“MED 25 – Bel Espoir”: Vapur Skola biex iwettaq missjoni ta’ paċi

Vapur Skola qed ibaħħar fil-Mediterran minn Marzu sa Ottubru 2025 biex iwettaq missjoni ta’ paċi. Dan Il-vapur telaq minn Barcellona u ser jieqaf f’diversi portijiet u pajjiżi f’dan ir-reġjun. L-istudenti li qed jagħmlu dan il-vjaġġ ser ikollhom iċ-ċans jesploraw topics importanti, bħal: Djalogu bejn il-Kulturi, Edukazzjoni u Soċjeta’, Reliġjonijiet fi Djalogu, Ambjent u Żvilupp, Kristjaneżmu fil-Lvant u l-Punent .

Dan il-vapur dalwaqt jidħol fil-Port il-Kbir ta’ Malta, u fis- 27, 28 u 29 ta’ dan ix-xahar, l-istudenti li hemm fuqu ser ikomplu bil-programm tagħhom fil-gżejjer tagħna, fejn ser jiffukaw fuq it-tema: In-Nisa fil-Mediterran.

Il-higħlight taż-żjara tagħhom fostna ser tkun konferenza miftuħa għall-pubbliku li ser issir fil-Mediterranean Conference Centre, il-Ħadd, 27 ta’ April fl-4.00pm. Għal aktar dettalji ara: https://mela.org.mt/conference.

Med 25 Bel Espoir qed toffri opportunita’ unika biex tippromwovi l-fraternita’ fil-Mediterran. Il-Moviment tal-Fokolari hawnhekk qed joffri li jagħtu s-sehmu matul dawn il-jiem fil-waqt li jħaddan bis-sħiħ l-ispirtu ta’ fraternità.

 


Conference


 

Be the first to comment

Leave a Reply

Your email address will not be published.


*


This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.