Skip to content
  • Facebook
  • YouTube
  • Instagram
Moviment tal-Fokolari

Moviment tal-Fokolari

  • Home
  • Min aħna
  • Chiara Lubich
  • Kelma tal-Ħajja
  • Djalogi
  • Media
  • Kuntatti
  • Malti Malti
    • English English
  • Toggle search form

[:mt]L-għajxien tal-Vanġelu: “Ishru, mela, għax ma tafux il-jum li fih jiġi Sidkom.”[:]

Posted on December 7, 2019December 8, 2019 By Website Editor No Comments on [:mt]L-għajxien tal-Vanġelu: “Ishru, mela, għax ma tafux il-jum li fih jiġi Sidkom.”[:]

[:mt]Ishru: din hi stedina biex inżommu għajnejna miftuħa u nagħrfu s-sinjali tal-preżenza t’Alla fl-istorja u fil-ħajja ta’ kuljum u biex ngħinu lil min ikun qed jgħix fid-dlam isib it-triq tal-ħajja.

Tarbija Oħra

“Int lesta li jkollok aktar tfal meta ġa għandek tlieta?”- staqsietni waħda mill-ħbieb tiegħi. Weġibtha li tarbija hi rigal uniku u li l-esperjenza tal-maternita’ ma tista’ tqabbilha ma ebda esperjenza oħra għax il-ferħ li ġġib magħha tarbija tgawdi minnu l-familja kollha. Tkellimt magħha wkoll dwar l-aspett ekonomiku li b’mod misterjuż qisu bħal jisħaq li kull tarbija hi mibgħuta mis-Sema. Din il-ħabiba qaltli li qed tistenna t-tieni tarbija u stqarret li flimkien ma’ żewġha kienu qed jippjanaw abort għax ekonomikament din kienet ser tkun ta’ piż fuq il-familja. Qabel ma tlaqna lil xulxin qaltli: “Inħossni lesta biex nerġa’ nkun omm mill-ġdid”. 

Nagħtu fiduċja

Meta wieħed mill-kuġini tiegħi kien jiġi għandna d-dar, dejjem kien ikun hemm xi affarijiet żgħar li jisparixxu, u wara konna narawhom fid-dar tal-ġenituri tiegħu. B’ħafna prudenza, ommi qalet b’dan lil ommu u ‘l missieru; iżda dawn tant ħaduha bi kbira li ma baqgħux ikellmuna aktar.

Bħala nsara, ħassejna li kellna naraw kif nagħmlu biex iż-żewġ familji tagħna jerġgħu jibdew jitkellmu. U l-okkażjoni waslet meta dan il-kuġin tkeċċa mill-iskola għax inqabad jisraq l-affarijiet ta’ sħabu. Missieri kellem liz-zijiet u ssuġġerilhom l-isem ta’ speċjalista li seta’ jgħin lil binhom. Batew ħafna, imma fl-aħħar aċċettaw li binhom kien marid b’dan il-vizzju tas-serq. Ommi ġietha l-idea li nagħmlu l-vaganzi flimkien, filwaqt li lilna  ppreparatna  biex inkunu ġenerużi u nuru fiduċja f’dan il-kuġin. Il-kuġin kien tassew kuntent. Hu u l-familja tiegħu bdew jieħdu r-ruħ meta beda jieħu l-kura li kien hemm bżonn.  Darba, meta z-zija kienet titkellem dwar il-familja tagħha qaltilna: “Konna mkabbrin wisq bil-familja tagħna u konna nħossuna superjuri fuq kulħadd. Konna morda bis-suppervja!”    

Ġustizzja u ħniena

Jiena maġistrat f’lokalita’ fejn hemm preżenza qawwija tal-mafja. Kelli ninterroga wieħed akkużat b’diversi atti kriminali għal ħin twil. Kien għadda sew il-ħin għall-ikla ta’ nofsinhar, u għalhekk ġew jistaqsuni jekk ridtx nieqaf biex niekol xi ħaġa. Weġibt iva, basta li anki l-akkużat jiġi mogħti xi ħaġa tal-ikel ukoll. L-akkużat  baqa’ skantat b’din il-propostia tiegħi. Iżda, wara li għamilt  din il-proposta ħakimni ċertu biża’ għax bdejt naħseb fuq kif ser insib ruħi wiċċ imb wiċċ ma’ dan l-akkużat fil-ħin tal-brejk.

F’daqqa waħda għidt f’qalbi: “Iżda jekk jien ninsab hawn biex inħobb lil dan il-proxxmu li hawn quddiemi, għalfejn għandi nibża’?”. Komplejt ninterrogah b’dan l-istess ħsieb f’qalbi. Mingħajr ebda ġudizzju u b’ħafna kalma ppruvajt nurih kemm kien gravi dak li wettaq. Għadda ftit taż-żmien u rċevejt ittra mil-ħabs. Tgħid kiteb biex jitlob tonqoslu l-piena li ġiet mogħtija lilu? Le. Kiteb fit-tul dwar il-miżerja tiegħu u talabni  nifhmu.  Ħaġa stramba li kiteb din l-ittra lili meta kont qtajt sentenza kontrieh.  Kienet ħaġa ċara  li kien hemm xi ħaġ’oħra li laqtitu.

 [:]

Aħbarijiet

Post navigation

Previous Post: [:mt]Kelma tal-Ħajja ta’ Diċembru[:en]December Word of Life[:]
Next Post: [:mt]Ċelebrazzjonijiet ċentinarji tat-twelid ta’ Chiara Lubich: ftuħ tal-esibizzjoni fi Trento[:en]Centenary: “Chiara Lubich city world” exhibition inaugurated[:]

More Related Articles

[:mt]Tinbena komunità[:en]Building community[:] Aħbarijiet
Film about Chiara Lubich: “Love conquers all” Aħbarijiet
Chiara Lubich: Inħarsu d-dar komuni tagħna Aħbarijiet
Margaret Karram reġgħet ġiet eletta biex tmexxi l-Moviment tal-Fokolari; Roberto Almada hu l-Kopresident il-ġdid Aħbarijiet
Irridu nagħtu spazju biex tidħol il-maħfra Aħbarijiet
Diskors tal-Papa Ljun XIV lill-parteċipanti tal-Assemblea Ġenerali Aħbarijiet

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Kelma tal-Ħajja

  • Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    “L-imħabba ma tagħmilx deni lill-proxxmu; mela l-imħabba hi l-milja tal-Liġi” (Rm 13, 10).

Segwina fuq Instagram

Kotba

  • Here and Now

    Here and Now

    July 30, 2026
  • Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    Tnedija ta' ktieb: "Paradiso ‘49"

    July 3, 2026
  • Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    Kotba ġodda: "Ngħixu l-Kelma"

    November 24, 2023
  • Conference Calls

    Conference Calls

    February 1, 2023

Focolare News updates

Safeguarding

Safeguarding measures worldwide
Listening Points / safe space discussions
Guidelines and reports: Protection of minors and vulnerable persons

Data policies

  • Id-Data Policies ta’ dan is-sit huma l-istess bħal dawk tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
  • The Data Policies of this website conform to those of the Catholic Archdiocese of Malta.

Safeguarding measures

Safeguarding - Prevention of abuse - Listening points/safe space discussions

Media

  • Press Releases
  • New City Press (UK)
  • Living City (NY)
  • Collegamento CH

Siti ta’ interess

  • Focolare International Site
  • Great Britain
  • Ireland
  • Philippines
  • USA & Canada
  • United World Project
  • New Families

Recent Posts

  • Video update on forum in Jerusalem

    Video update on forum in Jerusalem

    September 8, 2026
  • Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    Margaret Karram tipparteċipa fil-forum "Within Your Gates" f'Ġerusalemm

    September 7, 2026
  • Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    Kelma tal-Ħajja ta' Settembru 2026

    August 31, 2026
  • Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    Kala: kontribut kbir lid-djalogu interreliġjuż

    August 15, 2026

Copyright © 2026 Moviment tal-Fokolari.

Powered by PressBook Blog WordPress theme