Kariżma, Profezija, Inkarnazzjoni
Stefan Tobler
“Min jaf jekk aktar milli nagħtu ‘d-dawl’ għandniex nidħlu fid-dlam, fit-tajn, fid-disperazzjoni tan-nuqqas ta’ dinjità, […] fil-ħafna forom tal-faqar tal-lum?” Probabbli din kienet il-mistoqsija provokattiva li l-aktar immarkat it-tieni ġurnata tal-irtir spiritwali tal-Assemblea tal-Moviment tal-Fokolari.
Wara t-talba ekumenika tal-bidu, li mill-ġdid ipproponiet il-bżonn ta’ konverżjoni profonda, Stefan Tobler, teologo Svizzeru, mill-Knisja Reformata, u Paula Luengo , psikologa miċ-Ċile indirizzaw it-tema ċentrali tal-Inkarnazzjoni: x’ifisser li Alla sar bniedem, li ċċekken maċ-ċkjeknin? X’ifisser għall-Moviment tal-Fokolari li jgħix u jikkonkretizza l-ispiritwalità tal-unità llum?
Silvina Chemen
L-istudjużi ppreżentaw ir-riflessjonijiet tagħhom minn żewġ punti di viżta li huma komplimentarji. Fil-waqt li beda mill-kitbiet mistiċi ta’ Chiara Lubich, Stefan Tobler wera l-valur tal-inkarnazzjoni. “Għal Chiara din ma kentix biss mument fl-istorja tal-passat, imma fatt li bidel b’mod dejjiemi t-tifsira ta’ kollu kemm hu l-ħolqien, u li jagħti lill-affarijiet tal-art valur etern, dinjità mill-aktar għolja”. U l-inkarnazzjoni tkompli – temm jgħid Tobler – jekk aħna jirnexxilna “jkollna għajnejn sempliċi li jiskopru lil Alla taħt ir-realtajiet ta’ din id-dinja”.
Paula Luengo
Din id-dinjità ġdida li d-dinja tassumi jekk inħarsu lejha f’dan id-dawl għandha ġġib magħha bidla fil-mod kif aħna nħarsu lejha: hekk spjegat Paula Luengo. “Mhux ser insibu l-identità tagħna billi nħarsu lejn żokritna, imma billi nħaddnu lil dawk kollha li huma waħidhom, kif qalet Chiara”. U kompliet tgħid li rridu “nibdew mill-umanità bl-abbissi kollha tagħha. Mela, l-inkarnazzjoni hi moviment li fih wieħed irid ifittex li jkun qrib u jitbaxxa”.
Waslu għall-istess konklużjoni Luigino Bruni , Taljan, professur tal-Ekonomija Politika u tal-Istorja tal-Ħsieb Ekonomiku, u Silvina Chemen, mill-Arġentina, rabbi fi Buenos Aires, li taw ir-riflessjoni tagħhom fuq “kariżma, profezija u inkarnazzjoni”. Nistaqsu lilna nfusna: illum għadna nistgħu nitkellmu fuq id-dimensjoni profetika ta’ kariżma? Silvina Chemen spjegat: “Meta hemm aħwa, hemm profezija; meta hemm il-fratellanza tinħass il-vuċi t’Alla, meta nkunu tassew flimkien, Alla juri lilu nnifsu”.
Luigino Bruni
Fil-laqgħat tal-gruppi ħarġu ħafna mistoqsijiet dwar il-preżent u l-futur tal-Moviment, fosthom dwar xi jfisser nibqgħu fidili lejn l-għeruq tagħna llum. Luigino Bruni qal: “Li fil-komunitajiet kariżmatiċi jirnexxilna nifhmu dik l-ewwel storja, dik l-istorja meraviljuża li wasslitna biex noħolmu u naraw is-sema, din spiċċat, hu att tassew diffiċli. Imma l-istorja tkompli għax il-wegħda kienet akbar mill-ewwel libsa li l-fidi tagħna libset fl-ewwel parti tal-vjaġġ”
Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Moviment tal-Fokolari
Source: https://www.focolare.org/en/news/2021/01/26/charism-prophecy-incarnation/
Be the first to comment