Aħbarijiet

Margaret Karram tesprimi ferħ u gratitudni dwar l-elezzjoni ta’ Papa Ljun XIV

F’isem il-Moviment tal-Fokolari fid-dinja kollha, nixtieq nesprimi ferħ profond dwar l-elezzjoni tal-Papa Ljun XIV, il-mexxej  ġdid tal-Knisja Kattolika. Nirringrazzjaw lil Alla li sama’ t-talb ta’ ħafna u ggwida l-Kardinali biex bl-Ispirtu tiegħu jagħmlu l-għażla  tas-suċċessur ta’ Pietru fi żmien li qed joffri  sfidi kbar għall-umanità.

Sa minn issa stess, niżguraw lill-Qdusija tiegħu mill-viċinanza tagħna bħala wlied, mit-talb tagħna u mill-impenn li nkunu bennejja tal-paċi, kif saħaq hu stess diversi drabi waqt l-ewwel barka tiegħu.

Ilum, id-dinja tagħna tinsab fi bżonn kbir ta’ paċi, dawl u tama. Għalhekk, inwegħduh li flimkien mal-komunitajiet ekkleżjali kollha kulfejn ninsabu, aħna nkomplu ngħixu l-impenn biex inwasslu l-imħabba t’Alla lil kulħadd; biex inkunu miftuħa għad-djalogu u  biex inkunu “poplu wieħed dejjem fil-paċi”,  fil-waqt li nkomplu nagħtu xhieda li l-unità li Ġesu talab għaliha fit-Testment tiegħu hi aktar b’saħħitha  minn kull firda.

Nagħmlu ħilitna wkoll  biex inkunu dejjem aktar fidili fl-għajxien tal-mixja sinodali ħalli  hekk inkunu nistgħu napplikawha wkoll  f’diversi oqsma tas-soċjetà; biex nagħtu s-sehem tagħna ħalli l-Knisja tkun dar miftuħa li tilqa’ lil kull raġel u mara, lill-ġenerazzjonijiet il-ġodda, u fuq kollox lil dawk l-aktar dgħajfa,  lil dawk li  qed ibatu u li huma mwarrbin,  u biex noffru  l-messaġġ ta’ Kristu li hu dejjem ġdid lil kulħadd.

Awguri minn qalbna, Papa Ljun XIV!

Margaret Karram
President tal-Moviment tal-Fokolari


 

Add Comment

Click here to post a comment

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.