Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
  • Email
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

Malta

  • Home
  • Min aħna
  • Chiara Lubich
  • Kelma tal-Ħajja
  • Attivita’
    • Families
    • Tfal
    • Żgħażagħ
    • Teens
  • Djalogi
  • Media
  • Kuntatti
  • Malti Malti
    • English English
  • Toggle search form

Kelma tal-Ħajja ta' Diċembru 2021

Posted on November 30, 2021September 17, 2026 By Website Editor No Comments on Kelma tal-Ħajja ta' Diċembru 2021

Niżżel il-leaflet tal-Kelma tal-Ħajja bil-Malti


“Hienja dik li emmnet li jseħħ kull ma bagħat jgħidilha l-Mulej” (Lq 1, 45).

Il-Kelma tal-ħajja ta’ dan ix-xahar qed terġa’ tpoġġi quddiemna beatitudni oħra. B’dan il-kliem ta’ ferħ, Eliżabetta sellmet lil Marija li marret għandha biex tgħinha. Iva, għax dawn iż-żewġ nisa ta’ fidi kbira, it-tnejn li huma kienu qed jistennew tarbija u t-tnejn laqgħu l-Kelma t’Alla u  għarfu l-qawwa tagħha f’dak li wettqet fiċ-ċokon tagħhom.

Marija hi l-ewwel bniedma mbierka fil-Vanġelu ta’ San Luqa; hi Dik li ħasset il-ferħ tal-intimità tagħha m’Alla. B’din il-beatitudni San Luqa jiftaħ triq biex wieħed ikun jista’ jaħseb fuq ir-rabta li hemm bejn it-tħabbira tal-Kelma t’Alla u l-fidi li dak li jkun jilqagħha, bejn l-inizjattiva t’Alla u aħna li nilqgħuha b’mod liberu.

“Hienja dik li emmnet li jseħħ kull ma bagħat jgħidilha l-Mulej”.

Marija hi dik li b’qalbha kollha emmnet fil-“wegħda li saret lil Abram u ʹl nislu għal dejjem”[4]. Tant għamlet il-vojt fiha nfisha, tant kienet umli u miftuħa għas-smigħ tal-Kelma, li l-istess Verb t’Alla seta’ jinżel fil-ġuf tagħha u jidħol fl-istorja tal-bnedmin.

Ħadd ma jista’ jgħaddi mill-istess esperjenza ta’ Marija Omm u Verġni, imma lkoll kemm aħna nistgħu nimitawha fil-fidi sħiħa tagħha fl-imħabba t’Alla. Jekk niftħu qalbna biex nilqgħu l-Kelma u dak kollu li hi twiegħed, hi tista’ tieħu l-ħajja ġewwa fina. Bħala ċittadini, ħajjitna ssir waħda li tagħti l-frott, aħna min aħna: missirijiet u ommijiet, studenti, ħaddiema u nies politiċi, żgħażagħ u xjuħ, b’saħħitna jew morda.

U jekk aħna nies ta’ fidi dgħajfa, bħal dik ta’ Żakkarija[5]? Jeħtieġ li nkomplu nafdaw fil-ħniena t’Alla. Hu qatt ma jieqaf ifittixna, sakemm aħna wkoll nerġgħu nagħrfu l-fedeltà tiegħu u nberkuH b’qalbna kollha.

“Hienja dik li emmnet li jseħħ kull ma bagħat jgħidilha l-Mulej”.

Fuq dawk l-istess għoljiet tal-Art Imqaddsa, fi żminijiet aktar reċenti, kien hemm omm oħra, mara ta’ fidi kbira li kienet tgħallem ʹl uliedha l-arti tal-maħfra u tad-djalogu li hi kienet tgħallmet mill-Vanġelu. Margaret tirrakkonta: Ommi kienet tgħidilna: ‘Meta tħossukom imweġġgħa minn tfal oħra ġirien tagħna, stednuhom jiġu għandna d-dar’. U hi stess kienet tagħtihom ħobż li tkun għadha kemm ħmiet, biex jieħduh magħhom id-dar. B’hekk inbniet rabta ta’ ħbiberija ma’ dawn in-nies”.

Chiara Lubich ukoll tgħinna f’din il-fidi kuraġġuża. Tgħidilna: “Wara Ġesù, Marija hi dik li bl-aktar mod perfett għarfet tgħid ‘iva’ lil Alla. Din hi fuq kollox il-qdusija u l-kobor tagħha. U jekk Ġesù hu l-Verb, il-Kelma li saret bniedem, Marija, bil-fidi tagħha fil-Kelma, hi l-Kelma ħajja, imma hi bniedma bħalna, daqsna. […] Mela bħal Marija aħna rridu nemmnu li għad iseħħu l-wegħdiet kollha li nsibu fi Kliem Ġesù. U jekk ikun meħtieġ, bħalHa nħabbtu wiċċna ma’ affarijiet li jistgħu jidhru bla sens fil-Kelma t’Alla. Għal dawk li jemmnu fil-Kelma, iseħħu dejjem affarijiet tal-għaġeb. Kotba sħaħ jistgħu jinkitbu bi ġrajjiet ta’ nies li għexu l-Kelma. […] Meta fil-ħajja ta’ kuljum, aħna u naqraw il-Kotba Mqaddsa, niltaqgħu mal-Kelma t’Alla, ejjew niftħu qalbna u b’fidi sħiħa nisimgħu li dak li qed jitlob minna u li jwiegħed Ġesù, għad iseħħ. Ma ndumux ma nindunaw […] li Hu ta’ kelmtu”[6].

“Hienja dik li emmnet li jseħħ kull ma bagħat jgħidilha l-Mulej”.

F’dan iż-żmien ta’ tħejjija għall-Milied, irridu niftakru fil-wegħda tal-għaġeb ta’ Ġesù li Hu jkun fost dawk li jilqgħuh u li jgħixu l-kmandament tal-imħabba lejn xulxin: “Fejn tnejn jew tlieta jkunu miġbura f’ismi – jiġifieri fl-imħabba tal-Vanġelu – hemm  inkun jien f’nofshom”[7]. Mimlijin bil-fiduċja f’din il-wegħda, anki llum nistgħu nwelldu mill-ġdid lil Ġesù fid-djar u t-toroq tagħna, billi nilqgħu u nisimgħu sew lil xulxin, kif ġara meta Marija marret għand Eliżabetta.

Letizia Magri

[1] cfr. 10 anni di “Percorsi di luce” in https://www.focolare.org/famiglienuove
[2] I. Giordani, L’inutilità della guerra, Roma 2003 , pġ. 111
[3] C. Lubich, Kelma tal-Ħajja Jannar 2004, fil-ktieb Parole di Vita, ta’ Fabio Ciardi (Opere di Chiara Lubich 5; Città Nuova, Roma 2017) pġ. 709-712.
[4] Ara Lq 1, 55.
[5] Cf. Lc 1, 5-22; 67-69.
[6] C. Lubich, Parola di vita agosto 1999, in eadem, Parole di vita, a cura di Fabrio Ciardi (Opere di Chiara Lubich 5, Città Nuova, Roma 2017) p. 611-612.
[7] Cf. Mt 18, 20.

Kelma tal-Ħajja Tags:Kelma tal-ħajja

Post navigation

Previous Post: Ngħixu l-Vanġelu: "Henjin dawk li jġibu l-paċi"
Next Post: Il-ġurnata ma’ Maria

More Related Articles

Kelma tal-Ħajja ta' Mejju 2025 Kelma tal-Ħajja
Kelma tal-Ħajja ta' April 2019 Kelma tal-Ħajja
Kelma tal-Ħajja ta' Ottubru 2025 Kelma tal-Ħajja

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Stedina lir-Rappreżentanti tal-Għaqdiet u l-Movimenti

Laqgħa tal-Komunità

Kelma tal-Ħajja

  • Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    “L-imħabba ma tagħmilx deni lill-proxxmu; mela l-imħabba hi l-milja tal-Liġi” (Rm 13, 10).

Segwina fuq Instagram

Kotba

  • Here and Now

    Here and Now

    July 30, 2026
  • Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    July 3, 2026
  • Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    November 24, 2023
  • Conference Calls

    Conference Calls

    February 1, 2023

Focolare News updates

Safeguarding

Safeguarding measures worldwide
Listening Points / safe space discussions
Guidelines and reports: Protection of minors and vulnerable persons

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

Safeguarding - Prevention of abuse - Listening points/safe space discussions

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Social Media links

  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
  • Email

Siti ta’ interess

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • United World Project
  • New Families

Żidiet reċenti

  • Papa Ljun: "Kunu xhieda ta’ għaqda kapaċi tibni paċi dejjiema"

    Papa Ljun: "Kunu xhieda ta’ għaqda kapaċi tibni paċi dejjiema"

    September 15, 2026
  • Video update on forum in Jerusalem

    Video update on forum in Jerusalem

    September 8, 2026
  • Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    September 7, 2026
  • Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    August 15, 2026

Copyright © 2026 Focolare Movement Malta | VO/1624 Fondazzjoni Dinja Magħquda – Moviment tal-Fokolari (Malta)