Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

  • Home
  • Min aħna
  • Chiara Lubich
  • Kelma tal-Ħajja
  • Djalogi
  • Media
  • Kuntatti
  • Malti Malti
    • English English
  • Toggle search form

Chiara t’Assisi u Chiara Lubich: għażla waħda, dik ta’ Alla

Posted on August 11, 2020August 9, 2026 By Website Editor No Comments on Chiara t’Assisi u Chiara Lubich: għażla waħda, dik ta’ Alla

“Kien żmien il-gwerra. U aħna, tfajliet li kellna għal qalbna tant ħolm dwar il-ġejjieni: dar, skola, persuni għeżież, karriera… bdejna naraw kollox jiġġarraf quddiem għajnejna. U l-Mulej lissen bil-fatti waħda mill-kliem eterni tiegħu: “Kollox huwa frugħa, xejn ħlief frugħa.” (…)

U ntbaħna li ideal wieħed huwa veru u ma jmut qatt: Alla. Filwaqt li bdejna naraw il-qerda li ġabet tant mibegħda, fil-moħħ żagħżugħ tagħna feġġ b’mod ħaj Dak li ma jmutx. RajnieH u ħabbejnieH fl-essenza tiegħu: Deus caritas est.

Il-ħsibijiet u l-aspirazzjonijiet tagħna kienu ssiġillati minn bint oħra ta’ żmenijiet oħra, li ma tantx kienu differenti minn dawk tagħna: Chiara t’Assisi. Din għarfet iddawwal bid-dawl divin tagħha dlamijiet id-dnub u ssaħħan qlub kiesħa silġ bl-egoiżmu, il-mibegħda u l-ħdura.

Hi wkoll rat il-frugħa tad-dinja, għax il-Fqajjar t’Assisi, eżempju ħaj tal-faqar, għallimha “titlef kollox biex tirbaħ lil Ġesù Kristu”.

Meta f’nofs ta’ lejl ħarbet mill-kastell tax-Scifi biex tmur il-Porziuncola u il-Qaddis staqsieha: “Binti x’tixtieq?”, hi wkoll wieġbet: “Alla”.

Impressjonana l-fatt li din iż-żagħżugħa sabiħa, ta’ tmintax-il sena, mimlija tama, għarfet tiġbor ix-xewqat kollha ta’ qalbha f’Dak li hu biss jistħoqqlu mħabbitna. U bħalha, aħna ħassejna l-istess xewqa.

U għidna: “Alla hu l-ideal tagħna. Kif nagħmlu biex nagħtuh lilna nfusna b’mod sħiħ?” It-tweġiba tiegħu kienet: “Ħobbni b’qalbek kollha”.

U kif inħobbuh? “Min iħobbni jħares il-kmandamenti tiegħi. Ħobb lill-proxxmu tiegħek bħalek innifsek.” Ħarisna lejn xulxin u ddeċidejna li “nħobbu lil xulxin biex inħobbu lilU”. Aktar ma wieħed “jgħix” il-Vanġelu, aktar jifhem.

Chiara Lubich

Rivista “Fides” fl-1948

Spiritwalita'

Post navigation

Previous Post: Like Claire of Assisi
Next Post: [:mt]Tikteb il-komunità tal-Fokolari fil-Libanu[:en]A letter from the Lebanon Focolare community[:]

More Related Articles

Bl-isbaħ xewqat għall-Milied Ħieni Spiritwalita'
Il-Messaġġ ta’ Margaret Karram għall-Milied 2024 Aħbarijiet
[:mt]Kull idea hi responsabbiltà[:en]Every idea is a responsibility[:] Spiritwalita'
Bdejna nħarsu lejn il-bnedmin kollha bħala familja waħda Esperjenzi
[:mt]11 ta’ Awwissu: tifkira ta’ Santa Chiara ta’ Assisi[:en]11th August: Feast of St Claire of Assisi[:] Spiritwalita'
[:mt]Nieħdu aħna l-inizjattiva[:en]Taking the initiative to love[:] Spiritwalita'

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Kelma tal-Ħajja

  • Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    “L-imħabba ma tagħmilx deni lill-proxxmu; mela l-imħabba hi l-milja tal-Liġi” (Rm 13, 10).

Segwina fuq Instagram

Kotba

  • Here and Now

    Here and Now

    July 30, 2026
  • Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    July 3, 2026
  • Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    November 24, 2023
  • Conference Calls

    Conference Calls

    February 1, 2023

Focolare News updates

Safeguarding

Safeguarding measures worldwide
Listening Points / safe space discussions
Guidelines and reports: Protection of minors and vulnerable persons

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

Safeguarding - Prevention of abuse - Listening points/safe space discussions

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Siti ta’ interess

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • United World Project
  • New Families

Recent Posts

  • Video update on forum in Jerusalem

    Video update on forum in Jerusalem

    September 8, 2026
  • Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    September 7, 2026
  • Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    August 31, 2026
  • Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    August 15, 2026

Copyright © 2026 Moviment tal-Fokolari.

Powered by PressBook Blog WordPress theme