Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

  • Home
  • Min aħna
  • Chiara Lubich
  • Kelma tal-Ħajja
  • Djalogi
  • Media
  • Kuntatti
  • Malti Malti
    • English English
  • Toggle search form

[:mt]29 ta’ Ottubru: it-tifkira tal-Beata Chiara Luce Badano[:]

Posted on October 28, 2021October 28, 2021 By Website Editor No Comments on [:mt]29 ta’ Ottubru: it-tifkira tal-Beata Chiara Luce Badano[:]

[:mt]

Il-Beata Chiara Luce Badano twieldet f’Sassello fid-29 ta’ Ottubru 1971. Il-koppja Badano kienu ilhom snin jistennew it-twelid ta’ tarbija, u Chiara kienet l-unika tifla li kellhom. Rabbewha f’għożża kbira u tawha edukazzjoni nisranija soda.

IItaqgħet mal-Moviment tal-Fokolari meta kellha 9 snin. Alla-Mħabba kellu l-ewwel post fil-ħajja tagħha, u kienet tagħmel ħilitha kollha biex tirċievi lil Ġesu’ Ewkaristija kuljum. Meta din it-tfalja ħelwa, sportiva u mimlija talenti bdiet tikber, hi wkoll kienet toħlom li tibni familja, iżda kienet tħoss li Ġesu’ huwa “l-Għarus” tagħha u aktar ma beda jgħaddi ż-żmien aktar beda jsir il-“kollox” ta’ ħajjitha.

Kellha 17-il sena meta ġiet milquta minn marda qerrieda. Bdiet għaliha t-triq tal-Kalvarju; kellha tiffaċċa bosta mumenti iebsin, iżda hi għexet din it-tbatija b’serenita’ kbira. Bosta drabi kienet ittenni “Jekk dan hu li trid int Ġesu’, irridu jien ukoll”. Kienet tittrażmetti paċi u ferħ u għalkemm il-forza fiżika tagħha kienet naqset għal kollox, hi kienet tisħaq “imma qalbi għadha hemm u allura għadni nista’ nħobb”.

Meta bdiet tħoss li qed joqrob iż-żmien tat-tluq lejn is-sema, hi bdiet tħejji ruħha bħal qisu għall-festa tat-tieġ. Ftit qabel ma mietet qalet lil ommha: “Kun ferħana, għax jien ferħana!”

Mietet fis-7 ta’ Ottubru 1990, ftit qabel ma għalqet 19-il sena. Kienet iddikjarata venerabbli fit-3 ta’ Lulju 2008, u ġiet ibbeatifikata fil-25 ta’ Settembru 2010.

Ftit ġranet wara l-beatifikazzjoni tagħha, Papa Benedittu XVI kien qal:
“Naħseb li lkoll tafu li fil-25 ta’ Settembru tfalja Taljana, li jisimha Chiara Badano ġiet iddikjarata beata. Nistedinkom issiru tafuha: il-ħajja tagħha kienet qasira, imma l-messaġġ tagħha hu stupend. Twieldet fl-1971 u mietet fl-1990. Dsatax-il sena ta’ ħajja, imħabba u fidi. L-aħħar sentejn kienu mimlija tbatija, iżda hi dejjem wasslet l-imħabba u d-dawl li kienu ħerġin minn qalb mimlija b’Alla. Kif jista’ jkun li tfajla ta’ 17, 18-il sena tgħix tbatija bħal din, bla ebda tama ta’ fejqan u xxerred madwarha mħabba, serenita’, paċi u fidi?

Hu ċar li din hi grazzja t’Alla, imma ma’ din il-grazzja kien hemm ukoll il-kollaborazzjoni umana: il-kollaborazzjoni ta’ Chiara stess, u anki dik tal-ġenituri tagħha u ta’ ħbiebha…”.

 


 [:]

Aħbarijiet

Post navigation

Previous Post: [:mt]Jum Dinji taż-Żgħażagħ 2023[:en]World Youth Day: people called by name[:]
Next Post: [:mt]Kelma tal-Ħajja ta’ Novembru[:en]November Word of Life[:]

More Related Articles

Nirriflettu fuq il-ħajja fiċ-ċrieki ta’ madwarna Aħbarijiet
Qatt ħsibt x’qawwa kbira għandha l-Kelma t’Alla? Aħbarijiet
Grazzi Emmaus! Aħbarijiet
Solidarity with our people in the Ukraine Aħbarijiet
[:mt]Il-Papa lill-Isqfijiet minn Knejjes differenti: “L-Unita’ mhijiex uniformita’; hi komunjoni”[:en]Pope to Bishops of various Churches: Unity is not uniformity; it is communion[:] Aħbarijiet
[:mt]It-tmexxija l-ġdida tal-Moviment tal-Fokolari [:en]The new governing body of the Focolare Movement[:] Aħbarijiet

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Kelma tal-Ħajja

  • Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    “L-imħabba ma tagħmilx deni lill-proxxmu; mela l-imħabba hi l-milja tal-Liġi” (Rm 13, 10).

Segwina fuq Instagram

Kotba

  • Here and Now

    Here and Now

    July 30, 2026
  • Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    July 3, 2026
  • Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    November 24, 2023
  • Conference Calls

    Conference Calls

    February 1, 2023

Focolare News updates

Safeguarding

Safeguarding measures worldwide
Listening Points / safe space discussions
Guidelines and reports: Protection of minors and vulnerable persons

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

Safeguarding - Prevention of abuse - Listening points/safe space discussions

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Siti ta’ interess

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • United World Project
  • New Families

Recent Posts

  • Video update on forum in Jerusalem

    Video update on forum in Jerusalem

    September 8, 2026
  • Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    September 7, 2026
  • Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    August 31, 2026
  • Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    August 15, 2026

Copyright © 2026 Moviment tal-Fokolari.

Powered by PressBook Blog WordPress theme