Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
  • Email
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

Malta

  • Home
  • Min aħna
  • Chiara Lubich
  • Kelma tal-Ħajja
  • Attivita’
    • Mariapoli: “Il-Belt ta’ Marija”
    • Families
    • Tfal
    • Żgħażagħ
    • Teens
  • Djalogi
  • Media
  • Kuntatti
  • Malti Malti
    • English English
  • Toggle search form

Kelma tal-Ħajja ta’ Frar 2022

Posted on January 31, 2022September 17, 2026 By Website Editor No Comments on Kelma tal-Ħajja ta’ Frar 2022

Download pdf


“Min jiġi għandi ma nkeċċihx ʹil barra” (Ġw 6, 37).

Hekk stqarr Ġesù meta kien qed ikellem lill-folla. Wara l-miraklu tat-tkattir tal-ħobż, in-nies bdiet tfittxu u talbitu sinjal ieħor biex tkun tista’ temmen fih. Ġesù juri li Hu nnifsu hu sinjal tal-imħabba t’Alla; anzi, hu l-Iben mibgħut mill-Missier biex jilqa’ u jreġġa’ lura ʹl kulħadd lejn Daru, b’mod partikolari lil kull bniedem, maħluq xbieha Tiegħu. Iva, għax il-Missier diġà beda jiġbed lil kulħadd lejn Ġesù , billi f’qalbna lkoll poġġa x-xewqa għal ħajja sħiħa, jiġifieri għal komunjoni m’Alla u ma’ kull bniedem ieħor. Għalhekk Ġesù m’hu se jkeċċi ʹl ħadd, ikun kemm ikun ʹil bogħod minn Alla, għax din hi r-rieda tal-Missier: li ħadd ma jintilef.

“Min jiġi għandi ma nkeċċihx ʹil barra.”

Kemm hi aħbar tajba din: Alla jħobb lil kulħadd b’imħabba mill-aktar kbira. L-għożża u l-ħniena tiegħu qegħdin hemm lesti għal kull bniedem. Hu Missier kollu sabar u ħniena li jistenna ʹl kulħadd jimxi warajh. Hu jsejħilna billi jqiegħed leħen ġewwa fina biex nimxu warajH.
Ħafna drabi aħna nies suspettużi: dan għalfejn Ġesù lest li jilqagħni? X’inhu dak li jrid minni? Fil-verità Ġesù jitlobna biss li ninġibdu lejh, billi nwarrbu dak li hemm f’qalbna ħalli nilqgħu mħabbtu ġewwa fina, imħabba li Hu jagħtihielna b’xejn.

Imma din hi wkoll stedina li ssejħilna nkunu nies responsabbli. Infatti, jekk inħossu din l-għożża kollha ta’ Ġesù, irridu aħna nilqgħu Lilu f’kull proxxmu : raġel jew mara, żagħżugħ jew anzjan, b’saħħtu jew xiħ, tal-istess kultura tagħna jew le… U ma rridu nkeċċu ʹl ħadd.

“Min jiġi għandi ma nkeċċihx ʹil barra.”

Fil-belt Kanadiża ta’ Québec, hemm komunità Nisranija li tgħix il-Kelma tal-Ħajja u li timpenja ruħha biex tilqa’ ħafna familji li jaslu hemm minn ħafna nħawi tad-dinja: Franza, Eġittu, Sirja, Libanu, Kongo… Kollha jiġu milqugħa u mgħejjuna, biex jinserixxu ruħhom sew. Dan ifisser twieġeb għall-ħafna mistoqsijiet tagħhom, timlielhom il-formuli bħala refuġjati jew residenti, tikkuntattja l-iskejjel ta’ wliedhom, teħodhom biex isiru jafu l-inħawi tal-belt fejn joqogħdu. Importanti wkoll li jinkitbu għall-korsijiet tal-Franċiż u x’iridu jagħmlu biex isibu x-xogħol.

Guy e Micheline kitbulna hekk: “Familja Sirjana li ħarbet mill-gwerra, marret il-Kanada fejn saret taf familja oħra li kienet għadha kif waslet hemm u li kienet tħossha mitlufa. Permezz tal-Internet organizzat xibka ta’ solidarjetà, u bl-għajnuna ta’ ħafna ħbieb kisbet kulma kienu jeħtieġu: sodod, sufani, imwejjed, siġġijiet, borom u platti, ilbies u ġugarelli għat-tfal mogħtija minn tfal oħra tal-familji tagħna, imħeġġin jagħmlu hekk mill-ġenituri tagħhom. Huma qalgħu aktar minn dak li kienu jeħtieġu u, min-naħa tagħhom, għenu familji foqra oħra li jgħixu fl-istess blokka ta’ appartamenti. Il-Kelma tal-ħajja ta’ dak ix-xahar kienet taqbel ħafna ma’ dan: ‘Ħobb lil għajrek bħalek innifsek!’”.

“Min jiġi għandi ma nkeċċihx ʹil barra.”

Dan hu mod kif f’ħajjitna nistgħu ngħixu din il-Kelma t’Alla: billi nkunu xhieda ta’ kemm Alla jinsab qrib ta’ kull proxxmu tagħna. Din il-meditazzjoni ta’ Chiara turina l-imħabba kollha ħniena: “[…] l-imħabba tiftħilna qalbna u dirgħajna biex ngħinu ʹl min m’għandu xejn, […], lil min f’ħajtu għadda minn ħafna tiġrib, lill-midinba li nidmu. Imħabba li tagħraf tilqa’ l-proxxmu li jkun qabad triq ħażina, lill-ħbieb, aħwa jew nies li ma nafux, u li taħfrilhom u tibqa’ dejjem taħfrilhom. […] Imħabba li ma tkejjel xejn u li ma titkejjilx. […] Imħabba li warrdet bil-bosta, li tħobb lil kulħadd, aktar konkreta minn qatt qabel. Infatti f’qalbna nħossu jinbtu sentimenti li jixbhu ʹl dawk ta’ Ġesù, ma’ kull min niltaqgħu nħossu jinbet fuq fommna l-kliem ta’ Ġesù: “Nitħassarhom lil dawn in-nies” (ara Mt 15, 32). […] Il-ħniena hi l-aħħar espressjoni tal-karità, hi dik li twettaqha. U l-karità tegħleb it-tbatija, għax it-tbatija nsibuha biss f’din il-ħajja, filwaqt li l-imħabba tibqa’ anki fil-ħajja l-oħra. Alla jippreferi l-ħniena mis-sagrifiċċju” .

Letizia Magri

Share:
FacebookWhatsAppEmailCopy
Kelma tal-Ħajja Tags:Kelma tal-ħajja

Post navigation

Previous Post: Bdejna nħarsu lejn il-bnedmin kollha bħala familja waħda
Next Post: Solidarity with our people in the Ukraine

More Related Articles

Kelma tal-Ħajja ta’ Novembru 2026 Kelma tal-Ħajja
Kelma tal-Ħajja ta’ Ottubru 2026 Kelma tal-Ħajja
Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026 Kelma tal-Ħajja

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Beatification ceremony – Fr Silvano Cola

Laqgħat tal-Fokolari

Moviment Familji Ġodda – Picnic

Recent Posts

  • Beatification Cause for Fr Silvano Cola officially opened

    Beatification Cause for Fr Silvano Cola officially opened

    November 7, 2026
  • Kelma tal-Ħajja ta’ Novembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta’ Novembru 2026

    November 1, 2026
  • Inġibu ruħna ta’ familja

    Inġibu ruħna ta’ familja

    October 26, 2026
  • Palermo hosts Mediterranean conference to build bridges of fraternity

    Palermo hosts Mediterranean conference to build bridges of fraternity

    October 13, 2026
  • Margaret Karram's message to the "Mediterranean Without Borders" gathering

    Margaret Karram's message to the "Mediterranean Without Borders" gathering

    October 11, 2026

Segwina fuq Instagram

Focolare News updates

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

  • Providing a safe environment
  • Listening points/safe space discussions
  • Guidelines and reports

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Siti ta’ interess

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • New Families

Copyright © 2026 Focolare Movement Malta | VO/1624 Fondazzjoni Dinja Magħquda – Moviment tal-Fokolari (Malta)

Privacy Settings

This site uses cookies and similar technologies. You can accept, deny, or customise non-essential categories. This tool helps manage consent choices; it is not legal advice.

Essential
Statistics
Functional
Marketing
Powered by ConsentBase | PAPEPO