Ħidma fi gruppi – id-djalogu fiċ-ċentru
Il-metodoloġija ta’ ħidma fi gruppi li qed tintuża llum u għada fl-Assemblea ġenerali tal-Moviment tal-Fokolari tissejjaħ “Open Space Technology”. B’din is-sistema, l-359 parteċipant mid-dinja kollha li huma kollegati online jistgħu jinqasmu fi gruppi virtwali u jitkellmu u jiddjalogaw daqslikieku kienu miġbura bilqiegħa madwar mejda.
Biex ikun aktar faċli għal dawk kollha li qed jieħdu sehem, is-sessjonijiet ta’ ħidma qed isiru fi tliet ħinijiet differenti li jgħoddu għad-diversi pajjiżi skont it-time zones li jinsabu fihom: l-Asja u l-Oċeanja; l-Afrika, l-Ewropa u l-Lvant Nofsani; l-Amerika ta’ Fuq u t’Isfel.
Il-fatt li l-Assemblea tiddedika ġranet differenti għal ħidma fi gruppi, biex ikun hemm qsim ta’ ideat u diskussjoni fuq temi differenti, juri l-ħtieġa u ċ-ċentralità ta’ djalogu globali. Dan beda madwar sentejn ilu fil-mixja li saret qabel l-Assemblea u li fiha ħadu sehem il-komunitajiet tal-Fokolari mifruxa mad-dinja kollha. Individwi u gruppi ħadu sehem f’din ir-riflessjoni dinjija, li minnha ħarġu aktar minn 3,000 proposta dwar dak li għandu jiġi diskuss f’dawn il-ġranet. Dawn il-proposti waslu għand il-Kummissjoni li ppreparat l-Assemblea, u għal raġunijiet prattiċi nġabru f’16-il taqsima. Minn sondaġġ ieħor li sar dwarhom ħarġu dan l-4 prijoritajiet:
- Nidħlu fil-fond tal-kariżma tal-unità llum;
- nikkonkretizzaw il-kariżma f’kull qasam, f’kollaborazzjoni mal-Knisja, istituzzjonijiet, membri ta’ reliġjonijiet differenti u nies ta’ rieda tajba;
- nagħtu attenzjoni partikulari lill-ekoloġija integrali li tagħraf tieħu ħsieb il-persuna, il-familja u d-dar komuni tagħna, b’ħarsu lejn il-ġejjieni;
- ngħixu d-djalogu bejn il-ġenerazzjonijiet b’mod partikulari mal-ġenerazzjonijiet ġodda.
F’dawn l-ewwel ġranet ta’ Assemblea, il-parteċipanti żiedu tliet gruppi ta’ argumenti oħra:
- il-familja
- it-tmexxija (governance)
- l-għażla ta’ dawk li huma fl-aħħar post, l-imwarrbin.
Dak li joħroġ mill-gruppi ta’ ħidma f’dawn il-ġranet ikun kontribut fundamentali biex jiġi ddraftjat “id-dokument finali” li fih ikun hemm il-prospettivi u l-orjentamenti għall-ġejjieni, “għal-linji li mbagħad iridu jkunu elaborati u attwati l-aktar fl-lokal u f’sinerġija profonda bejn iċ-Ċentru internazzjonali u l-Moviment li jinsab fiż-żoni differenti”, kif awgurat Maria Voce.
Id-dokument finali jaħdmu fuqu tmien parteċipanti fl-Assemblea li jiffurmaw il-kumitat li hu afdata b’din il-ħidma. Imbagħad id-draft tad-dokumnet jitpoġġa għall-approvazzjoni tal-Assemblea.
Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Moviment tal-Fokolari
Be the first to comment