Ġimgħa ta’ talb għall-għaqda fost l-insara 2023

Stqarrija għall-Istampa – L‑Arċidjoċesi ta’ Malta


Mill-Erbgħa 18 ta’ Jannar 2023, l-Insara kollha madwar id-dinja se jiċċelebraw il-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara li se tintemm l-Erbgħa 25 ta’ Jannar. Matul din il-ġimgħa, il-Knejjes differenti jingħaqdu għal talb ekumeniku biex isseħħ l-għaqda fost l-Insara. It-tema ta’ din is-sena hi meħuda mill-ktieb tal-Profeta Iżaija: “Agħmlu t-tajjeb; fittxu s-sewwa” (1:17). Din is-sena, it-tema u l-materjal ta’ talb tħejja mill-Kunsill tal-Knejjes fl-istat ta’ Minnesota, fl-Istati Uniti tal-Amerika.

Matul din il-ġimgħa, se jsir Servizz Ekumeniku Djoċesan nhar il-Ġimgħa, 20 ta’ Jannar, fis-6:30pm, fil-Knisja ta’ San Nikola tal-Patrijarkat Ekumeniku ta’ Kostantinopli, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta. L-Arċisqof Charles Scicluna u mexxejja ta’ Knejjes oħra f’Malta se jkunu qed jieħdu sehem, filwaqt li r-riflessjoni biblika se ssir minn Pastor Klaus-Peter Edinger mill-Knisja Evanġelika Luterana lokali.

Ktieb ta’ talb – Download

 

Be the first to comment

Leave a Reply

Your email address will not be published.


*


This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.