Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
  • Email
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

Malta

  • Home
  • Min aħna
  • Chiara Lubich
  • Kelma tal-Ħajja
  • Attivita’
    • Families
    • Tfal
    • Żgħażagħ
    • Teens
  • Djalogi
  • Media
  • Kuntatti
  • Malti Malti
    • English English
  • Toggle search form

Kelma tal-Ħajja ta’ Ottubru 2026

Posted on September 29, 2026September 29, 2026 By Website Editor

Niżżel il-fuljett tal-Kelma tal-Ħajja bil-Malti


“La taħqarx il-barrani, u la tgħakksux, għax intom ukoll, kontu barranin fl-art tal-Eġittu” (Eż 22, 20).

Il-Kelma tal-Ħajja ta’ dan ix-xahar hi meħuda mill-ktieb tal-Eżodu li jirrakkonta l-kundizzjonijiet iddisprati li fihom kienu jgħixu l-Lhud meta kienu fl-Eġittu. Magħkusin u lsiera, huma għollew leħinhom lejn Alla biex jidħol għalihom u jgħinhom. Din il-karba waslet sal-qalb ta’ Alla li mbagħad ħatar lil Mosè bħala l-mibgħut tiegħu. Wara li nħelsu, huma għamlu ċerimonja li ssiġillat il-Patt bejn Alla u Iżrael. Id-dokument li jirrifletti din ir-rabta jissejjaħ il-Kodiċi tal-Patt[1], li ntlaqa’ mill-poplu kollu[2]. Fih insibu l-Għaxar Kmandamenti li magħhom żdiedu xi liġijiet oħra marbuta mal-ġrajja straordinarja tal-ħelsien. Il-kelma għal dan ix-xahar hi meħuda minn patrimonju ta’ regoli dwar ħajja u mġiba. 

“La taħqarx il-barrani, u la tgħakksux, għax intom ukoll, kontu barranin fl-art tal-Eġittu.”

Il-barrani jagħmel parti minn kategorija ta’ nies li huma ppreferuti u mħarsin minn Alla għax flimkien mal-fqir, mal-iltim u mal-armla hu fost l-aktar nies vulnerabbli. Qabelxejn, ir-raġuni għal din ir-regola teħodna lura għal dak li l-poplu Lhudi għex fil-jasar tal-Eġittu. Dak li fil-ktieb tal-Eżodu kien għamel Alla b’id qawwija nsibuh fit-Testment il-Qadim kollu. Il-poplu għandu dejjem jiftakar f’din il-ġrajja bħala waħda li, b’modi differenti tkompli sseħħ f’kull ġenerazzjoni. Dak li kiteb Oriġene dwar il-ktieb tal-Eżodu fih ħafna x’tifhem: “Min jgħakkes lill-barrani juri li għadu ma ħariġx mill-Eġittu”[3].

Dan il-kmandament ifakkarna wkoll fl-empatija: jiġifieri li npoġġu ruħna fil-post tal-oħrajn hekk li nkunu nistgħu nifhmuhom u nagħrfu x’jeħtieġu. Min għadda minn xi esperjenza diffiċli għandu jsibha aktar faċli li jsir ħaġa waħda mat-tbatija tal-oħrajn. Imma fit-Testment il-Qadim din mhijiex biss esperjenza umana. Hu Alla nnifsu li jagħtina l-eżempju ta’ xi tfisser tidħol fis-sitwazzjoni tal-oħrajn. 

“La taħqarx il-barrani, u la tgħakksux, għax intom ukoll, kontu barranin fl-art tal-Eġittu”. 

Issa kif se ngħixu din il-Kelma tal-Ħajja? Għandu mnejn tkun ħaġa faċli għalina li nagħmlu xi mistoqsija: kien hemm xi żmien li fih għamilt l-esperjenza li nkun barrani? Ħassejtni mhux aċċettat, mhux milqugħ, mhux mifhum, barra minn posti? X’tgħallimt minn dawn is-sitwazzjonijiet? Jiena lil min inqis bħala barrani? Min hu l-barrani għal Alla? Kif nistgħu nilqgħuh b’qalb miftuħa kif Alla jagħmel magħna? Konkretament x’nista’ nagħmel?

Chiara Lubich kitbet hekk: “Ma’ Alla, li ma jagħmel ebda distinzjoni bejn persuna u oħra, kif ma ndaħħlux f’qalbna l-fatt li aħna lkoll aħwa? Aħna wlied l-istess Missier, għalhekk nistgħu niskopru lil xulxin bħala aħwa ta’ kull bniedem li nersqu lejh. Mela, la aħna lkoll aħwa ta’ xulxin, għandna nħobbu lil kulħadd, ibda minn dawk li jgħixu qrib tagħna, bla ma qatt nieqfu. Imbagħad imħabbitna ma tkunx waħda astratta, imma konkreta, li nuruha bil-qadi. Imħabba li għandha l-ħila tersaq qrib l-oħrajn. Imħabba li biha nsibu l-ħin nitkellmu, nidħlu fis-sitwazzjonijiet iebsa tal-oħrajn, nerfgħu fuqna l-piż u l-inkwiet tagħhom. Hekk huma jħossuhom mifhuma u milqugħa għalkemm huma differenti minna, u jħossuhom liberi li jaqsmu magħna l-affarijiet sbieħ tagħhom[4].

Din hi l-esperjenza ta’ Marjam,  żagħżugħa mill-Pakistan.

“Darba dħalt f’bar u l-propjetarju ma riedx jagħti t-te lil waħda mara xiħa. Fuqi kelli biss ftit rupiji (il-flus tal-post) fil-but, imma ħassejt li kelli ngħinha. Mort ħdejn dan il-propjetarju u għidtlu li kont se nħallas jien. Għall-ewwel beda jħares lejja u kien xi ftit indeċiż. Imbagħad, wara ftit, tbissem u qalli: “Le, mhux sewwa. Jekk inti, klijenta lesta li tuża l-ftit flus li għandek biex tgħinha, kemm aktar jien, il-propjetarju, imissni nkun ġeneruż? Aktar faċli għalija li nagħtiha tazza te b’xejn milli nħallik tħallas int”. Din kienet għalija esperjenza qawwija. Meta fittixt li nħobb, l-ewwel lil dik ix-xiħa u mbagħad lill-propjetarju, rajt kemm azzjoni kollha ħlewwa tista’ tiftaħ qalb persuna oħra”.

Augusto Parody Reyes u
il-grupp tal-Kelma tal-Ħajja

[1] Eż 20-23.
[2] Ara Eż 24.
[3] Origene, Homiliae in Exodum V, 5.
[4] C. Lubich, Kelma tal-Ħajja ta’ Mejju 2006, fil-ktieb Parole di Vita, ta’ Fabio Ciardi, (Opere di Chiara Lubich 5), Città Nuova, Ruma 2017, pġ. 780.

Kelma tal-Ħajja

Post navigation

Previous Post: Papa Ljun: "Kunu xhieda ta’ għaqda kapaċi tibni paċi dejjiema"

More Related Articles

[:mt]Kelma tal-Ħajja ta’ Diċembru[:en]December Word of Life[:] Kelma tal-Ħajja
[:mt]Kelma tal-Ħajja ta’ Ottubru[:en]October Word of Life[:] Kelma tal-Ħajja
Kelma tal-Ħajja ta' Jannar 2023 Kelma tal-Ħajja

Kelma tal-Ħajja

  • Kelma tal-Ħajja ta’ Ottubru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta’ Ottubru 2026

    “La taħqarx il-barrani, u la tgħakksux, għax intom ukoll, kontu barranin fl-art tal-Eġittu” (Eż 22, 20).

Laqgħa tal-Komunità

Stedina lir-Rappreżentanti tal-Għaqdiet u l-Movimenti

Segwina fuq Instagram

Kotba

  • Here and Now

    Here and Now

    July 30, 2026
  • Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    July 3, 2026
  • Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    November 24, 2023
  • Conference Calls

    Conference Calls

    February 1, 2023

Focolare News updates

Safeguarding

Safeguarding measures worldwide
Listening Points / safe space discussions
Guidelines and reports: Protection of minors and vulnerable persons

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

Safeguarding - Prevention of abuse - Listening points/safe space discussions

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Social Media links

  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
  • Email

Siti ta’ interess

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • United World Project
  • New Families

Żidiet reċenti

  • Papa Ljun: "Kunu xhieda ta’ għaqda kapaċi tibni paċi dejjiema"

    Papa Ljun: "Kunu xhieda ta’ għaqda kapaċi tibni paċi dejjiema"

    September 15, 2026
  • Video update on forum in Jerusalem

    Video update on forum in Jerusalem

    September 8, 2026
  • Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    September 7, 2026
  • Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    August 15, 2026

Copyright © 2026 Focolare Movement Malta | VO/1624 Fondazzjoni Dinja Magħquda – Moviment tal-Fokolari (Malta)