Assemblea Ġenerali – Djarju 12 – 5 ta’ Frar, 2021

Dokument Finali – ħidma li tkompli

Għall-parteċipanti tal-Assemblea ġiet  fi tmiemha ġurnata ta’ ħidma tassew intensa.  Bejn il-bieraħ u llum  analizzaw u vvutaw fuq sensiela ta’ mozzjonijiet  dwar il-ħajja tal-Moviment fil-ġejjieni. Ġa nkiteb l-ewwel draft tad-dokument finali li fih hemm ġabra ta’ orjentamenti u linji ta’ azzjoni dwar it-temi li saret diskussjoni tagħhom fid-diversi workshops.

Jeħtieġ ngħidu li l-ħidma tal-Assemblea kellha tiffaċċa sfida minħabba l-limitu tal-ħin u l-kundizzjonijiet tekniċi imposti mill-mod telematiku li bih kellha ssir. B’danakollu sar minn kollox biex kull min ħa sehem seta’ jagħti l-kontribut tiegħu, jgħix esperjenza ta’ unità fid- diversità, u jsawru flimkien dokument finali ħalli jingħata lit-tmexxija l-ġdida tal-Moviment.

Skont xi kalkoli li saru – bejn wieħed u ieħor –  kien hemm bejn 13 u 15-il siegħa xogħol fuq kull argument, u  biex sar l-ewwel draft kien hemm total ta’ 3,500 siegħa ta’ ħidma. Dan kollu sar  bil-għajnuna  ta’  forom  ta’ ħidma speċjalizzata u tliet facilitators professjonali.

Għada filgħodu hemm appuntament straordinarju: Papa Franġisku ser jilqa’ l-Assemblea ġenerali f’udjenza privata li ser issir fis-Sala Pawlu VI. Xi parteċipanti ser ikunu preżenti  għal din l-udjenza, fil-waqt li l-parti l-kbira ser isegwuha permezz tal-istreaming. 

Ser tkun Maria Voce, dik li għadha kemm temmet il-ħidma tagħha ta’ president, li  tippreżenta  lil Margaret Karram, il-president il-ġdida lill-Qdusija  tiegħu l-Papa.  Il-President il-ġdida ser tagħmel indirizza ta’ tislima lill-Papa, imbagħad hu jkellem lil dawk preżenti u lill-parteċipanti tal-Assemblea li jkunu qed isegwu permezz tal-kollegament.

Kulħadd jista’ jsegwi t-trażmissjoni tal-Udjenza.  Ara aktar informazzjoni dwar dan fuq: https://focolaremalta.org/ahbarijiet/papa-frangisku-jilqa-l-assemblea-tal-fokolari-fudjenza-privata/

Uffiċċju Komunikazzjoni Moviment tal-Fokolari

 

Be the first to comment

Leave a Reply

Your email address will not be published.


*


This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.