Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

  • Home
  • Min aħna
  • Chiara Lubich
  • Kelma tal-Ħajja
  • Djalogi
  • Media
  • Kuntatti
  • Malti Malti
    • English English
  • Toggle search form

Il-Ħdax l-Assemblea tal-Kunsill Dinji tal-Knejjes

Posted on August 27, 2022July 7, 2026 By Website Editor No Comments on Il-Ħdax l-Assemblea tal-Kunsill Dinji tal-Knejjes

Jagħmel sens nitkellmu fuq l-unità meta qed ngħixu f’dinja miġruħa bil-kunflitti, bl-effetti tal-pandemija, bil-kriżi tal-bidla fil-klima, u meta t-tiġdid xjentifiku u teknoloġiku spiss qed joħloq aktar diżugwaljanza bejn il-ġnus? Jekk iva, x’sehem jistgħu jagħtu l-Insara biex din l-unità sseħħ?

Dawn il-mistoqsijiet fundamentali ser ikunu fiċ-ċentru tal-11 l-Assemblea tal-Kunsill Dinji tal-Knejjes, li ser issir f’Karlsruhe, il-Ġermanja, mill-31 ta’ Awwissu sat-8 ta’ Settembru 2022. Din il-laqgħa ġeneralment issir kull tmin snin. Fil-Kunsill Dinji tal-Knejjes hemm 352 Knisja minn 110 pajjiż differenti li jirrappreżentaw madwar 500 miljun Insara. Hu mistenni li f’din l-Assemblea jkun hemm madwar 4,000 parteċipant mid-dinja kollha. t-titlu tagħha hu: “L-imħabba ta’ Kristu tqanqal id-dinja biex timxi lejn ir-rikonċiljazzjoni u l-għaqda”

Il-ħidma ta’ din il-laqgħa dinjija tibda propju minn riflessjonijiet dwar l-isfidi li għandha quddiemha d-dinja tagħna, fosthom il-vulnerabbiltà, il-firdiet u l-inġustizzji etniċi, ekonomiċi u soċjali. U allura anki l-interdipendenza bejn individwi u ġnus, u r-responsabbilità lejn xulxin f’dinja fejn ħadd ma jista’ jsalva waħdu. Dan hu l-kuntest li fih ser issir din il-laqgħa, fejn Insara minn Knejjes differenti ser isibu ruħhom flimkien biex jitolbu u jiċċelebraw, imma anki biex jirriflettu u jieħdu azzjoni, fil-waqt li jidħlu aktar fil-fond dwar l-impenn tagħhom biex jissaħħaħ id-djalogu, u tikber l-għaqda li tidher u t-testimonjanza komuni.

Il-programm uffiċjali jindika li ser ikun hemm madwar 100 workshops u stands imtellgħa minn Knejjes, Komunitajiet u Istituzzjonijiet differenti. Tim miċ-Ċentru internazzjonali li jikkoordina l-attività ekumenika tal-Moviment tal-Fokolari, flimkien ma’ membri mill-Ġermanja, l-Isvizzera, l-Irlanda u r-Rumanija, ser itellgħu wieħed mill-istands li fih ser jesponu l-esperjenza wiesgħa tad-djalogu fil-ħajja tal-Fokolari ser imexxu wkoll workshop dwar id-“Djalogu bħala stil ta’ ħajja: metodoloġija u prattika”, fejn ser joffru esperjenza ta’ djalogu bejn Insara ta’ Knejjes differenti, u bejn Insara u Musulmani. Dan ser ikun fil-5 ta’ Settembru fil-17:00.

L-għan ewlieni tal-Kunsill Dinji tal-Knejjes, li beda fit-23 ta’ Awwissu 1948, hu li jippromwovi d-djalogu bħala mixja ta’ ħajja Nisranija awtentika. Ir-rabta tal-Moviment tal-Fokolari ma’ dan il-Kunsill hi frott ta’ storja twila ta’ ħbiberija u kollaborazzjoni li bdiet fl-1967 meta Lukas Vischer, it-teologu Svizzeru Riformat kien stieden lil Chiara Lubich għall-ewwel żjara tagħha lil dan il-Kunsill.

Minn kitba ta’ Anna Lisa Innocenti[:en][:mt]

Minn kitba ta’ Anna Lisa Innocenti

Aħbarijiet Tags:djalogu interreliġjuż, ekumenismu

Post navigation

Previous Post: "Għaliex irrid naraha tgħix fik"
Next Post: Kelma tal-Ħajja ta’ Settembru 2022

More Related Articles

Pentecost Ecumenical Service: "One Fire - Many Logs" Aħbarijiet
[:mt]Eli Folonari temmet il-vjaġġ tagħha fuq din l-art[:] Aħbarijiet
Film about Chiara Lubich: “Love conquers all” Aħbarijiet
Earthquake in Turkey and Syria: Focolare Movement launches Emergency Fund Aħbarijiet
Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm Aħbarijiet
Udjenza ma’ Papa Ljun XIV Aħbarijiet

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Kelma tal-Ħajja

  • Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    “L-imħabba ma tagħmilx deni lill-proxxmu; mela l-imħabba hi l-milja tal-Liġi” (Rm 13, 10).

Segwina fuq Instagram

Kotba

  • Here and Now

    Here and Now

    July 30, 2026
  • Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    July 3, 2026
  • Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    November 24, 2023
  • Conference Calls

    Conference Calls

    February 1, 2023

Focolare News updates

Safeguarding

Safeguarding measures worldwide
Listening Points / safe space discussions
Guidelines and reports: Protection of minors and vulnerable persons

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

Safeguarding - Prevention of abuse - Listening points/safe space discussions

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Siti ta’ interess

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • United World Project
  • New Families

Recent Posts

  • Video update on forum in Jerusalem

    Video update on forum in Jerusalem

    September 8, 2026
  • Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    September 7, 2026
  • Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    August 31, 2026
  • Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    August 15, 2026

Copyright © 2026 Moviment tal-Fokolari.

Powered by PressBook Blog WordPress theme