Assemblea Ġenerali tal-Moviment tal-Fokolari – Djarju 9 – 2 ta’ Frar 2021

Wara 10 ijiem, għall-Assemblea  ġenerali tal-Moviment tal-Fokolari  issa ser tibqa’ fażi ġdida. L-elezzjoni tal-President il-ġdida, Margaret Karram u l-konferma  tal-lum mis-Sante Sede dwar  l-elezzjoni mġedda ta’ Jesus Moran, ġabu fi tmiemha l-ewwel parti tal-Assemblea,

Bħala l-ewwel att uffiċjali, għada l-President il-ġdida tistabbilixxi n-numru ta’ kunsillieri li l-Assemblea trid tivvota għalihom.  Dan ma jistgħux ikun  anqas minn 20, skont  il-modifika li saret   fl-Istatut Ġenerali tal- Moviment dan l-aħħar.

Fil-waqt li llum bdiet il-ħidma dwar l-orjentamenti  u l-linji li l-Moviment irid jimxi fuqhom fis-sitt snin li ġejjien, mid-dinja kollha qed jaslu kliem ta’ ferħ u xewqat sbieħ  lill-President il-ġdida. Dawn li ġejjien  huma xi wħud minn dawk l-aktar sinifikattivi:

“Ħadna gost meta sirna nafu li ġejt eletta l-president il-ġdida tal-Moviment tal-Fokolari. (…) Għaxi int esperta fid-djalogu bejn il-kulturi (…) n-nomina tiegħek ser tkompli ssaħħaħ ix-xhieda ta’ unità bejn il-kulturi u r-reliġjonijiet. (…) Fil-waqt li nikkoperaw fi “Flimkien għall-Ewropa”, nixtiequ nkunu partner affidabbli  biex nagħtu s-sehem tagħna għal kultura ġdida ta’ unità ”.

Fr. Hienrich Walter, Moviment Schoenstatt

“Għażiża Margaret, (…) nixtieq nifraħlek, anki f’isem Andrea Riccardi  u l-Komunità kollha ta’ Sant’ Egidio  għal din il-kariga hekk importanti (..). Ġa kien hemm diversi okkażjonijet fejn iltqajna(..) l-aktar minħabba fl-impenn għall-unità bejn il-Movimenti  u “Flimkien għall-Ewropa”. (…). Fid-dinja tal-lum hemm bżonn li jinbnew pontijiet  u rabtiet ta’ fraternità  u din hi “vokazzjoni”, li  l-istorja  personali tiegħek u il-fatt li  ġejja minn art ta’ daqshekk tbatija u kunflitt, tagħmlek sensibbli għaliha b’mod partikulari. (…) F’dan l-ispirtu ta’ aħwa, inkomplu l-ħbiberija tagħna  bejn il-Moviment tal-Fokolari u l-Komunità ta’ Sant’ Egidio”.

Marco  Impagliazzo , President tal-Komunita’ ta’ Sant’ Egidio.

“Il-Federazzjoni tal-Ħbiberiji Ebrajki-Nsara fl-Italja  tesprimi l-awguri sinċieri  għall-ħidma t-tajba fil-kariga tiegħek (...).Inġibu quddiem għajnejna d-dawl u l-kuluri  tal-bliet tiegħek: Haifa, Los Angeles u Ġerusalemm, u nawguraw lil xulxin ħidma ta’ kollaborazzjoni fil-promozzjoni tad-djalogu ebrajk-nisrani  u interreliġjuż”.

“F’isem l-Unjoni tal-Komunitajiet Iżlamiċi fl-Italja, bi pjaċir kbir nifirħulek għan-nomina tiegħek bħala President tal-Moviment tal-Fokolari. F’isem il-komunitajiet li nirrappreżenta, inġedded ir-rieda li naħdmu dejjem flimkien fit-triq tad-djalogu, tal-kondiviżjoni u tal-laqgħa, bit-tama li nistgħu niġbru frott ta’ paċi”   – Yassime Lafram, President UCOII

“ L-Ordni tas-Santo Sepolcro twassal l-isbaħ xewqat tagħha lill-President il-ġdida tal-Moviment tal-Fokolari, Margaret  Karram (..) Għarbija, Kattolika minn Haifa li dejjem  tat is-sehem qawwi tagħha fl-attivitajiet għad-djalogu interreliġjuż, filwaqt li ħadmet għall-kultura tal-laqgħa fl-Art  Imqaddsa”.

Għeżież qarrejja, qabel ma nagħlqu dan d-djarju, nixtiequ nitolbu l-kollaborazzjoni tagħkom. Qed jidhru dokumenti, ritratti u reġistrazzjonijiet tal-Assemblea ġenerali b’diversi mezzi.  Inħossu li għandna nisħqu li din l-Assemblea mhijiex ġrajja publika. Għalhekk nitolbukom  tgħinuna billi tħarsu r-riservatezza u li bl-ebda mod ma xxerrdu materjal li ma jkunx awtorizzat  minn dan l-uffiċċju.

                                                                                             Uffiċċju informazzjoni tal-Moviment tal-Fokolari

Be the first to comment

Leave a Reply

Your email address will not be published.


*


This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.