Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

  • Home
  • Min aħna
  • Chiara Lubich
  • Kelma tal-Ħajja
  • Djalogi
  • Media
  • Kuntatti
  • Malti Malti
    • English English
  • Toggle search form

16 ta’ Lulju 2022 - Jum il-Patt

Posted on July 16, 2022August 18, 2026 By Website Editor No Comments on 16 ta’ Lulju 2022 - Jum il-Patt

“Esperjenza li fetħet it-triq beraħ għall-rabta profonda ma’ Alla u minnha kibret imħabba kbira għall-umanita’ “

Mill-messaġġ ta’ Margaret Karram għal dan il-jum:

Rocca di Papa, 16 ta’ Lulju  2022

Għeżież,

Jiena kuntenta li f’dan il-jum ta’ festa nista’ nġedded il-Patt ta’ unità ma’ kull waħda u wieħed minnkom!

Għaddew 73 sena minn dik id-data storika li ħalliet marka importanti fil-ħajja tal-Moviment tagħna. Din is-sena, meta kien qed joqrob l-anniversarju tas-16 ta’ Lulju, ħassejt fija aktar minn qatt qabel is-sejħa biex nintefa’ fl-esperjenza li Chiara għexet ma’ Ġesù f’dak jum speċjali tal-’49, meta hi xtaqet twieġeb għall-ħsieb esiġenti ta’ Foco li jitqaddsu flimkien.

Ħsibt ħafna fuq dak il-Patt! U konvinta li mingħajr attaġġament ta’ umilta’ u ta’ mħabba kbira, dak il-Patt ma jagħmilx sens. Il-ħsieb iwassalni biex ngħid li din kienet .esperjenza ta’ smigħ, ta’ rispett, u fl-istess ħin ta’ fiduċja sħiħa fil-pjanijiet t’Alla, fiduċja li tħalli f’idejh biex jagħmel Hu,

Il-Patt kien realta’ li nkuruna impenn: għexu l-Kelma b’ġenwinita’ u ħeġġa ta’ “tfal tal-Vanġelu”; u lanqas l-furja tal-gwerra ma naqqset mill-kuraġġ biex jgħixuha b’mod sħiħ. Din kienet esperjenza li fetħet il-bieb beraħ għal rabta profonda ma’ Alla u li minnha żviluppat imħabba kbira għall-umanita’.

F’kitba tagħha dwar dak il-perijodu twil ta’ dawl, Chiara stess qalet: ”Żgur li ma konniex ninżlu minn fuq dik il-muntanja (…) kieku ma kienx għar-rieda t’Alla. Dak li tana l-kuraġġ biex nagħmlu dan kienet biss l-imħabba għal Ġesu’ msallab u abbandunat li jinsab fl-umanita’ mgħaddsa fid-dlamijiet”.

Iva, illum ukoll neħtieġu l-kuraġġ biex ngħixu f’dinja fejn insibu l-marka ta’ bosta dlamijiet. U naħseb li Ġesu’ Abbandunat irid minni,irid minna lkoll li fuq kollox nilqgħu Lilu u nibqgħu radikati fiH biex inħarsu lejn il-bnedmin u lejn is-sitwazzjonijiet bil-mod kif jagħmel Hu u nwasslu l-preżenza u l-imħabba tiegħU kullimkien.

Meta nħaddnu Lilu – għamilna din l-esperjenza eluf ta’ drabi – niksbu mill-ġdid il-qawwa, il-fidi, it-tama u d-dawl għall-mixja li rridu nagħmlu, mixja – jien konvinta – li twassal għal twelid ġdid tal-Opra.

Nawgura li f’dan is-16 ta’ Lulju nwegħdu lil xulxin li ngħixu l-Kelma b’aktar ħeġġa, u nisimgħu bil-ġabra kollha lil Ġesù jagħmlilna l-istess stedina li għamel lil Marta: “…int taħseb wisq u tinkwieta fuq ħafna ħwejjeġ, imma ħaġa waħda hi meħtieġa” (Lk 10,42). Hekk nisimgħu b’attenzjoni dak li Hu jrid jgħidilna u nġeddu l-imħabba tagħna bla ebda kundizzjoni  għal Ġesù Abbandunat

Bi gratitudni infinita lejn Alla, għad-Doni kollha tiegħu, nibgħat tislima planitarja għall- Festa t-tajba!

Margaret

Aħbarijiet, Spiritwalita'

Post navigation

Previous Post: Kelma tal-Ħajja ta’ Lulju 2022
Next Post: L-Għaxar Laqgħa Dinjija tal-Familji

More Related Articles

[:mt]Il-ħidma tal-Ispirtu s-Santu[:en]The Holy Spirit in Action[:] Aħbarijiet
Il-Moviment Gen: 60 sena ta’ ħajja Aħbarijiet
"La qiegħed tgħid int, ħa nkala x-xbiek” (Lq 5, 5). Spiritwalita'
Focolare Movement’s Annual Report 2020-2021 Aħbarijiet
Professur Uppadhyaya: bniedem ta' djalogu Aħbarijiet
[:mt]Ġesù jista’ jitwieled illum ukoll[:en]An almost unbelievable event[:] Aħbarijiet

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Kelma tal-Ħajja

  • Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    “L-imħabba ma tagħmilx deni lill-proxxmu; mela l-imħabba hi l-milja tal-Liġi” (Rm 13, 10).

Segwina fuq Instagram

Kotba

  • Here and Now

    Here and Now

    July 30, 2026
  • Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    July 3, 2026
  • Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    November 24, 2023
  • Conference Calls

    Conference Calls

    February 1, 2023

Focolare News updates

Safeguarding

Safeguarding measures worldwide
Listening Points / safe space discussions
Guidelines and reports: Protection of minors and vulnerable persons

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

Safeguarding - Prevention of abuse - Listening points/safe space discussions

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Siti ta’ interess

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • United World Project
  • New Families

Recent Posts

  • Video update on forum in Jerusalem

    Video update on forum in Jerusalem

    September 8, 2026
  • Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    September 7, 2026
  • Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    August 31, 2026
  • Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    August 15, 2026

Copyright © 2026 Moviment tal-Fokolari.

Powered by PressBook Blog WordPress theme