ-Ċentru Mariapoli ta’ Castelgandolfo. It-tema għal din il-laqgħa kienet: “Kariżmi f’komunjoni: profezija ta’ Chiara Lubich”.

Imbagħad il-pandemija bdiet tinfirex u dan fisser bidla anki għaċ-Ċentinarju: xi avvenimenti kellhom jitħassru fil-waqt li oħrajn bdew isiru b’mod virtwali; hekk ġara fil-każ tal-esbizzjoni ta’ Trento u anki f’dik tal-Brażil. Il-vantaġġ kien li ħafna aktar nies setgħu jaraw dawn l-esbizzjonijiet. Iżda kien hemm inizjattivi oħra li xorta setgħu jsiru, bħal per eżempju: il-ħruġ ta’ żewġ bolol kommemorattivi fir-Republika Ċeka u l-kompetizzjoni “Belt waħda mhux biżżejjed” li saret għall-iskejjel fl-Italja. Hemm maħsub li l-premjazzjoni għal din il-kompetizzjoni ssir fis-16 ta’ Frar 2021.

Matul is-sena 2020,  iċ-Ċentru Internazzjonali tal-Moviment f’Rocca di Papa kellu jagħlaq il-bibien tiegħu għal xi perijodi ta’ żmien. Filwaqt li  issa reġa’ miftuħ, qed jiġu segwiti r-regoli maħruġa mid-dipartiment tas-saħħa. Waħda miż-żjajjar l-aktar importanti li saru matul din is-sena kienet dik tal-Patrijarka ta’ Kostantinopli li mar jitlob fuq il-qabar ta’ Chiara.

Kien hemm ukoll diversi publikazzjonijiet ta’ kotba marbuta maċ-Ċentinarju;  fosthom ta’ min isemmi: id-29 edizzjoni  tal-ktieb “Meditazzjonijiet” u żewġ edizzjonijiet oħra mill-kullana “Kitba  ta’ Chiara Lubich”:  il-ġabra tal-ħsibijiet li kienet għamlet fil-kollegamenti u d-diskorsi tagħha fil-qasam ċivili u dak ekkleżjastiku.

Iċ-ċentru Chiara Lubich u Grupp ta’ Riċerka fi ħdan l-Iskola Abba,  flimkien ma’ esperti minn pajjiżi differenti, organizza laqgħa ta’ studju  dwar “Chiara Lubich in dialogue with the world. A linguistic, philological and literary approach to her writings”.

Fit-3 ta’ Jannar 2021, meta s-sena ċentinarja kienet qed toqrob lejn l-għeluq tagħha, ir-Rai I wera l-film “Chiara Lubich. L-imħabba tirbaħ kollox”. Id-direttur ta’ dan il-film kien Giacomo Campiotti, fil-waqt li Cristiana Capotondi ħadmet il-parti ta’ Chiara. Kien hemm aktar minn ħames miljun u nofs li raw dan il-film, li nħadem minn Rai Fiction u Eliseo Multimedia.  Bosta  nies f’pajjiżi  oħra tad-dinja setgħu jaraw il-film permezz ta’ RaiPlay u Rai Italia.

Iċ-Ċentinarju għalaq fit-22 ta’ Jannar 2021. Iżda ma ntemmx. Dan l-aħħar meta Maria Voce, il-president tal-Moviment kienet qed titkellem dwar dan, qalet: “ il-laqgħa ħajja ma’ Chiara ma tistax tkun limitata għal sena ċentinarja. Le, din ma tintemmx; tibqa’ sakemm ikun hemm nies mill-familja ta’ Chiara fuq din l-art li jkomplu jagħtu xhieda li Chiara għadha ħajja, li l-kariżma ta’ Chiara għad għandha xi ħaġa xi tgħid lid-dinja”.

Anna Lisa Innocenti

Aħbarijiet, ċentinarju

Post navigation

Previous Post: Nieħdu aħna l-inizjattiva
Next Post: [:mt]Assemblea Ġenerali – Djarju 1 – 24/01/2021[:en]General Assembly: Diary 1 – January 24, 2021[:]

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Kelma tal-Ħajja

  • Kelma tal-Ħajja ta’ Ottubru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta’ Ottubru 2026

    “La taħqarx il-barrani, u la tgħakksux, għax intom ukoll, kontu barranin fl-art tal-Eġittu” (Eż 22, 20).

Stedina lir-Rappreżentanti tal-Għaqdiet u l-Movimenti

Laqgħa tal-Komunità

Segwina fuq Instagram

Kotba

  • Here and Now

    Here and Now

    July 30, 2026
  • Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    July 3, 2026
  • Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    November 24, 2023
  • Conference Calls

    Conference Calls

    February 1, 2023

Focolare News updates

Safeguarding

Safeguarding measures worldwide
Listening Points / safe space discussions
Guidelines and reports: Protection of minors and vulnerable persons

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

Safeguarding - Prevention of abuse - Listening points/safe space discussions

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Social Media links

  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
  • Email

Siti ta’ interess

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • United World Project
  • New Families

Żidiet reċenti

  • Palermo hosts Mediterranean conference to build bridges of fraternity

    Palermo hosts Mediterranean conference to build bridges of fraternity

    October 13, 2026
  • Margaret Karram's message to the "Mediterranean Without Borders" gathering

    Margaret Karram's message to the "Mediterranean Without Borders" gathering

    October 11, 2026
  • Kelma tal-Ħajja ta’ Ottubru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta’ Ottubru 2026

    October 1, 2026
  • Papa Ljun: "Kunu xhieda ta’ għaqda kapaċi tibni paċi dejjiema"

    Papa Ljun: "Kunu xhieda ta’ għaqda kapaċi tibni paċi dejjiema"

    September 15, 2026

Copyright © 2026 Focolare Movement Malta | VO/1624 Fondazzjoni Dinja Magħquda – Moviment tal-Fokolari (Malta)