Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
  • Email
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

Malta

  • Home
  • Min aħna
  • Chiara Lubich
  • Kelma tal-Ħajja
  • Attivita’
    • Mariapoli: “Il-Belt ta’ Marija”
    • Families
    • Tfal
    • Żgħażagħ
    • Teens
  • Djalogi
  • Media
  • Kuntatti
  • Multilanguage switcher
  • Toggle search form

Solidarjeta’

Posted on April 17, 2020November 17, 2026 By Website Editor 1 Comment on Solidarjeta’

Għandna xi appartamenti li nikruhom għat-tul, u minkejja li l-aġenti jgħidulna li l-kera hu anqas minn dak li jitlob is-suq, aħna xorta nistaqsu għal ħlas li hu ġust. Nemmnu li rridu nippruvaw ngħixu dak li nemmnu fih!
Wieħed minn dawn l-appartamenti hu mikri lill-familja Taljana li għandhom tifla ta’ 15-il sena. Meta bdiet din il-pandemija, żewġi u jiena ddeċidejna li nagħmlu dak li nistgħu biex ngħinuhom.

Għall-ewwel ħsibna li niffrankawlhom il-kera ta’ xahar, iżda mbagħad ġietna idea oħra. Ċempilt lill-mara biex inkellimha u sirt naf li l-laundry fejn taħdem waqqfet ix-xogħol minħabba l-coronavirus. Għidtilha biex ma toqgħodx titħasseb dwar il-ħlas tal-kera u biex iħallsuna meta jkunu jistgħu. Offriet li tħallas nofs il-kera, iżda għidtilha żżommu ħalli jkollhom biex jgħixu. Bdiet tibki u jien bkejt magħha. Kienet tassew grata, bil-kemm setgħet temmen dak li kienet qed tisma’.

Għandna xi appartamenti oħra li huma mikrija lil xi familji mis-Sirja. Kien is-Sibt filgħaxija meta tifel ta’ wieħed minnhom ġie jgħidilna li kienu ser iħallsu l-kera xi ġimgħa wara. Meta żewġi ltaqa’ mal-missier qallu li jifhem is-sitwazzjoni iebsa li qed toħloq il-Covid-19 u li ma kienx hemm għaġla biex iħallsu l-kera. Qallu li konna lesti nistennew ħalli huma jkollhom flus biex ikunu jistgħu jgħixu. Dan is-Sirjan baqa’ skantat. Żewġi qallu wkoll biex jgħid din il-ħaġa lis-Sirjani l-oħra li joqogħdu fl-appartamenti tagħna.
Ftit wara naraw tnejn minnhom ġejjin b’kejk sabiħ li għamlet il-mara ta’ wieħed minnhom. Stajt tara kemm kienu kuntenti bil-mod kif aħna mxejna magħhom!

E.S (Malta)

Dare to Care, Special

Post navigation

Previous Post: Ċittadella tal-Moviment tal-Fokolari tipproduċi maskri “Made in Loppiano”
Next Post: “Mhux sejra lura mid-deċiżjoni li ħadt”

Comment (1) on “Solidarjeta’”

  1. Sonia Camilleri says:
    April 17, 2020 at 10:15 am

    Beautiful!!
    What an example to all of us!!

    Reply

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Laqgħat tal-Fokolari

Segwina fuq Instagram

Kotba

  • Here and Now
  • Tnedija ta’ ktieb: “Paradiso ‘49”
  • Kotba ġodda: “Ngħixu l-Kelma”
  • Conference Calls
  • “Letters 1939-1960”: Getting to know Chiara Lubich through her letters

Focolare News updates

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

  • Providing a safe environment
  • Listening points/safe space discussions
  • Guidelines and reports

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Siti ta’ interess

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • New Families

Copyright © 2026 Focolare Movement Malta | VO/1624 Fondazzjoni Dinja Magħquda – Moviment tal-Fokolari (Malta)