Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
  • Email
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

Malta

  • Home
  • Min aħna
  • Chiara Lubich
  • Kelma tal-Ħajja
  • Attivita’
    • Mariapoli: “Il-Belt ta’ Marija”
    • Families
    • Tfal
    • Żgħażagħ
    • Teens
  • Djalogi
  • Media
  • Kuntatti
  • Malti Malti
    • English English
  • Toggle search form

Bdejna nħarsu lejn il-bnedmin kollha bħala familja waħda

Posted on January 29, 2022September 7, 2026 By Website Editor No Comments on Bdejna nħarsu lejn il-bnedmin kollha bħala familja waħda

Nimxu wara l-Kewkba li twassalna għand Ġesù  u nsiru  pellegrini. Nieħdu l-eżempju tat-tliet Slaten Maġi u bħalhom nimxu flimkien fil-waqt li kuljum nagħtu xhieda ta’ Dak li jgħammar f’dak l-għar u ġie biex iġedded kollox. 

Bidla pożittiva

Fil-waqt li ħarist lura u rajt dak kollu li għext matul is-sena li għaddiet bil-marki mhux mistennija li ħalliet il-pandemija, bdejt nara qisni film ta’ taħwid għalina lkoll, ġenituri u wlied. Il-bidla fil-programmi u fir-ritmu tal-ħajja  kienet iebsa, imma veru wkoll li din ġabet magħha affarijiet ġodda għall-familja tagħna. Sibna li qed ikollna aktar ċans li nibnu rabta bejnietna u qed nagħrfu l-ħtieġa ta’ ċertu affarijiet li qabel ma konniex nagħtu kashom. Jekk uliedna kienu jħarsu lejn il-fidi bħala xi ħaġa li ma jridux jisimgħu biha, issa sibna ruħna quddiem id-dgħjufija u l-biża’ ta’ dimensjoni dinjija u quddiem mistoqsijiet li qabel ma konniex naħsbu dwarhom.

Tista’ tgħid li l-veru bidla bdiet meta staqsejna x’sens għandu dak li qed jiġri. Sibna ruħna quddiem bosta mistoqsijiet li kienu bla tweġiba, imma ndunajna li mhux biss sirna aktar ħaġa waħda bejnietna bħala familja, iżda bdejna wkoll naħsbu aktar fil-proxxmu tagħna. Bdejna nħarsu lejn il-bnedmin kollha bħala familja waħda.

(R.F. – Franza)

Imħabba fost grupp ta’ ħabsin

Nagħmel xogħol ta’ volontarjat f’ħabs fil-belt fejn noqgħod jien, u flimkien ma’ oħrajn nieħu ħsieb taċ-“Città Nuova Reading Project” li kull ġimgħa jieħdu sehem fih  bosta ħabsin. Nanima ukoll il-Quddiesa tal-Ħadd, u sirt naf li wieħed mill-ħabsin tant kien iddispjaċut li ma setax jirċievi l-Ewkaristija. Qatt ma kien thejja biex jirċievi dan is-sagrament, u offrejtlu li nibda nippreparah jien. Kien kuntent ħafna, irringrazzjani u flimkien mal-kappillan hejjejna programm ta’ lezzjonijiet. B’mod spontanju, kien hemm ukoll xi ħaddieħor fost dawn il-ħabsin li tħajjar jieħu sehem f’din il-formazzjoni.

Wara xi xhur ta’ tħejjija stajna nagħżlu d-data biex jirċievu dan is-Sagrament. Kont tassew milquta meta waslet il-ġurnata u rajt il-Knisja mimlija: sħabhom il-ħabsin l-oħra, li rari jieħdu sehem f’xi funzjoni reliġjuża, kollha kienu  hemm, libsin pulit għall-okkażjoni. Ġew biex jieħdu sehem fil-quddiesa huma wkoll, u waqt li ftakru dak li għexu meta kienu tfal, ħadu sehem fil-kant, fil-qari u fit-talbiet tal-komunità. Kienu tassew emozzjonati bħalma konna aħna u gawdew minn dik l-atmosfera ta’ familja, fejn ħadd ma jħossu waħdu.
(Antonietta – Italja)

Għarkupptejja quddiemu
Jgħix waħdu, f’post maħmuġ, nofsu paralizzat, għadma u ġilda. Naħseb li għandu xi ftit aktar minn 60 sena, imma jidher li għandu aktar minn hekk. L-ewwel darba li mort nieħu xi ikel u ħwejjeġ lil dan ir-raġel, li kienu ilu snin li abbanduna l-fidi u s-sagramenti, ipproponejtlu li ngħidu talba flimkien. Ma ftakarx kif jgħid il-Missierna, imma kien jaf jgħid it-talba tas-Sliema. Qabel tlaqtu, tlabtu jberikni, anki jekk jien iżgħar minnu u f’għajnejh nidher barrani sinjur. Għentu jgħolli idejh ipparalizzata biex jagħmilli salib fuq moħħi. Dak il-fqajjar ħares lejja sorpriż, b’għajnejh ileqqu bil-ferħ, mimlija dmugħ. Dan sar l-appuntament tagħna ta’ kull ġimgħa.

Kull darba li mmur ngħidu talba flimkien, xi talba li jiftakar u jgħidha b’leħen għoli. L-unika mod kif nista’ nkun qrib ta’ dan ir-raġel hu billi noqgħod għarkupptejja ħdejn is-sodda fqajra tiegħu u waqt li nagħmel dan, ngħid f’qalbi: “Hawn jien, Mulej, ninsab quddiemek”.
(L.B. – Tajlandja)

Share:
FacebookWhatsAppEmailCopy
Esperjenzi, Spiritwalita'

Post navigation

Previous Post: Chiara Lubich: Fejn hemm il-karità u l-imħabba, Alla hemm jinsab
Next Post: Kelma tal-Ħajja ta’ Frar 2022

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Laqgħat tal-Fokolari

Moviment Familji Ġodda – Picnic

Recent Posts

  • Beatification Cause for Fr Silvano Cola officially opened

    Beatification Cause for Fr Silvano Cola officially opened

    November 7, 2026
  • Kelma tal-Ħajja ta’ Novembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta’ Novembru 2026

    November 1, 2026
  • Inġibu ruħna ta’ familja

    Inġibu ruħna ta’ familja

    October 26, 2026
  • Palermo hosts Mediterranean conference to build bridges of fraternity

    Palermo hosts Mediterranean conference to build bridges of fraternity

    October 13, 2026
  • Margaret Karram's message to the "Mediterranean Without Borders" gathering

    Margaret Karram's message to the "Mediterranean Without Borders" gathering

    October 11, 2026

Segwina fuq Instagram

Focolare News updates

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

  • Providing a safe environment
  • Listening points/safe space discussions
  • Guidelines and reports

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Siti ta’ interess

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • New Families

Copyright © 2026 Focolare Movement Malta | VO/1624 Fondazzjoni Dinja Magħquda – Moviment tal-Fokolari (Malta)

Privacy Settings

This site uses cookies and similar technologies. You can accept, deny, or customise non-essential categories. This tool helps manage consent choices; it is not legal advice.

Essential
Statistics
Functional
Marketing
Powered by ConsentBase | PAPEPO