Margaret Karram u Jesús Morán f’udjenza privata ma’ Papa Ljun XIV
“Morna għand il-Qdusija tiegħu l-Papa biex nippreżentawlu l-Moviment u nilqgħu l-kelma tiegħu” – hekk qalu Margaret Karram u Jesús Morán, President u Kopresident tal-Fokolari, fl-għodwa tas-26 ta’ Settembru wara li spiċċat l-udjenza privata li kellhom mal-Papa Ljun XIV. “Kienet laqgħa awtentika, personali, fraterna. Il-Papa xtaq li jkun jaf dwar il-ħidma tagħna għall-paċi, dwar id-djalogu ekumeniku, dak ma’ reliġjonijiet oħra u mal-kultura, u b’mod partikulari dwar il-komunjoni mal-movimenti ekkleżjali. Ħeġġiġna biex inkomplu nwasslu l-Kariżma fid-dinja”.
Margaret Karram qalet: “Fl-aħħar staqsejt lill-Papa jekk nistgħux inwasslu l-barka tiegħu lil dawk kollha li jagħmlu parti mill-Moviment. U hu weġibni: “Daż-żgur!” . Nisimgħu u naraw direttament dwar din l-udjenza mingħand Margaret u Jesús, fil-Kollegament (il-video konferenza dinjija) tas-27 ta’Settembru.
Sors: https://www.focolare.org/in-udienza-con-papa-leone-xiv/
Add Comment