Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

  • Home
  • Min aħna
  • Chiara Lubich
  • Kelma tal-Ħajja
  • Djalogi
  • Media
  • Kuntatti
  • Malti Malti
    • English English
  • Toggle search form

“Ħobbu l-għedewwa tagħkom”

Posted on March 27, 2022August 27, 2026 By Editorial Team No Comments on “Ħobbu l-għedewwa tagħkom”

Silta meħuda minn ħsieb ta’ Chiara Lubich imxandar fuq il-programm “Oggi e’ Domenica”, RAI GR2, Mejju 1978.

“Ħobbu l-għedewwa tagħkom” ( Lq 6, 27). Dan il-kliem hu tassew qawwi! Jibdel il-mod kif naħsbu u jwassalna biex niddrittaw it-tmun ta’ ħajjitna! Għax ngħiduha kif inhi: ftit jew wisq ilkoll għandna lil xi ħadd li nqisuh bħal għadu kbir jew żgħir fil-ħajja tagħna.

Dan jinsab hemm wara l-bieb tal-appartament fil-qrib fejn toqgħod dik il-mara antipatika u stramba, li dejjem nfittex li naħrabha kull darba li tkun ser titla’ miegħi fil-lift…

Jinsab f’dik il-persuna li tiġi minni li tletin sena ilu kellha xi tgħid ma’ missieri u ma bqajtx insellmilha aktar…

Jinsab bil-qiegħda warajk fil-bank tal-iskola, u qatt u qatt aktar ma ħarist lejn wiċċu minn meta mar jukżak lit-teacher…

Jinsab f’dik it-tfajla li kont ħabiba magħha u warrbitek biex tmur ma’  ħaddieħor….

Hu dak il-kummerċjant li qarraq bik…

Huma dawk it-talin li fil-politika ma jaħsbuhiex bħalna u nqisuhom bħala għedewwa tagħna…

(…) Dawn kollha u għadd kbir ta’ oħrajn li aħna nsejħulhom għedewwa, irridu nħobbuhom. Inħobbuhom?  Iva! Irridu nħobbuhom! U ara taħsbu  li rridu biss nibdlu s-sentiment ta’ mibegħda f’ieħor aktar  twajjeb. Irridu nagħmlu aktar minn hekk! Isimgħu x’jgħid Ġesu’: “Ħobbu l-għedewwa tagħkom, agħmlu l-ġid lil min jobgħodkom, bierku lil min jisħetkom, itolbu għal min iżeblaħkom”.

Qed taraw? Ġesu’ jrid li nirbħu l-ħażin bit-tajjeb. Irid imħabba li tissarraf f’ġesti konkreti.

Jiġina li nistaqsu: imma Ġesu’ għaliex qed jagħtina kmand bħal dan? Ir-realta’ hi  li Hu jrid li nfasslu l-imġiba tagħna  fuq dik ta’ Alla, Missieru  li “jtella’ x-xemx tiegħu sew fuq il-ħżiena u sew fuq it-tajbin, u jniżżel ix-xita sew fuq min hu tajjeb u sew fuq min mhuwiex” ( Mt 5,45). Dan hu li jrid.

Aħna m’aħniex waħidna fid-dinja: għandna Missier u hemm bżonn li nkunu nixbhuh. U mhux hekk biss: Alla għandu dritt għal din l-imġiba tagħna għax waqt li aħna konna għedewwa tiegħu, kien hu li ħabbna l-ewwel u  wera mħabbtu lejna billi bagħat lil Ibnu li ġarrab mewta l-aktar kiefra għal kull wieħed u waħda minna. (…)

Naħseb tajjeb naraw  kif nagħmlu biex nirranġaw xi sitwazzjoni li ninsabu fiha; wara kollox aħna ser inkunu ġġudikati bl-istess mod li aħna niġġudikaw lill-oħrajn. (…)  Mhux aħna stess ngħidulu: “Aħfrilna dnubietna bħalma naħfru lil  min hu ħati għalina” (Mt 6,12)?  Mela, ejjew inħobbu lill-għedewwa  tagħna!  B’imġiba bħal din biss nistgħu nsewwu n-nuqqas ta’ għaqda, inkissru l-ħitan tal-firda u nibnu l-komunita’.

Chiara Lubich

Spiritwalita'

Post navigation

Previous Post: The Incarnation of the Light
Next Post: Nagħmlu kollox flimkien

More Related Articles

"M’hemmx xewka bla warda" Spiritwalita'
[:mt]Insalvaw id-dinja bl-imħabba[:en]Help save the world with love[:] Spiritwalita'
Anthony Patrick Vella – jikkomunika permezz tal-pittura Spiritwalita'
[:mt]“Inniżlu għeruqna fil-preżent” –  Maria Voce[:en]Let’s live fully in the present moment[:] Spiritwalita'
Ġesu’ msallab u abbandunat: Ktieb ta’ Dawl Spiritwalita'
Chiara Lubich: Fejn hemm il-karità u l-imħabba, Alla hemm jinsab Spiritwalita'

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Kelma tal-Ħajja

  • Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    “L-imħabba ma tagħmilx deni lill-proxxmu; mela l-imħabba hi l-milja tal-Liġi” (Rm 13, 10).

Segwina fuq Instagram

Kotba

  • Here and Now

    Here and Now

    July 30, 2026
  • Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    July 3, 2026
  • Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    November 24, 2023
  • Conference Calls

    Conference Calls

    February 1, 2023

Focolare News updates

Safeguarding

Safeguarding measures worldwide
Listening Points / safe space discussions
Guidelines and reports: Protection of minors and vulnerable persons

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

Safeguarding - Prevention of abuse - Listening points/safe space discussions

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Siti ta’ interess

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • United World Project
  • New Families

Recent Posts

  • Video update on forum in Jerusalem

    Video update on forum in Jerusalem

    September 8, 2026
  • Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    September 7, 2026
  • Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    August 31, 2026
  • Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    August 15, 2026

Copyright © 2026 Moviment tal-Fokolari.

Powered by PressBook Blog WordPress theme