Għeluq il-mitt sena mit-twelid ta’ Chiara Lubich (1920-2020)

Fis-7 ta’ Diċembru 2018, f’għeluq il-75 sena minn meta Chiara Lubich ikkonsagrat ruħha lil Alla, Maria Voce, il-president tal-Moviment tal-Fokolari bagħtet ittra lil dawk kollha li jagħmlu parti mill-Moviment biex tħabbar li fis-sena 2020 il-Moviment se jiċċelebra għeluq il-mitt sena mit-twelid ta’ Chiara Lubich

Fl-ittra kitbet hekk:
“Resqin lejn is-sena 2020, is-sena li fiha se niċċelebraw għeluq il-mitt sena mit-twelid ta’ Chiara Lubich. Dan l-anniversarju żgur ser ikun opportunita’ unika, l-ewwelnett biex nirringrazzjaw lil Alla tar-rigal li Chiara kienet għalina u għal tant nies oħra fid-dinja kollha. Ikoll konna milquta mill-kariżma mogħtija lilha minn Alla, li ġabet bidla kbira fil-ħajja tagħna lkoll, bidla li għadha sejra. Dan ser ikun żmien li fih ħafna oħrajn ikunu jistgħu jiltaqgħu ma’ Chiara li llum għadha preżenti fl-Opra tagħha”.

Fl-aħħar tal-ittra, il-President tal-Fokolari qalet: “Minn issa ‘l quddiem,ejjew nitolbu biex l-Ispirtu s-Santu jaħdem fina bis-sħiħ u jkun preżenti f’dak kollu li nixtiequ nwettqu, u biex fuq kollox jaħdem f’dawk kollha li ser ikollhom iċ-ċans li jsiru jafu lil Chiara u l-kariżma tagħha”.

Fix-xhur li ġejjien, il-komunitajiet tal-Fokolari fid-dinja kollha ser jibdew iippjanaw il-ħidma biex jiċċelebraw dan l-anniversarju.

Fiċ-ċentru internazzjonali tal-Moviment twaqqfet kummissjoni biex tgħin f’din il-preparazzjoni. Wieħed jista’ jaqsam il-pjanijiet,tiegħu ma’ din il-kummissjoni, jitlob parir jew informazzjoni. (centenariochiara@focolare.org)

Fuq il-website tal-Moviment (www.focolare.org) ser ikun hemm spazju ddedikat għal dan iċ-ċentinarju biex. hekk inkunu aġġornati b’dak kollu li ser isir fid-diversi partijiet tad-dinja matul din is-sena tal-anniversarju.

Be the first to comment

Leave a Reply

Your email address will not be published. See our website data policy in the footer below.


*


This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.