Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

  • Home
  • Min aħna
  • Chiara Lubich
  • Kelma tal-Ħajja
  • Djalogi
  • Media
  • Kuntatti
  • Malti Malti
    • English English
  • Toggle search form

Il-Ġimgħa Mqaddsa: "Dak kollu li nfakkru f’dawn il-jiem huwa mħabba."

Posted on April 12, 2022August 27, 2026 By Website Editor No Comments on Il-Ġimgħa Mqaddsa: "Dak kollu li nfakkru f’dawn il-jiem huwa mħabba."

Fil-Ġimgħa Mqaddsa tas-sena 2000, Chiara Lubich kitbet:

“Kull sena, fil-Ġimgħa Mqaddsa, inħossuna milquta minn atmosfera speċjali. Din is-sena, f’għeluq l-elfejn sena mit-twelid ta’ Ġesu’, dawn il-jiem jakkwistaw qawwa ġdida. Fihom naraw aktar minn qatt qabel, l-Imħabba ta’ Ġesu’ għalina. Dak kollu li nfakkru f’dawn il-jiem huwa mħabba.

ĦAMIS IX-XIRKA
Is-saċerdozju hu mħabba għax hu qadi u allura mħabba konkreta.
L-Ewkaristija hi mħabba għax fiha Ġesu’ jagħtina lilu nnifsu.
L-Unita’ hi mħabba. Kien bħal-lum meta Ġesu’ talab lill-Missier: “Ħa jkunu lkoll ħaġa waħda ….”.
Hu mħabba l-kmand ta’ Ġesu’:“Ħobbu lil xulxin bħalma ħabbejtkom jien”. Ġesu’ tana dan il-kmand ġurnata qabel ma miet.

Ma nistgħux inħallu dan il-jum jgħaddi bla ma ninġabru għal ftit tal-ħin u ngħidu lil Ġesu’ li aħna lesti li ngħixu dan il-kmand li hu sejjaħlu “tiegħu” u “ġdid”. Fih tidwi l-ħajja tat-Trinita’. Skoprejnieh waqt li t-tieni gwerra dinjija kienet fl-aqwa tagħha. U rajna lil Ġesu’ bħal emigrant divin: telaq is-Sema u ġie jgħammar fostna, u għex il-ħajja li ngħixu aħna. Kien tarbija, kiber u sar iben eżemplari, raġel u ħaddiem, iżda Hu ġab miegħu l-għajxien tas-Sema pajjiżu u ried li l-bnedmin u l-affarijiet jingħaqdu f’ordni ġdid, skont il-liġi tas-sema: il-liġi tal-imħabba.

IL-ĠIMGĦA L-KBIRA
Bil-mewt tiegħu fuq is-Salib, Ġesu’ tana lezzjoni divina u erojka fuq l-imħabba. Hu kien ta kollox. Għex ħajja ta’ tbatija u ubbidjenza qrib ta’ Marija. Dam tliet snin jippriedka u jwassal il-Verita’, jixhed għall-Missier, iwiegħed l-Ispirtu s-Santu u jagħmel kull xorta ta’ mirakli ta’ mħabba. Dam tliet sigħat fuq is-salib mnejn ħafer lil dawk li qatluh, fetaħ il-bieb tal-ġenna għall-ħalliel it-tajjeb, tana lil Ommu u fl-aħħarnett tana Ġismu u Demmu, wara li kien ġa tahomlna b’mod mistiku fl-Ewkaristija. Kien għad fadallu biss id-divinita’ tiegħu.

L-għaqda tiegħu mal-Missier (…) tagħtu setgħa fuq din l-art u dinjita’ rjali fuq is-salib, imma dan is-sentiment tal-preżenza ta’ Alla kellu jinżel fil-fond tar-ruħ tiegħu u ma jibqax jħossu aktar. B’xi mod ħassu mifrud minn Dak li dwaru kien qal: “Jien u l-Missier ħaġa waħda” (Ġw. 10, 30). Fih l-imħabba xxejnet, id-dawl intefa, l-għerf siket.

Xejjen lilu nnifsu għalina biex aħna nieħdu sehem f’dak li hu Kollox: dudu tal-art (Salm 22, 7) biex jagħmel lilna wlied Alla.

Konna mifruda mill-Missier. Kien meħtieġ li l-Iben, li fih aħna lkoll konna rappreżentati, iġarrab il-firda mill-Missier; iħoss l-abbandun minn Alla biex aħna ma nkunu qatt aktar abbandunati.

Hu għallem li ħadd m’għandu mħabba akbar minn dik ta’ min jagħti ħajtu għal ħbiebu. Hu, li hu l-Ħajja, ta lilu nnifsu b’mod sħiħ. Kienet il-quċċata tal-imħabba, l-isbaħ espressjoni tagħha.

“Ħobbu lil xulxin bħal ma ħabbejtkom jien”. Nagħtu ħajjitna għal xulxin: dan għandu jkun il-kejl tal-imħabba tagħna; dan hu s-sigriet biex Ġesu’ Rxoxt ikun dejjem fostna.

Meta qrajna dan il-kliem ta’ Ġesu’ fix-xelters ta’ Trento, fihmna li huma l-qalba tal-Vanġelu, u flimkien mal-ewwel ħbieb tiegħi għamilna patt. Għidna lil xulxin:“Jien lesta li nagħti ħajti għalik”. Kull waħda minna kienet lesta li tagħti ħajjitha għall-oħrajn, u l-ġid spiritwali u materjali li kellna saru ta’ kulħadd. Ħajjitna għamlet qabża ta’ kwalita’, u għall-ewwel darba ħassejna paċi u dawl li qatt ma konna ħassejna bħalhom qabel (…), u ferħ ġdid, rari, li ma jispiċċa qatt. Kif wiegħed hu stess, Ġesu’ Rxoxt kien preżenti spiritwalment fostna magħqudin f’ismu (ara Mt. 18, 20).

Id-dinja hi għatxana għal Ġesu’. (…) Hemm bżonn li tiltaqa’ ma’ min mhux biss jemmen u jħobb b’xi mod, imma ma’ jagħti xhieda awtentika u jgħid: “Rajtu!” kif Marija Maddalena qalet lill-appostli wara li ratu ħdejn il-qabar. Iva, aħna skoprejnieh fid-dawl li bih dawwalna; missejnieh fil-paċi li nissel fina; smajna leħnu fil-fond qalbna; gawdejna l-ferħ veru tiegħu. (…)

Mela, ejjew inħobbu lil xulxin b’mod li aħna wkoll inkunu nistgħu nagħtu xhieda u ngħidu: “Rajtu, ħassejtu!”.

Spiritwalita' Tags:Chiara Lubich, Ġimgħa Mqaddsa, L-Għid

Post navigation

Previous Post: Il-Papa fl-Udjenza: "Grazzi lil poplu Malti tal-laqgħa tiegħu hekk umana, hekk Nisranija."
Next Post: Happy Easter 2022

More Related Articles

Il-Messaġġ ta’ Margaret Karram għall-Milied 2024 Aħbarijiet
“Ħobbu l-għedewwa tagħkom” Spiritwalita'
[:mt]Il-ġurnata ma’ Maria[:en]Spending the Day with Mary[:] Spiritwalita'
[:mt]11 ta’ Awwissu: tifkira ta’ Santa Chiara ta’ Assisi[:en]11th August: Feast of St Claire of Assisi[:] Spiritwalita'
[:mt]Anki Ġesù staqsa “għaliex”[:] Spiritwalita'
[:mt]Nagħmlu l-esperjenza tal-qawmien mill-mewt billi nħobbu lil ħutna[:en]Passing from death to resurrection through love of neighbour[:] Spiritwalita'

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Kelma tal-Ħajja

  • Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    “L-imħabba ma tagħmilx deni lill-proxxmu; mela l-imħabba hi l-milja tal-Liġi” (Rm 13, 10).

Segwina fuq Instagram

Kotba

  • Here and Now

    Here and Now

    July 30, 2026
  • Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    July 3, 2026
  • Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    November 24, 2023
  • Conference Calls

    Conference Calls

    February 1, 2023

Focolare News updates

Safeguarding

Safeguarding measures worldwide
Listening Points / safe space discussions
Guidelines and reports: Protection of minors and vulnerable persons

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

Safeguarding - Prevention of abuse - Listening points/safe space discussions

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Siti ta’ interess

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • United World Project
  • New Families

Recent Posts

  • Video update on forum in Jerusalem

    Video update on forum in Jerusalem

    September 8, 2026
  • Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    September 7, 2026
  • Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    August 31, 2026
  • Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    August 15, 2026

Copyright © 2026 Moviment tal-Fokolari.

Powered by PressBook Blog WordPress theme