Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

  • Home
  • Min aħna
  • Chiara Lubich
  • Kelma tal-Ħajja
  • Djalogi
  • Media
  • Kuntatti
  • Malti Malti
    • English English
  • Toggle search form

Papa Franġisku: Kollox fi Kristu

Posted on May 3, 2025July 2, 2026 By Website Editor No Comments on Papa Franġisku: Kollox fi Kristu

Jesús Morán, il-Ko-president tal-Moviment tal-Fokolari kiteb dwar  il-Pontfikat ta’ Franġisku, dwar  “il-ħajta tad-deheb” li nisġet il-missjoni tiegħu fit-tmexxija tal-Knisja.

“Qed jiġu quddiem għajnejja dawk il-mumenti meta kelli x-xorti nieħu b’idejn il-Papa, inħoss l-imħabba fit-tbissima tiegħu, it-tenerezza f’ħarstu, il-qawwa ta’ kliemu……” – hekk kiteb Jesús Morán, il-Ko-president tal-Moviment tal-Fokolari,  u  stqarr li għalkemm ma kienx intenzjonat li  jikteb xi tema dwar il-pontifikat ta’ Franġisku, iżda ħassu mqanqal biex  ifittex “dik il-ħajta tad-deheb” li nisġet il-missjoni li hu wettaq waqt it-tnax-il sena li mexxa l-Knisja.

Moran qal li l-aħħar diskorsi ta’ Franġisku kienu ta’ ispirazzjoni għalih għax ra fihom “iċ-ċavetta” tal-ħsieb tal-Papa u ta’ dak kollu li għamel. Fil-fatt hu kkwota mill-omelija li Franġisku ħejja għall-Quddiesa tal-Għid, u wasal għall-konklużjoni li “jekk irridu nifhmu lil Franġisku, hemm bżonn nirreferu għal dan l-assolut: Kristu, Kristu biss, Kristu li hu kollox”. Kristu kien iċ-ċentru tal-ħajja ta’ Franġisku. U dan biss jista’ jwassalna biex nifhmu l-enċikliċi u l-eżortazzjonijiet appostoliċi  li kiteb, il-vjaġġi li għamel, l-għażliet u l-bidliet li wettaq, il-ġesti, il-kliem, l-omeliji, il-laqgħat, l-imħabba tiegħu għall-bniedem – hekk argumenta Moran. .

U kompla jgħid li “din iċ-ċentralità kristoloġika twasslna biex ngħidu li, kważi bla ma indunajna, għexna ma’ Papa profondament mistiku. Papa Franġisku ħaseb u għex il-Knisja: mhux bħala organizzazzjoni reliġjuża…, u wisq anqas bħala dik li hi ċentru ta’ poter ekonomiku, soċjali jew politiku; imma bħala poplu t’Alla, ġisem ta’ Kristu, Knisja li tilqa’, tagħti kenn u wens lill-umanità….; Knisja miftuħa għall-umanità, biex tagħti servizz, għax Ġesù hu “l-qalb tad-dinja”. Qal ukoll li minn din iċ-ċentralità ta’ Kristu ħarġu żewġ pilastri fundamentali tal-maġisteru ta’ Franġisku:  il-ħniena u t-tama, li jwassluna biex nifhmu anki l-messaġġi soċjali u ekoloġiċi  tiegħu.

Fil-kitba tiegħu, Jesús Morán tkellem ukoll dwar ir-rabta  li  Franġisku kellu  mal-Moviment tal-Fokolari. Iddeskrivieha bħala waħda “profonda”. Qal li matul it-tnax-il sena tal-pontifikat tiegħu, il-Papa indirizza lill-Moviment b’mod uffiċjali għaxar darbiet u ltaqa’ mal-poplu ta’ Chiara f’diversi okkażjonijiet.  “F’dawn il-laqgħat stajna naraw l-imħabba kbira u l-għożża pastorali li Papa Franġisku kellu għall-Moviment”.

Moran temm jgħid hekk: “Papa Franġisku kien għad-dinja messaġġ ta’ fraternità, radikat fi Kristu, b’qalb miftuħa għal kulħadd. Il-fraternità hi l-ġejjieni waħdieni possibbli. Aħna, poplu tal-unità, jeħtieġ li ngħożżu dan il-wirt b’umiltà, enerġija u responsabbiltà”.

Traduzzjoni: Vivienne Attard


Photo © Vatican Media
Sors: https://www.focolare.org/en/pope-francis-all-in-christ/

Spiritwalita' Tags:Papa Franġisku

Post navigation

Previous Post: Kelma tal-Ħajja ta' Mejju 2025
Next Post: Margaret Karram tesprimi ferħ u gratitudni dwar l-elezzjoni ta’ Papa Ljun XIV

More Related Articles

"Għaliex irrid naraha tgħix fik" Spiritwalita'
[:mt]Nitolbu b’fiduċja[:en]Praying with confidence[:] Spiritwalita'
[:mt]Anki Ġesù staqsa “għaliex”[:] Spiritwalita'
[:mt]Ħadd il-Palm: “Jien min jien quddiem Ġesu’ li jbati?”[:] Spiritwalita'
Bdejna nħarsu lejn il-bnedmin kollha bħala familja waħda Esperjenzi
"Kif kien għall-Maġi, hekk hu għalina" Spiritwalita'

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Kelma tal-Ħajja

  • Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    “L-imħabba ma tagħmilx deni lill-proxxmu; mela l-imħabba hi l-milja tal-Liġi” (Rm 13, 10).

Segwina fuq Instagram

Kotba

  • Here and Now

    Here and Now

    July 30, 2026
  • Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    July 3, 2026
  • Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    November 24, 2023
  • Conference Calls

    Conference Calls

    February 1, 2023

Focolare News updates

Safeguarding

Safeguarding measures worldwide
Listening Points / safe space discussions
Guidelines and reports: Protection of minors and vulnerable persons

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

Safeguarding - Prevention of abuse - Listening points/safe space discussions

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Siti ta’ interess

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • United World Project
  • New Families

Recent Posts

  • Video update on forum in Jerusalem

    Video update on forum in Jerusalem

    September 8, 2026
  • Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    September 7, 2026
  • Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    August 31, 2026
  • Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    August 15, 2026

Copyright © 2026 Moviment tal-Fokolari.

Powered by PressBook Blog WordPress theme