Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
  • Email
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

Malta

  • Home
  • Min aħna
  • Chiara Lubich
  • Kelma tal-Ħajja
  • Attivita’
    • Mariapoli: “Il-Belt ta’ Marija”
    • Families
    • Tfal
    • Żgħażagħ
    • Teens
  • Djalogi
  • Media
  • Kuntatti
  • Multilanguage switcher
  • Toggle search form

Assemblea Ġenerali: Djarju 12 – 5 ta’ Frar, 2021

Posted on February 5, 2021November 17, 2026 By Website Editor No Comments on Assemblea Ġenerali: Djarju 12 – 5 ta’ Frar, 2021

Dokument Finali – ħidma li tkompli

Għall-parteċipanti tal-Assemblea ġiet  fi tmiemha ġurnata ta’ ħidma tassew intensa.  Bejn il-bieraħ u llum  analizzaw u vvutaw fuq sensiela ta’ mozzjonijiet  dwar il-ħajja tal-Moviment fil-ġejjieni. Ġa nkiteb l-ewwel draft tad-dokument finali li fih hemm ġabra ta’ orjentamenti u linji ta’ azzjoni dwar it-temi li saret diskussjoni tagħhom fid-diversi workshops.

Jeħtieġ ngħidu li l-ħidma tal-Assemblea kellha tiffaċċa sfida minħabba l-limitu tal-ħin u l-kundizzjonijiet tekniċi imposti mill-mod telematiku li bih kellha ssir. B’danakollu sar minn kollox biex kull min ħa sehem seta’ jagħti l-kontribut tiegħu, jgħix esperjenza ta’ unità fid- diversità, u jsawru flimkien dokument finali ħalli jingħata lit-tmexxija l-ġdida tal-Moviment.

Skont xi kalkoli li saru – bejn wieħed u ieħor –  kien hemm bejn 13 u 15-il siegħa xogħol fuq kull argument, u  biex sar l-ewwel draft kien hemm total ta’ 3,500 siegħa ta’ ħidma. Dan kollu sar  bil-għajnuna  ta’  forom  ta’ ħidma speċjalizzata u tliet facilitators professjonali.

Għada filgħodu hemm appuntament straordinarju: Papa Franġisku ser jilqa’ l-Assemblea ġenerali f’udjenza privata li ser issir fis-Sala Pawlu VI. Xi parteċipanti ser ikunu preżenti  għal din l-udjenza, fil-waqt li l-parti l-kbira ser isegwuha permezz tal-istreaming. 

Ser tkun Maria Voce, dik li għadha kemm temmet il-ħidma tagħha ta’ president, li  tippreżenta  lil Margaret Karram, il-president il-ġdida lill-Qdusija  tiegħu l-Papa.  Il-President il-ġdida ser tagħmel indirizza ta’ tislima lill-Papa, imbagħad hu jkellem lil dawk preżenti u lill-parteċipanti tal-Assemblea li jkunu qed isegwu permezz tal-kollegament.

Kulħadd jista’ jsegwi t-trażmissjoni tal-Udjenza.  Ara aktar informazzjoni dwar dan fuq: https://focolaremalta.org/ahbarijiet/papa-frangisku-jilqa-l-assemblea-tal-fokolari-fudjenza-privata/

Uffiċċju Komunikazzjoni Moviment tal-Fokolari

Aħbarijiet, Assemblea Ġenerali, Special Tags:Assemblea Ġenerali

Post navigation

Previous Post: Eletti l-kunsilliera ġenerali  tal-Moviment tal-Fokolari – Team mid-dinja kollha
Next Post: Papa Franġisku jilqa’ l-Assemblea tal-Fokolari f’udjenza privata

More Related Articles

It-tbatija mibdula f’għajn ta’ tama Aħbarijiet
Papa Franġisku jilqa’ l-Assemblea tal-Fokolari f’udjenza privata Assemblea Ġenerali
Eletti l-kunsilliera ġenerali  tal-Moviment tal-Fokolari – Team mid-dinja kollha Aħbarijiet

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Laqgħat tal-Fokolari

Segwina fuq Instagram

Kotba

  • Here and Now
  • Tnedija ta’ ktieb: “Paradiso ‘49”
  • Kotba ġodda: “Ngħixu l-Kelma”
  • Conference Calls
  • “Letters 1939-1960”: Getting to know Chiara Lubich through her letters

Focolare News updates

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

  • Providing a safe environment
  • Listening points/safe space discussions
  • Guidelines and reports

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Siti ta’ interess

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • New Families

Copyright © 2026 Focolare Movement Malta | VO/1624 Fondazzjoni Dinja Magħquda – Moviment tal-Fokolari (Malta)