Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

  • Home
  • Min aħna
  • Chiara Lubich
  • Kelma tal-Ħajja
  • Djalogi
  • Media
  • Kuntatti
  • Malti Malti
    • English English
  • Toggle search form

Kelma tal-Ħajja ta’ April 2024

Posted on March 31, 2024August 2, 2026 By Website Editor No Comments on Kelma tal-Ħajja ta’ April 2024

Niżżel il-fuljett tal-Kelma tal-Ħajja bil-Malti


“B’qawwa kbira l-appostli kienu jagħtu xhieda tal-qawmien tal-Mulej Ġesù, u kulħadd kien iġibhom ħafna” (At 4, 33).

Din il-Kelma tal-Ħajja qed tistedinna biex, bil-libertà kollha ta’ min iħaddan il-messaġġ tal-Vanġelu, nagħtu xhieda tal-ġrajja li għadha tidwi fl-istorja: Ġesù qam mill-mewt!

Biex nifhmu sew xi jfisser dan il-kliem li hu meħud mill-Atti tal-Appostli, tajjeb nagħtu titwila lejn dak li hemm miktub fil-vers ta’ qabel: “Il-kotra kbira ta’ dawk li emmnu kienu qalb waħda u ruħ waħda. Ħadd minnhom ma kien jgħid li l-ġid li kellu kien tiegħu, iżda kellhom kollox flimkien”[1].

“B’qawwa kbira l-appostli kienu jagħtu xhieda tal-qawmien tal-Mulej Ġesù, u kulħadd kien iġibhom ħafna”. 

Din is-silta mill-Atti tal-Appostli turina kif l-ewwel komunità Nisranija, imsaħħa bl-Ispirtu s-Santu, kienet magħquda ħaġa waħda biex ixxandar il-Vanġelu lil kulħadd. Il-kelma ‘Vanġelu’ tfisser l-aħbar li Kristu rxoxta.

Huma kienu l-istess nies li, qabel l-Inżul tal-Ispirtu s-Santu, kienu mbeżżgħin u mħawdin bl-aħħar ġrajjiet li kienu seħħew. Issa ħarġu fil-beraħ; lesti li jagħtu xhieda ta’ dan anki akkost tal-martirju. Dan kollu għax il-qawwa tal-Ispirtu kissret kull biża li kellhom.

Huma kienu qalb waħda u ruħ waħda, kienu jħobbu ʹl xulxin hekk li kienu jaqsmu flimkien il-ġid li kellhom. U dan kien  qed jinfirex fost numru ta’ nies li beda dejjem jiżdied.

Nisa u rġiel li mxew wara Ġesù kienu semgħu kliemu, għexu miegħU u b’imħabba kienu qdew nies imwarrbin u morda. Kienu raw b’għajnejhom il-mirakli li kien għamel. Ħajjithom kienet inbidlet ta’ taħt fuq għax kienu msejħa biex jgħixu liġi ġdida. Huma  kienu l-ewwel xhieda tal-preżenza ħajja ta’ Alla fost il-bnedmin. Imma għalina, li llum il-ġurnata ninsabu mexjin wara Ġesù, x’ifisser ‘nagħtu xhieda’?

“B’qawwa kbira l-appostli kienu jagħtu xhieda tal-qawmien tal-Mulej Ġesù, u kulħadd kien iġibhom ħafna”.

L-aħjar mod kif nagħtu xhieda tal-Irxoxt hu li nuru li Hu ħaj u qed jgħix f’nofsna. “Jekk ngħixu dak li qalilna, […] billi nħobbu ʹl-proxxmu tagħna, jekk nagħmlu ħilitna kollha biex ngħożżu dejjem l-imħabba ta’ bejnietna, imbagħad l-Irxoxt jgħix ġo fina, jgħix fostna u hekk jiddi d-dawl tal-grazzja tiegħu, jibdel l-ambjenti fejn ngħixu b’effetti li lanqas biss nistgħu nobsru. U jkun Hu, bl-Ispirtu tiegħu, li jmexxi l-passi tagħna u kulma nagħmlu. Ikun Hu li jagħtina l-okkażjoni biex inwasslu ħajtu lil dawk li tant jeħtiġuH”[2].

“B’qawwa kbira l-appostli kienu jagħtu xhieda tal-qawmien tal-Mulej Ġesù, u kulħadd kien iġibhom ħafna”. 

Margaret Karram[3] kitbet hekk: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Bxara t-Tajba lill-ħolqien kollu”[4]. Dan hu l-kmand straordinarju li elfejn sena ilu l-appostli laqgħu direttament mingħand Ġesù u li biddel l-istorja tal-bniedem. Illum Ġesù qed jagħmel l-istess stedina lilna wkoll: qed jagħtina l-possibiltà li nwassluH mad-dinja kollha b’mod kreattiv, bil-ħila u l-libertà li tana Hu stess”[5].

Din hi aħbar li “ma tintemmx bil-mewt tiegħu, anzi! Meta Kristu qam mill-mewt u l-Ispirtu s-Santu niżel fuq l-appostli, din l-aħbar ħadet qawwa ġdida; l-appostli saru xhieda mimlija kuraġġ tal-Vanġelu. U issa, f’dawn iż-żminijiet, Ġesù qed jibgħat lilna wkoll. Permezz tiegħi, permezz ta’ kull waħda u wieħed minna, Alla jrid ikompli jirrakkonta l-Istorja Tiegħu ta’ mħabba lil dawk kollha li għandhom sehem mill-ħajja tagħna”[6].

Patrizia Mazzola
u t-team tal-Kelma tal-Ħajja

[1] Atti 4, 32.

[2] C. Lubich, Kelma tal-Ħajja ta’ Jannar 1986, mill-ktieb, Parole di Vita, ta’ Fabio Ciardi (Opere di Chiara Lubich 5), Città Nuova, Ruma 2017, pġ. 347.

[3] Presidenta tal-Moviment tal-Fokolari.

[4] Mk 16, 15.

[5] Margaret Karram, Imsejħin u mibgħutin, Rocca di Papa, 15 ta’ Settembru 2023.

[6] Ibid.

Kelma tal-Ħajja Tags:Kelma tal-ħajja

Post navigation

Previous Post: Kelma tal-Ħajja ta’ Marzu 2024
Next Post: Kelma tal-Ħajja ta’ Mejju 2024

More Related Articles

Kelma tal-Ħajja ta’ Ottubru 2022 Kelma tal-Ħajja
Kelma tal-Ħajja ta' Mejju 2023 Kelma tal-Ħajja
Kelma tal-Ħajja ta' Diċembru 2024 Kelma tal-Ħajja
[:mt]Kelma tal-Ħajja ta’ Ottubru[:en]October Word of Life[:] Aħbarijiet
Kelma tal-Ħajja - Novembru 2018 Kelma tal-Ħajja
[:mt]Kelma tal-Ħajja ta’ Ġunju[:en]June Word of Life [:] Kelma tal-Ħajja

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Kelma tal-Ħajja

  • Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    “L-imħabba ma tagħmilx deni lill-proxxmu; mela l-imħabba hi l-milja tal-Liġi” (Rm 13, 10).

Segwina fuq Instagram

Kotba

  • Here and Now

    Here and Now

    July 30, 2026
  • Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    July 3, 2026
  • Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    November 24, 2023
  • Conference Calls

    Conference Calls

    February 1, 2023

Focolare News updates

Safeguarding

Safeguarding measures worldwide
Listening Points / safe space discussions
Guidelines and reports: Protection of minors and vulnerable persons

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

Safeguarding - Prevention of abuse - Listening points/safe space discussions

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Siti ta’ interess

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • United World Project
  • New Families

Recent Posts

  • Video update on forum in Jerusalem

    Video update on forum in Jerusalem

    September 8, 2026
  • Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    September 7, 2026
  • Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    August 31, 2026
  • Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    August 15, 2026

Copyright © 2026 Moviment tal-Fokolari.

Powered by PressBook Blog WordPress theme