Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

  • Home
  • About us
  • Chiara Lubich
  • The Word of Life
  • Dialogues
  • Media
  • Contact us
  • English English
    • Malti Malti
  • Toggle search form

[:mt]Min hi Margaret Karram?[:]

Posted on February 1, 2021February 1, 2021 By Website Editor No Comments on [:mt]Min hi Margaret Karram?[:]

[:mt]Margaret Karram: il-President tal-Moviment tal-Fokolari

Margaret Karram ġiet eletta President tal-Moviment tal-Fokolari mill-Assemblea Ġenerali 2021. Hi t-tielet President wara Chiara Lubich, il-fundatriċi u wara Maria Voce, li kienet maħtura President għal żewġ mandati.

Karram twieldet Haifa, fl-Art Imqaddsa fit-3 ta’ Marzu 1962.  Hi Għarbija, ta’ reliġjon Kattolika.

Il-valuri u l-prinċipji Nsara li tnisslu fiha sa minn meta kienet ċkejkna, rawmu fiha ftuħ għall-proxxmu, li jmur ‘l hemm minn reliġjon u kultura. Ħadet l-edukazzjoni tagħha fi skola kattolika tas-Sorijiet Karmelitani f’Haifa, fejn minbarra li studjat l-Għarbi u l-Ebrajk, bdiet tistudja  ukoll l-Ingliż u t-Taljan.

Il-bagalja ta’ ħajjitha, mimlija konoxxenzi, esperjenzi u anki tbatija qanqlet fiha – sa minn  meta kienet għadha fl-adoloxxenza – ix-xewqa li tagħmel xi ħaġa biex tibdel is-soċjetà  ta’ madwarha. Iltaqet mal-ispiritwalità tal-Moviment tal-Fokolari meta kellha 14-il sena u ħasset li Alla kien qed iwieġeb għax-xewqa li kellha: għarfet x’qawwa kbira jista’ jkollha l-ħajja meta wieħed jgħix il-Vanġelu f’kull mument u f’kull ċirkustanza u x’bidla tista’ ġġib l-imħabba vera meta wieħed jgħixha b’mod diżinteressat u bla ma joqgħod ikejjel.

Hekk beda l-impenn tagħha għad-djalogu bejn Insara, Lhud, Musulmani, Iżraeljani u Palestinjani, u dan wassalha biex tmur għal xi żmien fl-Istati Uniti fejn ħadet lawrja fl-Ebraiżmu fl-Università Kattolika ta’ Los Angeles.

Meta reġgħet lura f’pajjiżha, hi ġiet mogħtija l-inkarigu li tkun ko-responsabbli tal-komunità tal-Fokolari fl-Art Imqaddsa. Għal 14-il sena ħadmet fil-Konsolat ġenerali Taljan f’Ġerusalemm. U kkollaborat ukoll f’diversi kummissjonijiet u organizzazzjonijiet li jippromwovu d-djalogu bejn it-tliet reliġjonijiet monoteisti: fosthom il-Kummissjoni Episkopali għad-djalogu interreliġjuż, l-Assemblea tal-Kattoliċi Ordinarji tal-Art Imqaddsa u l-Organizzazzjoni ICCI (Interreligious Coordinating Council in Israel).

Fl-2013 hi ġiet mogħtija l-Mount Zion Award, premju mogħti għar-rikonċiljazzjoni. Ġiet mogħtija dan l-Award flimkien ma’ Yisca Harani, studjuża u riċerkatriċi, għall-impenn biex ikun żviluppat id-djalogu bejn ir-reliġjonijiet u l-kulturi differenti.

Fil-Pentecoste tal-2014, Margaret kienet mistiedna biex tirrappreżenta l-Moviment tal-Fokolari fit-Talba għall-Paċi li saret fil-Ġonna tal-Vatikan fil-preżenza ta’ Papa Franġisku, flimkien ma’ Shimon Perez li dak iż-żmien kien President tal-Istat Iżraeljan u ma’ Mahmud Abbas li kien President tal-Istat Palestinjan.

F’dik l-istess sena, meta saret l-Assemblea ġenerali tal-Fokolari, hi kienet eletta biex tkun kunsilliera fiċ-Ċentru Internazzjonali tal-Moviment. U fis-sitt snin ta’ wara (2014-2020) hi tat is-sehem tagħha bħala kunsilliera għall-Italja u l-Albanija u bħala ko-responsabbli għad-djalogu bejn il-Movimenti Ekkleżjali u l-Komunitajiet Kattoliċi ġodda.

Fl-2016 hi kienet mogħtija l-Premju Internazzjonali S. Rita għall-impenn tagħha biex jikber id-djalogu fost l-Insara, il-Lhud, il-Musulmani, l-Iżraeljani u l-Palestinjani permezz ta’ dak li wieħed jgħix fil-ħajja ta’ kuljum.[:][:]

Special Tags:General Assembly

Post navigation

Previous Post: [:mt]Margaret Karram: Il-President il-ġdida tal-Moviment tal-Fokolari[:en]Margaret Karram: the new President of the Focolare Movement[:]
Next Post: [:mt]Kelma tal-Ħajja ta’ Frar[:]

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Word of Life

  • Word of Life September 2026

    Word of Life September 2026

    "Love does no harm to a neighbour; therefore love is the fulfilment of the Law" (Rom 13:10).

Follow us on Instagram[

Publications

  • Here and Now

    Here and Now

    July 30, 2026
  • Paradise ’49: the mystical dimension in Chiara Lubich

    Paradise ’49: the mystical dimension in Chiara Lubich

    July 3, 2026
  • New publication in Maltese: "Ngħixu l-Kelma" (Living the  Word)

    New publication in Maltese: "Ngħixu l-Kelma" (Living the Word)

    November 24, 2023
  • Conference Calls

    Conference Calls

    February 1, 2023

Focolare News Updates

Safeguarding

Safeguarding measures worldwide
Listening Points / safe space discussions
Guidelines and reports: Protection of minors and vulnerable persons

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

Safeguarding - Prevention of abuse - Listening points/safe space discussions

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Sites of interest

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • United World Project
  • New Families

Recent Posts

  • Video update on Forum in Jerusalem

    Video update on Forum in Jerusalem

    September 8, 2026
  • Margaret Karram participates in the forum "Within Your Gates" in Jerusalem

    Margaret Karram participates in the forum "Within Your Gates" in Jerusalem

    September 7, 2026
  • Word of Life September 2026

    Word of Life September 2026

    August 31, 2026
  • Kala, an institution

    Kala, an institution

    August 15, 2026

Copyright © 2026 Moviment tal-Fokolari.

Powered by PressBook Blog WordPress theme